Jista' l-Ministru jagħti tagħirf dwar jekk il-providers ta' servizzi ta' telefonija hux permissibli għalihom li jitolbu ħlas extra lil dawk l-abbonati li jitolbu li jirċievu l-kont tagħhom permezz tal-posta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Wara proċess ta’ konsultazzjoni, fit-30 ta’ Marzu tal-2016, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) ippubblikat deċi¿joni li tistabillixi numru ta’ mi¿uri dwar l-aċċessibilità tal-kontijiet tal-Internet, tat-televiżjoni u tat-telefonija fissa u mobbli. L-Awtorità ħasset il-ħtieġa li tippubblika din id-deċizjoni minħabba l-fatt li mhux kulħadd għandu abbonament għal Internet, u għalhekk dawn l-abbonati ma setgħux jaċċedu għall-kontijiet tagħhom b’mod elettroniku bil-konsegwenza li kien qed ikollhom iħallsu ammont addizzjonali sabiex jirċievu l-kontijiet ‘standard’ tagħhom f’format stampat.
Għaldaqstant, permezz ta’ din id-deċizjoni, l- Awtorità, fost affarijiet oħrajn stabilixxiet li klijenti li għandhom servizz ‘post-paid’ u li m’għandhomx abbonament għall-Internet għandu jkollhom id-dritt li jirċievu l-kont tagħhom f’format stampat mingħajr ħlas addizzjonali. Din id-deċiżjoni daħlet fis-seħħ fl-ewwel ta’ Lulju tal-2016.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm qbil li ssir l-bidla fit-tmexxija ta' kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li sseħħ xi forma ta' rabta mas-service provider tat-Tuneżija? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk l-MCA daħlitx fil-kwistjoni ta' x'tip ta' ħlas se jingħataw ix-share holders li jagħżlu li jbiegħu x-shares tagħhom, lill-organizzazzjoni l-ġdida?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-irwol tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) f’ dawn iċ-ċirkustanzi huwa stipulat esklussivament mill-artikolu 34A tal-Kap. 418 tal-Liġijiet ta’ Malta. Il-kumpanija in kwistjoni talbet għall-approvazzjoni mill- Awtorità a tenur ta’ l-imsemmi artikolu, liema talba ġiet proċessata mill-MCA.
L- Awtorità, a tenur tad-disposizzjoni fuq ċitat, ma tidħolx fil-kwistjoni ta’ x’tip ta’ ħlas għandhom jingħataw ix-
shareholders
tal-kumpanija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26648 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex is-settur tas-superyachts f’Malta jiġi inċentivat dejjem aktar biex jikber, partikolarment fil-qasam tar-refit u/jew il-kostruzzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Pre¿entament, Il-Gvern qed jesplora possibilitajiet u opportunitajiet li s-settur tas-superyachts jista joffri għal Malta. Bla dubbju ta’ xejn il-Gvern iħares lejn dan is-settur bħala suq li jista jikber u jifjorixxi. Il-Gvern jemmen li Malta għandha qagħda startegika eċċellenti fuq xhiex tista tibni il-komepttivita tagħha f’dan is-settur. Tajjeb insemmu li l-Gvern qed jespolora possibiltajiet biex tittejjeb l-infrastruttura ħalli pajjizna ikun jista jgawdi minn opportunijiet li is-settur joffri, dejjem b’mod sostennibli.
Il- Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi huwa responsabbli mill-promozzjoni tas-settur Marittimu u għalhekk f’kas li d-domanda tal-interpellant tikkonċerna fost affarijiet oħra l-infrastuttura din ghanda issir lill-Minstru kkonċernat.
Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi — vetturi - allowances
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Il-Ministeru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi ġie kkostitwit fid- 29 ta’ April 2016, allura ninforma lil Onor. Interpellant li ma hemmx informazzjoni relatata ma din id-domanda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li Maltin xtraw minn fuq l-Internet bejn l-2010 u l-2016 sal-lum, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni bejn xiri minn operaturi Maltin u barranin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
It-tip ta 'data’ li qed tiġi mitluba hija fil-fatt miġbura mill- L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika
Nitlob lil l-Onor. Interpellant biex jistaqsi din il-mistoqsija lil Ministeru kkonċernat.
Telefonati minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea lejn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk persuni li jċemplu mill-Italja lejn Malta, minn sistema Vodafone lejn fixed lines ikollhomx iħallsu rati li huma differenti minn dawk li jitħallsu lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Skond il-Qafas Regolatorju Ewropew ghal Komunikazjonijiet Elettroniċi, is-suq bl-imnut tat-telefonati internazzjonali minn operaturi Taljani lejn numri Ewropej oħra Maltin ma huwiex regolat u għalhekk ma hemmx obbligu li tkun applikata tariffa komuni Ewropeja.
