Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tneħħiet mill-kariga ta’ HR Director fl-Isptar Mater Dei biex ingħatat kariga oħra? Jista’ jgħid x’inhu t-titlu ta’ din il-kariga u jagħti l-job description tax-xogħol tagħha? X’inhu s-salarju marbut ma’ din il-kariga l-ġdida?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija, giet appuntata bhala Director Operational Quality and Performance Management fl-Isptar Mater Dei. Il-persuna msemmija, zammet l-istess kundizzjonijiet.
Sptar Mater Dei – Director Human Resource and Administration
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament inħatar bħala Director Human Resources and Administration fi ħdan l-Isptar Mater Dei kif imħabbar fiċ-ċirkulari MDH/70/2016? Jista’ jgħid x’esperjenza u/jew kwalifiki għandu dan l-individwu biex jokkupa din il-kariga? Jista’ jagħti l-job description ta’ dan il-post?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija, giet appuntata bhala Director Human Resources and Administration fl-Isptar Mater Dei. Il-persuna ndikata kienet tokkupa diversi pozizzjonijiet simili f’entitajiet ohra tal-gvern.
Water Services Corporation – konsulenti jew persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Water Services Corporation, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Enemalta, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust illi taw is-servizz tagħhom lill-Arms Ltd, bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid meta jiskadi t-term ta’ konsulenza ta’ kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid x’inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fi Triq it-Tagħbija fir-Rabat (Malta), u jagħti data ta’ meta mistenni li jkunu lesti x-xogħlijiet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt mgħarraf mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-kuntrattur ġie mitlub minn Transport Malta ikompli bix-xogħlijiet fis-7 ta’ Marzu 2016. Għaldaqstant ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.
Iż-Żejtun – Triq Alfredo Cachia Zammit – xogħlijiet infrastrutturali
Question
Peress li minn informazzjoni li għandi, Transport Malta għadha ma bdietx ix-xogħol skedat fuq ir-resurfacing u s-servizzi ta’ Triq Alfredo Cachia Zammit iż-Żejtun minħabba li jeħtieġu xi xogħlijiet infrastrutturali mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qabel, jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol u meta se jibda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li x-xogħlijiet f’din it-triq jikkonsistu fi tqegħid ta’ mejnijiet tal-ilma u meded ta’ drenaġġ.
Familji u negozju – provista ta’ dawl maqtugħ – kontijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il familja u negozju inqatgħatilhom il-provista ta’ dawl minħabba kontijiet pendenti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni sena b’sena mis-sena 2013 ‘l hawn u l-informazzjoni tinqasam bejn households u kummerċjali?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ARMS Ltd qed tiltaqa’ ma dawk li jkunu waqgħu lura fil-ħlasijiet biex tipprova ssib soluzzjoni dwar kif jistgħu jsiru l-ħlasijiet. L-informazzjoni dwar sospensjonijiet hija ta’ natura kummerċjali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi impjegati li preżentament qegħdin jaħdmu mal-Uffiċċju tal-President, imma qabel kienu jaħdmu mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li ġew mislufa biex jagħmlu xogħol mal-Uffiċċju tal-President? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet l-iskala tas-salarju tagħhom meta kienu jaħdmu ma' din il-kumpanija? Jista’ jgħid f’liema skala tas-salarju qegħdin mal-Uffiċċju tal-President?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Kumpanija msemmija separatament, li hemm diversi impjegati mislufa mal-Uffiċċju tal-President. Dawn baqgħu bl-istess skala ta’ qabel marru b’self.
Jista’ l-Ministru jara li d-dawl ta’ Triq Patri Ġuże Delia fis-Siġġiewi jiġi mibdul għal Three Phase peress li r-residenti qegħdin isofru minn ħsarat minħabba bdil fil-vultaġġ u dan fid-dawl li tmien snin ilu kienet inbniet kamra sabiex issir sub-station però sal-lum għadu ma sar xejn?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li l-Enemalta ma rċevietx rapporti ta’ diffikultajiet fil-provvista’ minn klijenti f’dawn l-inħawi.
Ir-Rabat – xogħlijiet li minn Triq Għajn Kajjet tagħti għall-Baħrija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fi triq li minn Triq Għajn Kajjet tagħti għall-Baħrija, ir-Rabat Malta, u meta dan mistenni jkun lest?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat illi filwaqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel minn kollox biex ix-xogħlijiet f’din it-triq jitlestew mill-aktar fis possibli, ic-ċirkostanzi mhux dejjem jippermettu. Dan peress li nstabu fdalijiet arkeoloġici li jridu jiġu investigati.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problemi ta’ żbroff ta’ drenaġġ fid-dar tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li għamlu spezzjoni tal-main tad-drenaġġ tat-triq fil-preżenza tal-individwu msemmi, u ġie aċċertat li l-problema mhijiex ġejja mill-mejnijiet tal-gvern. Fil-fatt l-istess individwu aċċetta li l-problema evidentement ġejja minn terzi.
Triq iż-Żonqor sa Triq Hurds Bank – stallar ta’ dawl
Question
Jista’ l-Ministru, b’referenza għad-domandi preċedenti, jara issa li huwa fil-pjan tal-Gvern li jsir l-iżvilupp ta’ Żonqor Point sabiex minn Triq il-Blajjiet minn Triq iż-Żonqor sa Triq Hurds Bank jiġi nstallat dawl fit-triq billi għadha kompletament fid-dlam?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li filwaqt li l-kumpanija Enemalta plc mhijiex responsabbli għall-installazzjoni ta’ dwal ġodda f’toroq jew postijiet pubbliċi, qed jiġu kkuntattjati l-entitajiet konċernati biex dan is-suġġeriment jiġi meqjus, u jekk possibbli, jingħata l-appoġġ meħtieġ biex jitwettaq.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn żewġ entitajiet, il-kumpanija msemmija ingħatat xogħol b’direct order għall-valur ta’ €365,528.86 (tlett mija, ħamsa u sittin elf, ħames mija, tmienja u għoxrin Ewro u sitta u tmenin ċenteżmu).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżenzjalment il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tissupplixxiex azjendi, entitajiet u kumpaniji, kemm privati kemm governattivi, b’diesel, petrol u/jew pitrolju bi prezz illi huwa rħas mill-prezz illi jingħata lill-istations tal-fuel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li l-informazzjoni li qed tiġi mitluba għandha valur kummerċjali għal Kumpanija msemmija. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtu minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdietx il-konsultazzjoni bejn il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa kif stipulata fil-liġi tal-Identità tal-Ġeneru, li kienet ippubblikata fl-14 ta’ April 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nikkonferma mal-Onorevoli Interpellant li l-process ta’ konsultazzjonijiet li semmiet, beda.
Liġi tal-Identità tal-Ġeneru – Grupp Interdixxiplinari
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex ikkonsultat biex jitwaqqaf il-Grupp Interdixxiplinari kif stipulat fil-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru, ippubblikata fl-14 ta’ April 2015, u jekk dan il-grupp ġiex imwaqqaf?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Grupp ta’ Ħidma kif stipulat fil-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru, ippubblikata fl-14 ta’ April 2015, ġiex imwaqqaf, liema grupp kellu jitwaqqaf tliet xhur wara li daħlet il-liġi, jiġifieri f’Lulju 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli skont kif definit fil-Liġi dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess.