Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25802 Sitting 400 2016-06-08 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni minn Għawdex nominati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25528 u jgħid min huma dawk il-persuni minn Għawdex (persuni li l-Karta tal-Identità tagħhom hija b'indirizz f'Għawdex) li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sur Ian Muscat inħatar membru tas-Sanctions Monitoring Board fis-17 ta' Jannar 2014.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ingħataw xogħol, kemm b’direct order jew wara sejħa pubblika l-Avukat u/jew id-Ditta tal-Avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament sew jekk b’konsulenza jew xogħol ieħor għas-snin 2003–2013?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-snin 2003-2013 l-avukat kif ukoll id-ditta ta’ avukati li qed jirreferi ghalihom ingħataw xogħol wieħed bħala Direct Order għall-valur ta’ €855.50.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24800 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25042.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24801 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji/individwu li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25043.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24802 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25044.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24803 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet li tqabbdet tagħmel il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata u jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order ?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25045.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24793 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24985.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24794 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24986.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24795 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 24987.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24796 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24988.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24797 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24989.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – lista ta’ xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24799 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà tajt l-informazzjoni mitluba fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25041.
Leg 12 PQ #25528 Sitting 392 2016-05-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni minn Għawdex nominati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġislatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?

Response (VELLA, GEORGE)

Waqt li m’għandi l-ebda problema nagħti l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant, ma narax għalfejn għandhom isiru distinzjonijiet bejn l-Għawdxin u l-Maltin. Bl-istess raġunar jistgħu isiru Mistoqsijiet dwar min huma dawk il-persuni miż-Żejtun, miż-Żurrieq, minn Marsaskala u mill-kumplament tat-68 lokalita’ f’Malta u Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern. Hemm ukoll diffikulta’ dwar x’qed jifhem l-Onor. Interpellant meta jgħid persuni minn Għawdex. Qed jirreferi biss għal impjegati li twieldu u għadhom joqogħdu Għawdex jew qed jinkludi wkoll dawk li twieldu Għawdex imma llum joqogħdu Malta? Qed jinkludi persuni li twieldu Malta imma llum huma residenti Għawdex jew Maltin li għandhom indirizz f’Għawdex fuq il-Karta tal-Identita’ tagħhom għalkemm normalment jgħixu Malta?

