Legislature:
Category:
Reset
Active:

Animal Welfare Grant — NGOs, Santwarji u għaqdiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema NGOs, santwarji, għaqdiet jew oħrajn ibbenefikaw mill-Animal Welfare Grant tul l-2015 u kemm kienet kull għotja?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Fish Farms – produzzjoni ta’ tonn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tonn mill-fish farms f'pajjiżna sena b' sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kumitat tal-Winery — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-kumitat tal-Buskett Winery li jinsab fi Triq l-Imnarja, il-Buskett sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm ilu ffurmat dan il-kumitat? Xi ħlasijiet u allowances għandhom kull membru ta' dan il-kumitat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor Interpellant illi l-Kumitat tal-Buskett Winery Research Station fil-preżent huwa kompost kif jidher hawn taht: Chairperson – Roger Aquilina Membri - Claudette Gambin Salvu Azzopardi Gilbert Camilleri Segretarju - Mario Micallef Il Kumitat ta’ dan ic-Centru ilu ffurmat minn Lulju 2013 u l-ebda membru tal-kumitat ma jirċievi xi ħlasiiet jew allowances.

Winery tal-Gvern – tmexxija — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed imexxi il-Buskett Winery tal-Gvern li tinsab fi Triq l-Imnarja, il-Buskett? Kif sar l-ingaġġ, permezz ta' sejħa għall-applikazzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-Buskett Winery Research Station taqa’ taħt ir-responsabbilta tad-Direttorat għad-Diversifikazjoni u Kompetitivita fil-Biedja. Ir-riċerka li ssir titmexxa minn Kumitat tat-tmexxija wara li din tkun approvata mill-istess Direttorat. Il-Kumitat tat-tmexxija huwa appuntat mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-biedja.

Wine Regulation Board – rappreżentanti tal-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-Wine Regulation Board? Hemm rappreżentanti tal-bdiewa f'dan il-bord? Lil min jirrappreżentaw ir-rappreżentanti tal-bdiewa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Wine Regulation Board fil-preżent huwa kompost minn dawn il-persuni: Chairperson - Mr. Saviour Debono Grech, Direttorat Agrikoltura, Direttur (ex-officio) Deputy Chairperson - Mr Marco Dimech, Direttorat Agrikoltura, Manager (ex-officio) Membri - Ms Maria Micallef, Direttoral Agrikoltura, Uffiċċjal Agrikolu (ex-officio) Mr Jeremy Cassar, għassar kummercjali Mr Vincent George Delicata, għassar kummercjali Mr Karl Chetcuti, għassar kummercjali Mr Joe Spiteri, bidwi produttur Mr Saviour Azzopardi, għaqda produtturi VitiMalta Mr Marco Cassar, bidwi produttur Segretarju - Mr Leo Vella, Direttorat Agrikoltura (ex-officio)

Winery tal-Gvern – xiri ta’ għeneb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għeneb li nxtara għall-Buskett Winery tal-Gvern li tinsab fi Triq l-Imnarja, il-Buskett, inxtarax b'tender jew b'direct order? Mingħand min inxtara dan l-għeneb u kemm tħallas għalih? X'sar minn dan l-għeneb?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li oriġinalment ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti biex jinxtara ammont ta’ għeneb skont kwantita mitluba. Għal din is-sejħa intlaqgħu żewg offerti, li pero’ ma kienux ilaħħqu il-kwantita kollha mitluba. Peress li ż-żmien tal-ħsad tal-għeneb kien ser jgħaddi, ittieħded deċizjoni li jinxatara l-għeneb skont l-offerti li kienu ġew sottomessi. L-għeneb inxtara mingħand Guido Baldacchino u Robert Grech għal prezz totali ta’ €2578.10. L-għeneb intgħasar biex isiru provi ta’ valorizzazjoni tal-varjetajiet Ġirgentina u Ġellewza.

