Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30949 u 30674 u jgħid kemm-il rapport kien hemm dwar vjolenza domestika fis-sena 2016 u kemm minnhom ġew investigati? Jista’ jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq vjolenza domestika fis-sena 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kif diġa ġie mwieġeb f’mistoqsija simili, skont is-sistema elettronika tal-Pulizija kien hemm elf, mitejn u tnejn u sebghin (1272) każ ta’ vjolenza Domestika, li ġew irrapurtati lill-pulizija matul is-sena 2016. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati ma’ dawn ir-reati, il-persuni responsabbli dejjem jiġu nvestigati u jittressqu l-Qorti. Peress illi ma tinżammx sistema ta’ data elettronika ta’ dawn ir-reati bid-dettalji mitluba fil-mistoqsija, mhux possibli li jingħataw l-ammonti eżatti ta’ kemm minn dawk responsabbli tressqu l-Qorti.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm tourism police ser ikunu assenjati f’San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa matul dan is-sajf?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għad m’hemm l-ebda deċiżjoni dwar jekk u allura kemm ser ikunu assenjati Tourism Police fiż-żoni indikati f’din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu t-transfers fil-Korp tal-Pulizija li saru matul l-aħħar tnax-il xahar f’Malta u f’Għawdex?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Marzu 2016 sas-6 ta’ Marzu 2017, kien hemm mitejn u sebgħa u erbgħin (247) posting fil-Korp tal-Pulizija. Dawn kienu mqassmin kif gej;
Supretendenti
2
Spetturi
12
Surġenti Maġġuri tat- Tieni Klassi
7
Surġenti Rġiel
29
Surġenti Nisa
20
Kuntistabblijiet Rġiel
126
Kuntistabblijiet Nisa
41
Kuntistabbli tar-Riżerva
10
Pulizija — Extra duty on payment fil-Korsa taż-Żwiemel tal-Marsa
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Pulizija li jaħdmu extra duty on payment fil-korsa taż-żwiemel tal-Marsa ilhom ma jitħallsu minn Ġunju 2016? Min mhux fil-fatt iħallas, il-Marsa Racing Club jew huwa l-korp stess li qed iżomm dawn il-ħlasijiet b'lura? Kemm hemm pulizija li għandhom jitħallsu u kemm għandhom jitħallsu? Meta fil-fatt se jitħallsu?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, l-ħlas tal-extra duty on payment għall-perjodu bejn Ġunju 2016 sa Diċembru 2016 tħallas mas-salarju ta’ Frar 2017.
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – rappreżentant għall-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Dr. Matthew Psaila huwa r-rappreżentant tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta` Nazzjonali. In-nomina saret fis-27 ta’ Ġunju 2016.
Jista' l-Ministru jara li fil-ħin ta' dħul u ħruġ mill-Iskola Primarja tan-Naxxar, ikun hemm preżenza regolari tal-pulizija, liema preżenza fl-aħħar ġimgħat ġiet innutata li kienet nieqsa?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li, saru l-verifiki mal-uffiċċjali responsabbli mid-duties tan-Naxxar, li kkonfermaw illi fil-ħin tad-dħul u l-ħruġ mill-Iskola Primarja tan-Naxxar, dejjem ikun hemm uffiċċjal tal-pulizija iddettaljat. Ninforma wkoll lil Onororevoli Interpellant illi l-Att dwar il-Kunsilli Lokali (Kap 363) jesiġi, illi l-Kunsilli Lokali għandhom jipprovdu għall-ħarsien tat-tfal tal-iskola qrib l-iskejjel.
L-Imdina – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imdina mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm tlett rapporti ta’ serq u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm kazi ta’ hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-każijiet ta’ serq irrapurtati lill-Pulizija jiġux ikklassifikati f'kategoriji u tipi ta’ serq varji, u jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-kategoriji varji ta’ serq u jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ serq għal kull kategorija għas-sena 2013, 2014, 2015 u 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta Malta, tul is-sena 2016? Kemm minnhom ġew milqugħa u kemm le? Kemm minnhom ġew revokati?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 70 talba, 20 Liċenzja tal-Parole li ġew milqugħa, 48 li ma ġewx milqugħa u 2 li ġew revokati.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Bord tal-Parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta fis-sena 2015 u 2016?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fis-sena 2015, il-Bord iltaqa’ 16 -il darba u fl-2016 iltaqa’ 11 -il darba.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa preżentament kompost il-Bord tal-Parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kap. 516 tal-Liġijiet ta’ Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Bord huwa kompost mill-membri kif kien ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern 19,125 datata 20 ta’ Awissu 2013.
Wara li għad-domandi 30513, 30514 u 30515 dwar vjolenza domestika, il-Ministru kien wieġeb li "l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra" jista' l-Ministru jgħid allura kif għad-domandi 30959, 30960 u 30961 meta suppost reġa’ wieġeb l-istess, ir-risposti kienu li "l-Informazzjoni mitluba qatt ma nżammet f'forma ta' data elettronika u mhux possibbli li din tingħata" jista' l-Ministru, fid-dawl tal-mod kif ġew imwieġba b'mod kontradittorju dawn l-istess domandi, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba?
Response (ABELA, CARMELO)
Filwaqt illi nikkonferma li huwa minnu li l-informazzjoni kif ġiet mitluba qatt ma nżammet f’forma ta’ data elettronika, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċertu informazzjoni hija disponibbli.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jirrigwardaw rapporti ta’ vjolenza domestika magħmula minn irġiel u ieħor illi kienu magħmula minn nisa.
Rigward kemm kien hemm tfal u żgħażagħ taħt l-eta` li għamlu rapporti, din l-istatistika ma tinżammx taħt din il-forma ta’ statistika peress li l-persuna li tagħmel rapport mal-Pulizija tkun imniżżla bħala Person Filing Report.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru stabbilit ta' suwiċidji li seħħew f'Malta u f’Għawdex fis-snin 2012, 2013, 2014, 2015 u 2016 sena b'sena? Kemm minn dawn seħħew f'Għawdex f’kull sena?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ suwiċidji rrapurtati huwa kif ġej;
Sena
Malta
Għawdex
Total
2012
24
2
26
2013
21
1
22
2014
30
1
31
2015
34
2
36
2016
20
1
21
Total
129
7
136
Ir-Rabat – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa r-Rabat (Malta) mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ serq irrapurtat minn djar u stabbilimenti lill-Pulizija fir-Rabat bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 kien jammonta għal 38 każ, illi minnhom wieħed ġie solvut. Ma kienx hemm hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.
Ħaż-Żebbuġ – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa Ħaż-Żebbuġ mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm 13 -il rapport ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija f’Ħaż Żebbuġ bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u tlieta minnhom ġew solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups fl-istess perjodu.
Ħad-Dingli – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa Ħad-Dingli mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm tlett rapporti ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija f’Ħad Dingli bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups irrappurtati fl-istess perjodu.
L-Imtarfa – Hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imtarfa mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ serq irrapurtati minn djar u stabbilimenti lill-Pulizija fl-Imtarfa bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 kien jammonta għal tlieta u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.