Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Business Associations Grant fl-aħħar tliet snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta tnediet l-iskema, ma kien hemm l-ebda intrapriża li bbenefikat mill- Business Association Grant Scheme. Din l-iskema tnediet f’ Jannar tal-2016.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar il-proġett tal-Crafts Village f’Ta’ Qali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħdin fil-proċess li ningaġġaw il-''Project Managers'' għal dan il-proġett.
Ix-xogħolijiet huma maħsuba li jinbdew fil-bidu tas-sena 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Interest Rate Subsidies fl-aħħar tliet snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema Interest Rate Subsidy, 12-il intrapriza bbenifikaw fl-2014 bl-għajnuna finanzjarja tammonta għal €529,990. Matul is-sena 2015, bbenefikaw 5 impriżi, bl-għajnuna finanzjarja tammonta għal €3,967,399. Mill-bidu ta' din is-sena sa l-aħħar ta' Lulju 2016, żewġ intrapriżi bbenefikaw minn din l-iskema, bl-għajnuna finanzjarja tammonta għal €280,736.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Loan Guarantees fl-aħħar tliet snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt l-iskema tal-Loan Guarantee, 3 impriżi bbenifikaw fl-2014 u 5 impriżi bbenifikaw fl-2015. Fl-2014 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €447,500 waqt li fl-2015 l-għajnuna finanzjarja ammontat għal €2,764,000. Sa l-aħħar ta' Lulju 2016, ma ġiet approvata l-ebda assistenza matul is-sena 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Research and Development fl-aħħar tliet snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2014, ingħata total ta' €79,168 taħt l-iskema R&D Feasibility Study lil-żewġ intrapriżi. Matul l-istess perjodu ingħatat assistenza ta' €166,135 taħt l-iskema R&D 2014-2020 lill-intrapriża waħda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu trading licences bejn is-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar 2013 sal-1 ta’ Awwissu 2016, is-Sezzjoni Liċenzi tal-Kummerċ ħarġet 6,891 liċenza tal-kummerċ kif ġej:
2013 - 1,965
2014 - 1,786
2015 - 1,779
2016 (sal-1 ta’ Awwissu) - 1,361
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Start up Finance fl-aħħar 3 snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta tnediet l-iskema, ma kien hemm l-ebda intrapriża li bbenefikat mill-Start-up Finance Scheme. Din l-iskema tnediet fi Frar tal-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Micro Invest fl-aħħar 3 snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2014, kien hemm 897 benefiċjarji, b'total f'assistenza li tlaħħaq 5.7 miljun ewro.
Fis-sena 2015, kien hemm 1,193 benefiċjarji, b'total f'assistenza li tlaħħaq 9.2 miljun ewro.
Din is-sena, minn 767 il-applikazzjoni li sa issa ġew ipproċessati fost total ta' 1,323, l-ammont ta' assistenza jlaħħaq 5.1 miljun ewro.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intrapriżi bbenefikaw mill-iskema Business Advisory Services fl-aħħar 3 snin sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena 2014 sa l-aħħar ta' Lulju 2016, kien hemm 94 il-beneficjarju li bbenefika minn l-iskema tal-Business Advisory.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-koperattivi ġodda li ġew reġistrati fl-2015 u fl-2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2015 ġew reġistrati żewġ koperattivi ġodda li huma:
1. Ramla Sunbeds and Umbrellas Co-op Limited
2. Cooperative of Physiotherapists Ltd.
Fl-2016 ġew reġistrati ħames koperattivi ġodda li huma:
1. Koperattiva Youtheme Ltd.
2. Tourist Information and Services Co-op Ltd.
3. LYNC Co-op Ltd.
4. Seeds Wellbeing Co-op Ltd.
5. OutNet Cooperative Ltd.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li sar mill-Bord tal-Koperattivi fl-2015 u fl-2016?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant li matul dan il-perjodu il-Bord tal-Koperattivi kompla jsaħħaħ ix-xogħol regolatorju tal-Bord, kemm bħala kuntatt mal-Koperattivi kif ukoll permezz ta' policy amministrativa. B'kollox f'dan il-perjodu kienu reġistrati 7 koperattivi ġodda, biex issa n-numru ta' koperattivi telgħa għal 73.
Il-Bord kien ukoll impenjat b'sensiela sħiħa ta' laqgħat konsultattivi ma' stakeholders varji, fosthom dwar ir-riforma fil-Fond Ċentrali tal-Koperattivi. Grazzi għall-ħidma mwettqa mill-Bord tal-Koperattivi f'dan ir-rigward, il-Gvern daħal avviz legali li jirregola dan l-Fond Ċentrali tal-Koperattivi u ġiet indirizzata sitwazzjoni li kienet tħalliet mill-amministrazzjoni preċedenti li ċertament ma kienetx tagħmel ġieħ il-moviment.
Fl-istess waqt il-bord kompla jippromwovi l-kunċett koperattiv kemm fil-mezzi tax-xandir kif ukoll bi prezenza fl-iskejjel, grazzi għal ftehim li sar mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u Impjiegi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jemenda l-liġi tal-Koperattivi fil-futur qarib, u jekk iva, f’liema direzzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għaddej bi proċess intiż li jirriforma l-moviment koperattiv bil-għan li s-soċjetajiet koperattivi jsiru aktar relevanti għac-cirkustanzi ta’ llum.
S’issa dan il-proċess iffoka primarjament fuq l-Avviz Legali li jirregola l-Fond Centrali tal-Koperattivi biex ikun assigurat li dan il-fond jitmexxa b’mod ġust u ekwu..