Strategic and Priorities Unit

Question

Fid-dawl tal-fatt li kien biss fl-aħħar sentejn li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista saret konxja ħafna tal-meritokrazija, jista’ l-Ministru jsemmi l-kwalifiki u l-esperjenza tal-persuni li nħatru fl-iStrategic and Priorities Unit fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-persuni li nħatru fl-iStrategic and Priorities Unit fi ħdan il-Ministeru tiegħi għandhom esperjenza kbira ta’ għexieren ta’ snin fid-diplomazija. L-Ambaxxatur Saviour Borg ilu jservi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għal kważi 38 sena. Huwa serva bħala Rappreżentant Permanenti għal aktar minn erba’ snin fi New York kif ukoll għal erba’ snin oħra f’Ġinevra. F’dawn iż-żewġ postijiet serva wkoll f’karigi oħra għal diversi snin. Huwa kien ukoll Rapporteur tal-Kumitat tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet Inaljenabbli tal-Poplu Palestinjan kif ukoll Deputat Rappreżentant għall-Kunsill tas-Sigurta’ tal-Ġnus Magħquda. Serva wkoll bħala Rappreżentant Permanenti għall-Uffiċċju tal-Ġnus Magħquda fi Vjenna u għall-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) u l-Għaqda Dinjija għall-Kummerċ (WTO). Għandu wkoll esperjenza vasta fuq il-Commonwealth. Is-Sur Borg kien Ambaxxatur għaċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea u r-Reppubblika Demokratika tal-Korea. Illum huwa Ambaxxatur mhux residenti għall-Isvizzera, l-Liechtenstein u l-Bosnia Herzegovina. L-Ambaxxatur Alfred Zarb serva għal erba’ snin fir-Rappreżentanza Permanenti fi New York u għen sabiex titwaqqaf l-Ambaxxata f’Washington, l-Istati Uniti u r-Rappreżentanza Permanenti f’Ġinevra. Huwa kien appuntat ambaxxatur għall-Alġerija, it-Tunezija u l-Marokk, kif ukoll Rappreżentant ta’ Malta għal-Lega ta’ l-Istati Għarab. Fl-istess waqt kien Direttur tar-Relazzjonijiet Bilaterali. L-Ambaxxatur Zarb għandu esperjenza dwar il-Mediterran u serva bħala Rappreżentant ta’ Malta fil-Proċess ta’ Barcelona (il-Euro Med), il-Mediterranean Forum, kif ukoll għall-Western Mediterranean Dialogue (il-5+5). Huwa kien ko-ordinatur fid-delegazzjoni ta’ Malta li ħadmet sabiex titwaqqaf l-Assemblea Parlamentari tal- Mediterran (il-PAM) li għandha il-kwartieri tagħha f’Malta. Ħadem ukoll sabiex kien stabbilit f’Malta l-Uffiċċju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Lega tal-Istati Għarab (l-ECLASLO). L-Ambaxxatur Zarb innegozja ukoll it-twaqqif f’ Malta tal-Institute of Justice and Rule of Law (l-IIJ). Bħalissa qed iservi bħala Ambaxxatur mhux residenti ghall-Kroazja u s-Slovenja. Huwa wkoll membru tal-Board tal-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi (il-MEDAC), l-Institute of Justice and Rule of Law u l-iSteering Committee tal-ECLASLO. F’Jum ir-Repubblika 2015 kien onorat mill-E T il-President tar-Repubblika bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika fl-okkażjoni tal-ħamsin sena ħidma kontinwa tiegħu fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. L-Ambaxxatur Joseph Mangion ilu jservi fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin mill-1976. Huwa ħadem f’diversi sezzjonijiet tal-Ministeru, li jkopru r-relazzjonijiet bilaterali u multilaterali, u serva f’diversi karigi f’Ambaxxati barra minn Malta. L-Ambaxxatur Mangion serva fl-Ambaxxata Maltija fi Tripli u fil-Kajr kif ukoll kien Uffiċċjal Diplomatiku fl-Uffiċċju tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti. L-Ambaxxatur Mangion attenda diversi konferenzi kemm fuq livell governattiv kif ukoll fuq livell Parlamentari u kellu sehem dirett fit-twaqqif tal-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran f’Malta. Huwa għandu esperjenza u għarfien konsiderevoli tad-Dinja Gharbija u bħalissa qieghed iservi bħala Ambaxxatur mhux residenti għall-Oman u l-Iran kif ukoll bhala Special Envoy tal-Ministru ghall-Affarijiet Barranin fuq il-Libja. Fuq kollox, huma persuni integri, leali u għandhom dedikazzjoni kbira lejn is-servizz. Nassigura lill-Onor. Interpellant li għandi l-ikbar rispett u l-aħjar relazzjonijiet mal-membri kollha tal-Ministeru li għandhom dawn il-kwalitajiet, irrispettivament mit-twemmin politiku tagħhom. Kif jista’ jara l-Onor. Interpellant, ma jidhirlix li wieħed jista’ jiddubita li d-deċiżjoni li ħadt li naħtar lil dawn il-persuni fl-iStrategic and Priorities Unit hija bbażata fuq il-meritokrazija.

Adozzjonijiet ta’ tfal barranin minn koppji Maltin

Question

X’ħidma qed iwettaq il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin sabiex isir ftehim għall-adozzjoni ta’ tfal barranin minn koppji Maltin? X’għajnuna qed joffri l-Ministeru lill-koppji Maltin li jmorru f’pajjiżi barranin għal dan l-iskop?

Response (VELLA, GEORGE)

