Jista' l-Ministru jgħid:
*X'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjon għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex?
*Meta mistenni jitlesta?
*Kemm se jiswa? Kemm mill-ispiża se tiġi minn fondi Ewropej?
*Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea?
*Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intnefqu Lm280,000 biss?
*Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intnefqu Lm160,000 biss?
*Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett?
*Lil min tħallsu?
*Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux?
*Għal xiex huma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi?
*Meta mistenni jitħallsu u lil min?
*X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi?
*Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett għat-trasferiment ta’ l-iskart f’Għawdex maqsum f'żewġ komponenti. L-ewwel parti tikkonsisti f’ċentru fejn il-pubbliku jista’ jiddisponi minn skart goff b’mod organizzat ħalli l-istess materjal jiġi riċiklat, dak li jissejjaħ Civic Amenity Site. It-tieni parti tikkonsisti f'faċilità fejn l-iskart domestiku jiġi ppreparat għat-trasferiment lejn Malta. Ta’ min jgħid li l-WasteServ Malta Ltd diġà ġabet il-permessi meħtieġa mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex ikun żviluppat iċ-ċentru għal skart goff. Minkejja dan, il-Kunsill Lokali tax-Xewkija, b’maġġoranza Laburista, qed jagħmel minn kollox ħalli jxekkel dan l-iżvilupp allavolja ċentri simili diġà bdew jiffunzjonaw tajjeb ħafna f’Malta għas-sodisfazzjon tar-residenti fl-inħawi. Dwar il-facilità tat-trasferiment ta’ skart domestiku, il-WasteServ Malta Ltd għadha għaddejja bl-aħħar assessments sabiex l-outline development permit li għandha f’idejha għal dan l-iżvilupp jinbidel għal full development permit biex bih din tkun tista’ tibda tiżviluppa din il-facilità.
Jekk il-Kunsill Lokali jikkoopera u ma jkomplix itellef l-interess pubbliku, huwa maħsub li l-faċilità għall-iskart goff titlesta sa l-aħħar ta’ din is-sena. Il-faċilità ta’ trasferiment ta' l-iskart domestiku titlesta fi żmien sena u nofs mill-ħruġ tal-permessi.
Il-faċilità għall-iskart goff ser tiswa Lm 89,747 (VAT eskluża) li 73% minnhom ġejjin minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea. L-istima għall-faċilità ta’ trasferiment għall-iskart domestiku hija ta’ Lm 4.3 miljuni u l-ħsieb huwa li din tiġi ffinanzjata mill-fondi ta’ l-UE mill-baġit 2007-2013. Il-kofinanzjament għal dan il-komponent għadu mhux magħruf għax għad trid issir l-applikazzjoni.
Ta’ min jgħid ukoll li ma kien hemm ebda ftehim ma' l-UE dwar sa meta għandha titlesta l-faċilità għat-trasferiment ta' l-iskart domestiku.
Mhux ċar għal-liema figuri qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant għas-snin 2005 u 2006. Nitolbu jispeċifika biex inkun nista' nwieġeb.
Il-flus li tħallsu s’issa fuq dan il-proġett jammontaw għal Lm 18,638. Din l-ispiża saret fl-2006 biex isiru l-istudji konnessi ma’ l-applikazzjoni għall-permess ta’ l-iżvilupp. Dawn il-flus tħallsu f’servizz ta’ konsulenza lid-ditti kif gej:
· SLR Consulting ta’ Ingilterra
· Bezzina and Cole
· Sustech Consulting
Il-fondi kommessi s’issa għan-nefqa li iżda għadhom ma tħallsux huma dawk marbuta maċ-ċentru għall-iskart goff. Dawn il-fondi mistennija jitħallsu meta l-proġett jitlesta. Dawn jitħallsu lill-iżvilupattur kkonċernat. L-ammont li għad irid jiġi kommess huwa l-valur tal-proġett biex isir il-proġett.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita ta' l-għeneb għall-industrija matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar; tweġiba tingħata f’Seduta oħra.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita tal-laħam frisk matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma jingħatawx sussidji fuq laħam frisk ħlief kif indikat diġà fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari ripetittivi li għamel l-Onorevoli Interpellant.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita tal-mushrooms matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-sussidju mħallas fuq produzzjoni dikjarata ta' mushrooms kien hekk:
2004 tħallsu Lm 3,859.04
2005 tħallsu Lm 1,085.18
2006 tħallsu Lm 750.11
L-allokazzjoni ta' dawn il-fondi ma ssirx fuq termini speċifiċi kif qiegħed jassumi l-Onorevoli Interpellant.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita għall-produzzjoni fl-industrija ta' l-ipproċessar matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega għal liema "industrija ta' pproċessar" qiegħed jirreferi.
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita taċ-ċanga friska matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma jingħatawx sussidji fuq ċanga friska kif indikat mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-regolamenti ġodda dwar il-kostruzzjoni hux se jkun hemm il-livelli massimi ta' storbju li jistgħu jagħmlu inġenji tal-kostruzzjoni fuq il-lant tax-xogħol u x'ħinijiet permessibbli se jkunu jistgħu jaħdmu u x'livell ta' ħoss se jkun permess?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Avviż Legali 295 ta' l-2007 rigward Regolamenti ta' l-2007 dwar L-Immanġġar Ambjentali Tas-Siti tal-Kostruzzjoni, Regolament Nru 5 jgħid li l-ħin permessibbli biex isir xogħol ta' kostruzzjoni li joħloq ħsejjes li jinstemgħu minn barra s-sit huwa hekk:
(A) Xogħol ta' kostruzzjoni m'għandux jibda qabel is-7.00 a.m. u għandu jieqaf fit-8.00 p.m.
(B) Xogħlijiet li jiġġeneraw aktar minn 65 db ta' ħoss meta mkejla biswit is-sit għandhom jieqfu bejn is-2 p.m. u l-4 p.m.
(Ċ) Fil-perjodu bejn il-15 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru, xogħol ta twaqqigħ u skavar mhux permessibbli f'żoni turistiċi hekk kif stabbiliti minn żmien għal żmien mill-awtorità kompetenti għat-turiżmu.
(D) L-ebda xogħol ta' kostruzzjoni m'għandu jsir fil-Ħdud u fil-Festi Pubbliċi.
Il-kundizzjoni (B) inizjalment mhux ser tkun implimentata u tiddaħħal fis-seħħ iktar 'il quddiem biex għalissa jkun hemm konċentrazzjoni fuq l-elementi l-aktar ta' priorità. Kif għidna mill-bidu, dawn ir-regolamenti qed ikunu introdotti gradwalment.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27470 u cioe: B'referenza għall-fond f'Bellavista Street, San Ġwann, li dwaru kien inħareġ permess u li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, minkejja l-oġġezzjonijiet ta' għadd ta' resident u billi allegatament dan qed jikser diversi klawżoli tal-permess tal-MEPA, primarjament dwar location ta' l-airconditioning units u anke dwar cooking fumesu rwejjaħ li jagħtu direttament għall-abitat li kważi jmiss miegħu, jista' l-Ministru jawtorizza li jittieħdu passi minħabba dan l-allegat ksur tal-permess tal-MEPA?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-permess li għalih jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa permess approvat mill-Bord ta' l-Appell. Ninsab infurmat li wara investigazzjoni mis-sezzjoni ta' l-Infurzar ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irriżulta li twaħħal air-condition unit mal-faċċata tas-sit u għaldaqstant inħareġ Avviż ta' Twettiq ECF624/07.
Sadanittant, fuq il-kumplament ta' l-allegazzjonijiet qed issir investigazzjoni jekk hemmx ksur tal-permessi maħruġa.
Jista' l-Ministru jgħid:
*X'jonqos isir biex jitlesta l-istazzjon għat-trasferiment ta' l-iskart f'Għawdex?
*Meta mistenni jitlesta?
*Kemm se jiswa? Kemm mill-ispiża se tiġi minn fondi Ewropej?
*Sa meta kellu jkun lest skond il-ftehim mal-Kummissjoni Ewropea?
*Għaliex għas-sena 2005 kienu ġew ivvotati Lm1,671,000 u minnhom intnefqu Lm280,000 biss?
*Għaliex għas-sena 2006 kienu ġew ivvotati Lm2,250,000 u minnhom intnefqu Lm160,000 biss?
*Kemm tħallsu flus b'kollox kull sena s'issa fuq dan il-proġett?
*Lil min tħallsu?
*Kemm hu l-ammont ta' fondi kommessi s'issa għan-nefqa u għadhom ma tħallsux?