Tibdil fil-Public Service Management Code – ħaddiema seconded ma’ Producers Organizations tal-Bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru l-emendi neċessarji fil-Public Service Management Code biex impjegati tal-Gvern ikunu jistgħu jiġu seconded ma' Producers Organizations tal-bdiewa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tibdil fil-PSMC mhux remit tal-MSDEC u għalhekk nitlob l-Onor Interpellant jirefferi l-Minstoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Dwejra Management Board — kompożizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm varjazzjoni fil-kompożizzjoni tad-Dwejra Management Board? Jekk iva, x' tibdil jew żieda kien hemm? Jista' jgħid għaliex il-Gozo Tourim Association għadha ma ngħatatx rappreżentanza fuq dan il-Bord? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-Bord minn kemm ilu li reġa’ ġie kostitwit? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-minuti tal-laqgħat li kellu dan il-Bord minn meta reġa’ ġie kostitwit?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-entita’ responsabbli mit-tmexxija tad-Dwejra hija msejħa Dwejra Steering Committee. Dan il-Kumitat hu kompost minn numru ta’ membri li jirrappreżentaw diversi setturi, abbażi tal-Pjan ta’ Mmaniġġjar ta’ dan is-sit, u kif muri hawn taħt: · Timmy Gambin – Chairperson nominat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima (MSDEC) · Michelle Piccinino – rappreżentant tal-Awtoritá għall-Ambjent u r-Riżorsi · Noel Formosa – rappreżentant tal-Kunsill Lokali San Lawrenz · Herman Galea - rappreżentant tad-direttorat tal-PARKs · Kevin Fsadni - rapreżentant tal-Awtoritá tat-Turiżmu ta’ Malta · Amity Gauci - rapreżentant tal-Ministeru għal Għawdex · Vincent Attard - rapreżentant tal-NGOs (Nature Trust Malta) · Joseph Vella Gauci - rapreżentant tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-UNESCO · Michael Stivala - rapreżentant tal-Malta Hotels and Restaurants Association (MHRA) · Joseph Caruana – Osservatur · Dr Fenech Vella – Segretarja tal-Kumitat Is-settur tat-turiżmu huwa diġa’ rapreżentat fuq dan il-Kumitat permezz tal-membru tal-Awtoritá tat-Turiżmu ta’ Malta. Din tal-aħħar hija l-aġenzija responsabbli mit-turiżmu fil-gżejjer Maltin. Dwar il-minuti, minħabba li l-laqgħat mhumiex pubbliċi u fil-laqgħat jistgħu jsiru referenza għall-interessi privati u kummerċjali ta’ terzi li l-Bord m’għandux awtorizazzjoni li jippublika l-informazzjoni li taw dawn l-istess terzi, għaldaqstant ma nħossx li huwa għaqli li informazzjoni u diskussjonijiet li jkunu saru fil-magħluq jiġu pubblikati. Il-Minuti jinkludu l-opinjonijiet professjonali u personali tal-membri li saru waqt deliberazzjonijiet fuq policy u azzjonijiet li ser jittieħdu. Madanakollu nserraħ ras l-Onor Interpellant li kwalunkwe deċiżjonijiet li jieħu dan il-Bord, dawn jiġu ippublikati.

Allowance u perkaċċi ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament xahar b’xahar minn meta dan ġie trasferit fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll x’allowances jew perks oħra qed igawdi minnhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament issosspendiet lilha nnifisha fit-18 ta’ Novembru 2016, mingħajr preġudizzju. Konsegwentament il-persuna kkonċernata bħalissa mhu qed tirċievi l-ebda allowances u/jew perks oħra. Is-salarju tiegħu huwa dak bażiku li bih ġie ssekondat mill-pożizzjoni preċedenti tiegħu.

Produzzjoni u promozzjoni ta’ prodotti agrikoli

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward tal-produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti li qed jaħdmu fuq din l-inizjattiva?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li fl-2014, Il-Gvern qabbad lill-CIHEAM sabiex iservu bħala konsulenti għat-twaqqif tal-iskema ta’ kwalità. Il-qafas ġie mfassal u kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea. Bħalissa m’hemm l-ebda konsulenti jaħdmu fuq din l-iskema ta’ kwalità.

Polishing Plants – dispensers elettroniċi – top up cards

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward ta' żvilupp tal-infrastruttura relatata mat-tqassim tal-ilma mill-polishing plants permess ta' dispensers elettroniċi li jaħdmu b'top-up cards, jista’ l-Ministru jgħid kif dan l-ilma se jitwassal għand il-bdiewa, jekk hux permezz ta' pajpijiet fl-għelieqi tagħhom, jekk ikollhomx imorru għalih bil-bowsers il-bdiewa u r-raħħala stess, jew jekk hux se jitwassal bil-bowser għand il-bdiewa minn terzi? Jekk se jitwassal għand il-bdiewa minn terzi, min se jħallas għal dan is-servizz? Il-bdiewa se jiġu mġegħla jħallsu għal dan l-ilma jew se jingħata lilhom b'xejn ħalli jinċentiva lill-bdiewa u r-raħħala jużaw l-ilma mill-polishing plants?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Polishing Plants – dispenser elettroniċi – tqassim ta’ ilma

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward ta' żvilupp tal-infrastruttura relatata mat-tqassim tal-ilma mill-polishing plants permess ta' dispensers elettroniċi li jaħdmu b'top-up cards, jista’ l-Ministru jgħid f'liema rħula u areas f'Malta u Għawdex se jitwassal dan l-ilma? Kemm-il bidwi se jkun jista’ jagħmel użu minn dan l-ilma?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Polishing plants – dispensers elettroniċi