It-tema tal-adozzjonijiet ta’ tfal barranin minn koppji Maltin hija sensittiva ħafna u delikata. Għaldaqstant jien u l-Ministeru tiegħi nagħtu prijorità kbira lil dan l-aspett tal-ħidma bilaterali tagħna biex fejn hu possibli jiġu ffirmati trattati li joffru qafas legali u proċeduri li jirregolaw dan il-proċess. L-għan aħħari huwa li jiġi assigurat l-aħjar interess tat-tfal. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin iżomm kuntatt mal-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali f’kull stadju ta’ din il-ħidma. In-negozjati dwar dawn it-trattati m’humiex sempliċi għax ħafna drabi wieħed irid jassigura li dan il-proċess ikun ħieles minn kull forma ta’ abbuż. Wieħed irid jieħu in konsiderazzjoni wkoll aspetti kulturali u reliġjużi tal-pajjiż li miegħu nkunu qegħdin ninnegozjaw. Fis-sena 2014 ġie iffirmat Protokoll ta’ Koperazzjoni bejn id-dipartimenti rispettivi ta’ Malta u tal-Islovakkja. Dan il-Protokoll daħal fis-seħħ fl-istess sena. Fl-2015 bdejna l-proċess biex nirrevedu il-ftehim mal-Albanija, biex fi Frar ta’ din is-sena l-Onor. Michael Farrugia kellu laqgħat mal-Ministru Albaniż ikkonċernat. Huwa mistenni li t-trattat il-ġdid jkun ffirmat dalwaqt. Fit-3 ta’ Frar 2016, iffirmajt Ftehim ta’ Qafas ta’ Koperazzjoni mal-Kosovo fejn l-awtoritajiet tal-Kosovo ikkommettew ruħhom li jgħaddu pakkett ta’ informazzjoni dwar il-proċess u proċeduri ta’ adozzjoni ta’ tfal mill-Kosovo. Bħalissa l-Ministeru qiegħed jaħdem biex jintlaħaq ftehim dwar l-adozzjonijiet mill-Ghana. Fil-11 ta’ Settembru 2015, waqt l-ewwel sessjoni tal-Kummissjoni Konġunta Teknika ġiet diskussa wkoll koperazzjoni dwar l-adozzjonijiet tat-tfal. Malta għamlet numru ta’ mistoqsijiet fuq il-kwistjoni biex eventwalment tippreżenta abbozz ta’ ftehim dwar l-adozzjoni mill-Ghana. Għaddejjin taħdidiet u konsultazzjonijiet bil-għan li eventwalment jiġi ffirmat ftehim dwar l-adozzjonijiet mar-Russja. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin jieħu kull okkażjoni biex jsemmi dan is-suġġett f’taħdidet tal-ogħla livell politiku kif ukoll dak tekniku anki permezz tal-Ambaxxata Maltija f’Moska. Il-Ministeru qed jgħarraf lill-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali bl-iżviluppi f’dan il-qasam. Il-Ministeru huwa nfurmat li anki fin-nuqqas ta’ Ftehim formali, kien hemm numru ta’ adozzjonijiet mir-Russja f’dawn l-aħħar snin. Rigward adozzjonijiet mill-Etjopja, peress li l-orfanatrofji ma jistgħux iservu bħala uffiċċji rappreżentattivi, qed nesploraw metodi oħra ta’ kif jista’ jkun possibili li naslu għal ftehim dwar adozzjoni ta’ tfal Etjopjani minn koppji Maltin. Il-Ministeru ser jibqa’ jaħdem id f’id mal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali biex tinstab soluzzjoni li tindirizza l-kundizjonijiet magħmula mill-awtoritajiet tal-Etjopja. Qed tkun esplorata wkoll il-possibilità li jintlaħaq ftehim dwar l-adozzjoni ta’ tfal mill-Kambodja. Qegħdin nevalwaw l-aħjar prassi biex jiġi nnominat u akkreditat rappreżentant fil-kapitali Kambodjana għall-aġenżija Maltija. Diġà saru kuntatti mal-Ambaxxata tal-Kambodja ġewwa Pariġi u qed nistennew tweġiba mill-awtoritajiet tal-Kambodja. Apparti mill-ħidma biex jintlaħqu trattati dwar l-adozzjoni internazzjonali l-Ministeru jagħti diversi forom ta’ għajnuna prattika permezz ta’ legalizzazzjoni ta’ dokumenti, trasmissjoni ta’ dokumenti, faċilizzazzjoni ta’ komunikazzjoni, ħruġ ta’ viżi u assistenza konsolari ġenerali.

Proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’ħidma qed jagħmel il-gvern Malti biex ikun riattivat il-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, kif kien imwiegħed mill-gvern fil-Programm Elettorali tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Il-Gvern Malti kontinwament jimpenja ruħu sabiex Malta tappoġġja l-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani kif ukoll sabiex iħeġġeġ liż-żewġ naħat biex jiltaqgħu f’negozjati bilaterali diretti. Malta kienet attiva kemm fil-fora internazzjonali kif ukoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex tingħata l-attenzjoni tant meħtieġa għas-sostenn tal-proċess ta’ paċi u sabiex dan is-suġġett jibqa’ fuq l-aġenda tal-istess Unjoni. F’bosta dikjarazzjonijiet Malta għamiltha ċara li l-espansjoni tal-qagħdiet Iżraeljani huma illegali taħt il-liġi internazzjonali u ma jwasslux għal soluzzjoni ta’ paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani mfassla fuq żewġ stati. Malta ikkundannat bla riżerva kull forma ta’ vjolenza, jagħmilha min jagħmilha, u tenniet bis-sħiħ li bil-vjolenza ma jinstabux soluzzjonijiet. Atti simili jwasslu biss għal miżuri ta’ tpattija, mibegħda, tbatija u ħruxija. Malta konsistentement issemma’ leħinha favur il-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani fil-laqgħat li jsiru regolarment fi-ħdan il-Kunsill għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea. Fl-interventi tagħha, Malta dejjem tisħaq dwar l-importanza li l-Unjoni Ewropea għandha jkollha rwol aktar attiv f’din il-kwistjoni, flimkien ma’ pajjiżi u entitajiet oħra li ilhom jagħtu sehemhom f’din il-kwistjoni. Ta’ min isemmi li l-impenn ta’ Malta hu rifless ukoll f’ numru ta’ żjarat bilaterali. Il-Prim Ministru Joseph Muscat u jien żorna Iżrael u l-Palestina f’Ottubru 2013. Hemmhekk kellna taħdidiet mal-ogħla rapprezentati politiċi, fosthom mal-Prim Ministru ta’ Iżrael u mal-Prim Ministru u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Palestinjani. F’Ottubru 2014, erġajt żort dawn iż-żewġ pajjiżi u ltqajt mal-President u l-Prim Ministru Palestinjani u mal-Ministri għall-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi. Irrid ukoll insemmi li l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Palestinjan, l-E. T. Riad Malki ukoll żar Malta darbtejn, f’Ġunju 2013 u f’Mejju tas-sena l-oħra. Malta wkoll ġibdet l-attenzjoni dwar is-sitwazzjoni umanitarja allarmanti f’Gaża. Niftakar li meta għamilt żjara fil-belt ta’ Shejaya waqt żjara fil-Palestina fit-30 t’Ottubru 2014 rajt mill-qrib id-distruzzjoni li ġarrab il-poplu Palestinjan f’Gaża wara l-avvenimenti traġiċi tas-sajf tal-2014 u sħaqt dwar l-importanza ta’ soluzzjoni dejjiema fil-Lvant Nofsani kemm fuq livell umanitarju kif ukoll fuq dak politiku sabiex tittaffa l-qagħda mwiegħra tal-popolazzjoni. F’livell multilaterali, Malta kompliet issegwi u tappoġġja s-soluzzjoni ta’ żewġ stati u tippromwovi d-djalogu u l-fiduċja bejn il-partijiet involuti fil-Proċess tal-Paċi fil-Lvant Nofsani. F’dan ir-rigward, irrid ukoll infakkar li Malta taqdi ir-rwol ta’ Rapporteur tal-Kumitat tal-Ġnus Magħquda dwar l-Eżerċizzju tad-Drittijiet Inaljenabbli tal-Poplu Palestinjan. Malta tipprejiedi wkoll il-Working Group ta’ dan il-Kumitat li l-għan tiegħu hu li jkabbar l-għarfien tal-Kumitat u jorganizza attivitajiet bħal films, esebizzjonijiet u diskussjonijiet. F’dan ir-rwol Malta sservi bħala vuċi ta’ moderazzjoni filwaqt li tenfasizza l-importanza tal-Ġnus Magħquda bħala forum multilaterali għar-riżoluzzjoni paċifika ta’ konflitti, partikolarment f’dal-każ tal-konflitt fil-Lvant Nofsani. B’mod konkret, irrid insemmi ukoll li Malta tikkontribwixxi fil-proċess tat-tisħiħ tal-hekk msejjaħ ‘state building’ fil-Palestina billi tgħin finanzjarjament proġetti tal-Unjoni Ewropea, proġetti bilaterali fl-ambitu tal-politika tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin dwar assistenza uffiċċjali fil-qasam tal-iżvillup (ODA), kif ukoll b’boroż ta’ studju fl-Universita ta’ Malta u fil-MEDAC fuq bażi annwali.

