Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat fl-2016 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li jiena tajt għall-mistoqsija parlamentari 28692 fejn diġà ingħatat l-informazzjoni mitluba, fid-dettal.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30174 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2016 u jistax jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb li nippreċiża li l-ammonti mogħtija jindikaw persuni indvidwali li jistgħu jinkludu koppji li għandhom żewġ pensjonijiet bejniethom u li flimkien jaqbżu l-ammont imsemmi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30177 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni sal-aħħar tas-sena 2016 u jista’ jindika dan kategorija b’kategorija, kif ukoll maqsuma skont is-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija skont kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni residenti Marsaxlokk li bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet? Kemm kienet l-ispiża sal-aħħar tal-2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-Awtorità tad-Djar kellha 2 persuni minn Marsaxlokk li ibbenefikaw mis-sussidju tal-kera. L-ispiża għal dan il-perjodu kienet ta’ €1,416.68.
Awtorità tad-Djar – Spezzjonijiet – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadha qed tistenna sabiex ssirilha spezzjoni mill-Awtorità tad-Djar sabiex jaraw il-ħsarat li hemm fil-post u ssir il-manutenzjoni meħtieġa? Jista’ jara li din l-ispezzjoni ssir mill-aktar fis possibbli sabiex ma jkunx hemm aktar ħsarat u inkonvenjent?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna, b’rata ta’ single, qed ikollha tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul mill-pensjoni tagħha fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni b’rata ta’ pensjoni single li qed titnaqqsilhom it-taxxa mill-pensjoni għas-sena 2017 jammonta għal 12,739.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna b’rata ta’ miżżewġin qed ikollha tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul mill-pensjoni tagħha fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni b’rata ta’ pensjoni ta’ miżżewġin, li qed titnaqqsilhom it-taxxa mill-pensjoni għas-sena 2017 jammona għal 3,585.
Bonus għal min ħallas il-kontribuzzjonijiet – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ma tirċeviex il-bonus li qed jitħallas lil min ħallas il-kontribuzzjonijiet iżda ma jkunx jikkwalifika għall-pensjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u l-persuna kkonċernata ġiet infurmata bl-eżitu.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward sussidju mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant illi, sal-ġurnata li fiha qed tkun imwieġba din l-Interpellanza, ma jidhirx li l-persuna indikata għandha applikazzjoni pendenti mall-Awtorita’ tad-Djar.
Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — ħrieqi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment għall-Anzjani u l-Kura fil-Komunità mhux qiegħed jipprovdi ħrieqi lill-persuni li jbatu b’inkontinenza? Jista’ jgħid jekk fil-ġimgħa bejn l-20 ta’ Frar u s-26 ta’ Frar li għadda kienx hemm dan in-nuqqas u li l-persuni li jagħmlu użu minn dawn il-ħrieqi kellhom jixtruhom minflok?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mhuwiex minnu li d-Direttorat għall-Anzjani u Kura fil-Komunita` mhux qiegħed jipprovdi ħrieqi lill-persuni li jbagħtu b’inkontinenza. Fil-ġimgħa ta’ bejn l-20 ta` Frar u s-26 ta` Frar li għadda, ma kienx hemm dan in-nuqqas fil-provista’. Madanakollu, meta’ d-Dipartiment jiġi nfurmat b'xi każijiet partikulari, fejn l-persuni li jagħmlu użu minn dawn il-ħrieqi jiġu bżonn ta’ aktar, id-Dipartiment jieħu azzjoni fl-immedjat biex fejn huwa possibbli kull inkonvenjent jigi evitat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna residenti f’Marsaxlokk, irċevew l-In work benefit tul is-sena li għaddiet? Jista’ jindika wkoll dan skont is-sess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ persuni residenti Marsaxlokk li rċevew l-In Work Benefit matul is-sena li għaddiet kien ta’ 12, li minnhom 6 kienu ġenitur singlu ta’ sess femminili.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — entitajiet - kawżi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif jidher hawn taħt:
Sena li fiha
saret il-kawża
fil-konfront tal-Awtorita’ / Entita’
Isem tal-Entita’ / Awtorita’
2013
2014
2015
2016
Sal-aħħar ta Frar 2017
Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
1
1
Nil
2
2
Awtorita’ tad-Djar
38
36
36
47
38
SAPPORT
Nil
Nil
Nil
Nil
1
Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx – rappreżentant għall-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Dr. Marisa Scerri (Direttur Ġenerali (Politika Soċjali) hija r-rappreżentanta tal-Ministeru tal-Familja U Solidarjeta’ Soċjali fil-Kunsill dwar Stili ta’ Hajja Sana u Mard li ma Jitteħidx. In-nomina saret fis-17 ta' Marzu 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru interventi ta’ tiswija ta’ strutturi perikolużi bejn l-2008 u Marzu tal-2013, u kemm saru interventi ta’ din ix-xorta bejn April 2013 s’issa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar, matul il-perjodu minn Jannar 2008 sa Marzu 2013 saru 1347 intervent ta’ tiswijiet u xogħlijiet relatati ma struttura tal-bini waqt li minn April 2013 sal-aħħar ta’ Frar 2017 saru 1923 intervent tal-istess natura ta’ tiswijiet.
Dar tal-Anzjani tal-Mosta – sejħa għall-offerti/kwotazzjonijiet għal dishwasher
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti jew kwotazzjonijiet sabiex jinxtara dishwasher ġdid fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta wara li l-istess apparat kien ilu bil-ħsara għal kważi tliet xhur? Jekk ħarġet sejħa għall-offerti jew kwotazzjonijiet, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li juru min kienu dawk il-kumpaniji li ssottomettew l-offerta u kemm kien il-prezz ikkwotat minn kull kumpanija għal din l-istess apparat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jiswa s-servizz tal-Meals on Wheels għal kull ġurnata u għal kull persuna (prezz imħallas minn min qed jixtri s-servizz flimkien mal-parti ssussidjata mill-Gvern) sa Jannar 2017 u kemm ġej jiswa l-istess servizz wara Frar 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni meħtieġa għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-Fondazzjoni Arka twaqfitilhom l-għajnuna minn skema f'ikel mill-Unjoni Ewropea li kienu ilhom snin jingħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont kif hemm stabbilit fil-Programm Operattiv tal-Fond għall-Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn għall-2014-2020 (FEAD) maqbul bejn Malta u l-Kummissjoni Ewropea, dawk il-familji li jissodisfaw l-kriterji li jaqgħu taħt l-erba’ kategoriji stabbiliti biss, huma intitolati li jirċievu ikel taħt l-programm kurrenti.