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward ta' żvilupp tal-infrastruttura relatata mat-tqassim tal-ilma mill-polishing plants permess ta' dispensers elettroniċi li jaħdmu b'top-up cards, jista’ l-Ministru jgħid kemm metri kubi ta' ilma se jitqassam lill-bdiewa? X'inċentivi se jingħataw il-bdiewa biex jużaw dan l-ilma?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli – fondi vvutati

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward tal-produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi vvutati biex jippromwovu l-prodott agrikolu Malti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif imsemmi fil-baġit, se jintużaw Fondi Ewropej kofinanzjati ma’ fondi nazzjonali fil-qafas ta’ dak li hu previst u permess fil-programm tal-iżvilupp rurali sabiex issir ċertifikazzjoni u promozzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità fil-qafas tal-iskema ‘Ikel ta’ Kwalità’. Il-miżura relevanti (Miżura 03) hija programmata b’massimu ta’ kontribuzzjoni minn Fondi Ewropej ta’ €3,375,000 li jirrapreżentaw 75% mill-finanzjament totali, b’25% oħra bħala kofinanzjament nazzjonali mill-Gvern.

Produzzjoni u promozzjoni ta’ prodotti agrikoli – liġi ta’ marka ta’ kwalità

Question

B'referenza għall-miżura fl-aħħar baġit fir-rigward tal-produzzjoni u promozzjoni ta' prodotti agrikoli, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-liġi biex tingħata l-marka ta' kwalità? Fuq liema prodotti agrikoli se tingħata l-marka ta' kwalità? Meta tali liġi se tgħaddi mill-Parlament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-abbozz leġeżlattiv ġie nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea u qegħdin nistennew, b’mod uffiċjali, l-approvazzjoni tal-abbozz. Il-marka ta’ kwalità se tkun eliġibli fuq il-prodotti kollha li jilħqu standards ogħla minn dawk stabbiliti mill-liġijiet eżistenti. Peress li hi liġi sussidjarja din mhux se jkollha bżonn tgħadddi mill-Parlament iżda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala avviżi legali skont il-proċedura.

Storja li dehret fil-ġurnal Il-Mument – passi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi konkreti ħa wara l-istorja li dehret fil-Mument tas-27 ta' Novembru 2016 paġna 14?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif ga intqal fit-tweġiba għal-Mistoqsija Parlamentari 28680 id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali permezz tal-Uffiċjala tal-Ħarsien tal-Annimali għamlu diversi spezzjonijiet fuq dan il-post matul din is-sena. Spezzjoni oħra reġat saret fi 30 ta’ Novembru 2016 fejn bħal spezzjonijiet oħra rriżulta li l-annimali kienu jinsabu fi stat tajjeb u ma kien hemm l-ebda moħqrija jew abbuż. Jidher li l-annimali għandhom nutrizzjoni tajba u kellhom friex adegwat u nadif. L-annimali għandhom parti msaqqfa bħala ilqugħ kontra l-elementi naturali kif ukoll aċċess għal bitħa (paddock). Minn naħa tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali ma kien hemm l-ebda ksur ta’ regolamenti. Rigward l-abbużi u l-illegalitajiet oħra hekk kif qed tisħaq il-gazetta rigward l-artiklu miktub, nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

LNG Tanker — Xogħol pirotekniku għall-festi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jibqa’ jinħaraq xogħol pirotekniku għall-festi taż-Żejtun, Marsaxlokk u Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Bajja ta’ Birżebbuġa – sports tas-sailing affettwat mill-LNG tanker

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun affetwat l-isports tas-sailing li jiġi pprattikat fil-Bajja ta' Birżebbuġa minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

LNG Tanker – manuvrar ta’ vapur deħlin u ħerġin mill-Freeport

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkunu affetwati l-manuvrar ta' vapuri li jkunu deħlin u ħerġin mill-Freeport minħabba l-preżenza tal-LNG tanker fil-port ta' Marsaxlokk speċjalment meta jkun qiegħed isir ir-refuelling tal-istess tanker?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Marsaxlokk – LNG Tanker – External Emergency Plan

Question

Peress li fl-External Emergency Plan relatat mal-irbit tat-tanker tal-LNG fil-port ta' Marsaxlokk jistipola li għandu jkun hemm proċeduri ta' evakwazzjoni għan-nies f'każ ta' inċident fil-Power Station ta' Delimara u/jew fit-tanker tal-LNG u/jew fir-refuelling tanker, jista’ l-Ministru jgħid liema residenti jridu jiġu evakwati, ta' liema lokalità, kemm nies għandhom jiġu evakwati f'każ ta' inċident, kif se jiġu evakwati u x'inhu l-pjan ta' emerġenza?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.