*Għal xiex huma kommessi dawn il-fondi u meta ġew kommessi?
*Meta mistenni jitħallsu u lil min?
*X'ammonti għadhom iridu jiġu kommessi?
*Għal xiex għad iridu jiġu kommessi l-flus?
Skond l-iSpecial Market Policy Programme for Maltese Agriculture (SMPPMA), jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur f'ċifra ta' flus allokati għas-sussidji tal-produzzjoni stabbilita tat-tadam għall-industrija ta' l-ipproċessar matul din is-sena? Jista' jgħid kemm fil-fatt tħallas lill-bdiewa minn dan is-sussidju allokat abbażi tal-produzzjoni dikjarata mill-bdiewa? Jista' jgħid x'sar mill-flus allokati iżda ma tħallsux lill-bdiewa minħabba li ma laħqux il-produzzjoni massima u kemm fil-fatt kien f'ċifra ta' flus dan l-ammont li ma tħallasx lill-bdiewa in kwestjoni? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għas-snin 2004, 2005 u 2006 separatament?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27392 u jara li jittella' boundary wall skond kif titlob il-liġi mad-dawra tal-plot kbira li ġieli qed tintuża bħala scrap yard u dumping ground f'Birkirkara Road, San Gwann kantuniera ma' Triq il-Gallina, Kappara?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 27945, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' ħaddiema li jaħdmu f'dan l-impjant u x'ħiliet għandhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ cutting and deboning isir minn biċċiera tas-sengħa u n-numru jvarja skond id-domanda li tiġi stabilita għal kull qatla.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27864 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-frott kollu li jitkabbar fil-gzejjer tagħna f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif indikata fit-tabella hawn taħt. Din ma tinkludix l-informazzjoni li diġà tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 27700.
2002
2003
2004
2005
2006
Kg
Kg
Kg
Kg
Kg
1,514,961
808,808
886,887
1,164,422
1,239,599
Jista' l-Ministru jgħid f'Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura x'tip ta' żvilupp qiegħed isir? Jekk hemmx permessi għal xi tip ta' bini? Jekk iva, x'tip huwa? X'inhu l-pjan tal-gvern għal Wied Blandun, Raħal Ġdid/Fgura?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini dettalji biżżejjed biex inkun nista’ nifhem għal xiex qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallset il-MEPA biex għamlet ir-riklami (fuq gazzetti lokali kollha inkluż fuljett separat stampat bil-kulur f'The Sunday Times, u fuq websites lokali fost mezzi oħrajn) dwar il-permessi li ħarġet għar-Ramla l-Ħamra PA 07902/05 u PA 05138/02?
Kif inqasmu dawn ir-riklami lill-kumpaniji differenti? Kemm tħallset il-kumpanija/i li ppreparat il-materjal (ritratti, disinn ta' riklami, preparazzjoni ta' materjal għall-internet) għal dan il-materjal publiċitarju?
Kemm kien hemm impjegati tal-MEPA li ħadmu fuq dan il-materjal pubbliċitarju, u biex jiktbu ittri lill-ġurnali u ittri f'websites dwar dan il-permess? Kemm-il siegħa ta' xogħol iddedikaw biex ħadmu fuq dan il-materjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ħallset LM 881.46 (€2,053.25) biex għamlet link minn fuq żewġ websajts għall-websajt ta' l- l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). Dawn il-links kienu f’għamla ta’ banners fuq il-websajt www.di-ve.com u www.timesofmalta.com. Skond l-istħarriġ tal-MEDIAWAREHOUSE, apparti il-websajt www.gov.mt, dawn iż-żewġ portals igawdu l-akbar għarfien fost il-pubbliku. Dan kien il-kriterju li fuqu kienet ibbażata l-għażla.
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma għamlet l-ebda reklamar ieħor konness ma' dan is-suġġett.
Ix-xogħol kollu konness mad-disinn, ritratti, tħejjija ta’ materjal fuq l-internet, ittri u artikli sar miż-żewġ uffiċjali fl-Uffiċċu għar-Relazzjonijiet Pubbliċi. Peress li dan huwa x-xogħol tagħhom, wieħed ma jistax jikkwantifika kemm-il siegħa kienet iddedikata għal dan ix-xogħol għax dan sar flimkien ma' xogħol iehor.