Fil-ka¿ ta’ International Roaming, mit-30 ta’ April 2016, abbonati Maltin li ju¿aw mowbajl fown Malti waqt li jkunu l-Italja jew pajjiż ieħor Ewropew biex iċemplu għal Malta, normalment iħallsu rata bħal meta it-telefonata tkun saret minn Malta. F’dawn il-każi iżda, l-operaturi Maltin jistgħu ukoll iżidu surcharge sa l-14 ta’ Ġunju 2017, kif previst mir-Regolament Ewropew rispettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji li joffru courier service door-to-door lokali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ir-reġistru ta’ entitajiet awtorizzati li joffru servizzi postali huwa disponibbli fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fuq dan l-indirizz: http://www.mca.org.mt/sites/default/files/pageattachments/2016.03.10%20Register%20-%20Postal.pdf . Dawn l-entitajiet ma jeħtieġu ebda awtorizzazzjoni speċifika oħra sabiex joffru courier service door-to-door lokali. Kull entita li isimha jidher fuq ir-reġistru tista’ toffri s-servizz door-to-door.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji/entitajiet reġistrati li joffru servizz ta’ courier services?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Preżentament hawn sitta u għoxrin entita’ li joffru servizz ta’ courier services, u li skond il-liġi huma awtorizzati li jipprovdu servizzi postali li joħorġu ’l barra mill-iskop tas-servizzi universali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-kumpaniji/ entitajiet reġistrati li joffru servizz ta’ courier service huma aġenziji lokali ta’ ISOs (International Services Providers)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ir-reġistru ta’ entitajiet awtorizzati li joffru servizzi postali huwa disponibbli fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fuq dan l-indirizz: http://www.mca.org.mt/sites/default/files/pageattachments/2016.03.10%20Register%20-%20Postal.pdf . Dawn l-entitajiet ma jeħtieġu ebda awtorizzazzjoni speċifika oħra sabiex jirrappreżentaw ISOs. Mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità, ħmistax minn dawn l-entitajiet awtorizzati għandhom imsieħba internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni għandhiex il-ħsieb li tagħti l-approvazzjoni għal rounding up tar-rati tat-televoting bl-sms kif jidher li diġà huma r-rati tat-televoting li jsiru bil-linji fissi tat-telefon?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Skond deċiżjoni tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, ir-rati massimi tat-televoting li jsiru bil-linji fissi tat-telefon jiddependu min-numru tat-telefon illi jkun irreklamat. Mill-banda l-oħra, ir-rati tat-televoting bl-sms huma stabbiliti bi ftehim bejn l-operaturi tat-telefon mobbli, u xejn ma jwaqqaf lil dawn l-operaturi milli jiftehmu sabiex isir tali rounding.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intalbu permessi u kemm kien hemm talbiet minn NGOs u soċjetajiet oħra għall-permessi għat-tombla fis-snin 2013, 2014 u 2015 għal kull sena? Jista’ jgħid kemm ħarġu permessi għall-attivitajiet tal-gambling matul is-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Sena
Permessi mahruga (tombla)
2015
2,000
2014
1,916
2013
2,149
Il-permessi jinħarġu biss għat-tombla, għaliex l-attivitajiet tal-
gambling
jridu ikunu kollha koperti b'liċenzja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu mill-postijiet tal-gambling matul l-2013, l-2014 u l-2015? Jista’ jgħid minnhom kemm kienu Maltin? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu barranin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Zjarat - Casino
2013
2014
2015
Maltin
409,016
387,951
381,608
Barranin
331,651
335,541
399,450
Total
740,667
723,492
781,058
Zjarat – Swali tal-loghob
2014
2015
Total
240,986
280,928
Jista’ l-Ministru jgħid xi programmi/inizjattivi ttieħdu biex l-intrapriżi żgħar ikunu aktar attivi fil-qasam tal-e-commerce u jgħid ukoll kemm investa l-Gvern għal dan il-għan fis-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel b’mod tanġibbli l-Gvern biex jistabbilixxi u jkattar l-qasam tal-FinTech f’pajjiżna?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, kienet ittieħdet inizjattiva biex din il-linja ta’ industrija ġdida fis-servizzi finanzjarji, Malta tibda tibbenifika minnha. Kien għalhekk li ltqajna ma’ diversi setturi u stakeholders differenti li spjegawlna l-importanza li nindirizzaw dan it-tip ta’ invewstiment ġdid anki mill-aspett tal-qasam leġiżlattiv.
Kienet bdiet konsultazzjoni wiesgħa ma’ persuni differenti li potenzjalment setgħu jikkontribwixxu biex naslu li f’pajjiżna jkollna qasam leġiżlattiv li jkun robust biżżejjed għal din l-industrija u sussegwentement inkattru l-opportunitajiet tagħna fejn jidħlu opportunitajiet fl-ICT u servizzi finanzjarji li huma pilastri ewlenin tal-ekonomija tal-pajjiż.
Reġistrazzjoni tal-vapuri taħt il-bandiera Maltija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kollaborazzjoni hemm bejn il-ministeru tiegħu u dak tat-trasport għal dak li jikkonċerna r-reġistrazzjoni tal-vapuri taħt il-bandiera Maltija? Liema inizjattivi ġodda huma mistennija li jittieħdu sabiex dan is-settur ikompli jikber matul is-snin li ġejjin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li nħolqot pjattaforma fejn opportunitajiet ġodda jkunu jistgħu jiġu analizzati fl-Aġenzija Malta Marittima. Għaldaqstant ġie mwaqqaf steering committee li fih hemm parteċipazzjoni ta’ Ship Registrar minn Transport Malta, flimkien ma’ membri maħtura mill-Malta Enterprise, mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, REWS u Freeport Corporation.
F’dan il-kumitat ikunu jistgħu jittieħdu dawk id-deċi¿jonijiet li jolqtu dipartimenti differenti sabiex inkomplu n¿idu l-opportunitajiet. Fost inizjattivi li għandhom jiġu mittieħda, huma kunsiderazzjonijiet li jwasslu għal valur miżjud f’dan il-qasam fosthom; Arbitraġġ Marittimu u Ship Management.