Żvilupp demokratiku fl-Afrika ta’ Fuq

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x’ħidma qed jagħmel il-Ministeru tiegħu għall-iżvilupp demokratiku fl-Afrika ta’ Fuq, kif imwiegħed mill-gvern fil-Programm Elettorali tiegħu, partikolarment wara l-avvenimenti magħrufa bħar-Rebbiegħa Għarbija u l-iżviluppi fil-Libja, fit-Tuneżija u fl-Eġittu?

Response (VELLA, GEORGE)

L-iżvilupp demokratiku fl-Afrika ta’ Fuq hu ta’ importanza kbira. Malta kontinwament iżżomm l-iżviluppi li jseħħu fin-Nofsinhar tal-Mediterran u tal-pajjiżi ġirien tagħha fuq l-Aġenda tal-Unjoni Ewropea. Il-Ministeru dejjem jisħaq li l-kwistjonijiet attwali tal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq jingħataw priorita’ anke f’konferenzi reġjonali jew internazzjonali bħall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (l-OSCE), il-Ġnus Maqgħuda, il-Grupp MED 7, l-Unjoni għall-Mediterran (UfM) u laqgħat oħra. Waqt il-Valletta Summit kelli wkoll numru ta’ laqgħat bilaterali ma’ Ministri għall-Affarijiet Barrnin minn pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq, fosthom tal-Marokk u tal-Eġittu, fejn iddiskutejna s-sitwazzjoni fil-Mediterran. Malta tosserva u tirrispetta r-riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Maqgħuda li jikkonċernaw l-iżvilupp demokratiku fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq kif ukoll dawk id-deċiżjonijiet meħuda fil-Kunsill Ewropew għall-Affarijiet Barranin. Għaldaqstant, il-Ministeru laqa’ b’ferħ il-ftehim politiku għall-għaqda nazzjonali fil-Libja, iffaċilitat mill-Ġnus Maqgħuda, li ġie iffirmat fi Skhirat f’Diċembru 2015. Dan il-ftehim jipprovdi sigurtà u ħarsien tad-drittijiet demokratiċi għall-poplu Libjan; sisien li jwasslu għal rikonċiljazzjoni nazzjonali msejsa fuq tqassim ta’ poteri b’mod demokratiku, għall-istituzzjonijiet nazzjonali u rispett lejn is-sistema ġudizjarja, id-drittijiet legali tal-istat u d-drittijiet umani. Dan l-aħħar erġajt ħeġġiġt lill-Kamra tar-Rappreżentanti f’Tobruk biex taġixxi fl-aħjar interessi tal-Libja u tal-poplu Libjan. Aħna konna diġa’ bdejna nuru l-appoġġ tagħna lill-poplu Libjan fit-triq ta’ transizzjoni billi fit-23 ta’ Ġunju 2013 il-Prim Ministru l-Onor. Dr. Joseph Muscat mexxa delegazzjoni li kienet tinkludi lili u lill-Ministri tal-Intern u s-Sigurta Nazzjonali, it-Turiżmu, l-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma fil-Libja. Fi Tripli ddiskutejna s-sigurta, l-immigrazzjoni illegali, capacity building, koperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, l-enerġija, affarijiet konsolari u relazzjonijiet bilaterali inġenerali. Fl-21 ta’ Ottubru 2014, ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju tal-Ġnus Magħquda, Bernardino Leon, iltaqa’ mal-Prim Ministru Libjan Abdullah Al-Thinni f’Malta. Dan kien messaġġ ċar u bikri li Malta kienet lesta li tilqa’ lil-dawk kollha li riedu jagħtu sehmhom għall-paċi. Il-Prim Ministru al-Thinni kellu taħdidiet mal-Prim Ministru, li jiena attendejt ukoll. Minn wara l-avvenimenti tar-Rebbiegħa Għarbija, l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin wera l-appoġġ ta’ Malta għall-proċeduri politiċi ta’ djalogu maħsubin biex tissaħħaħ id-demokrazija fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq. L-uffiċjali Maltin fl-Ambaxxati ibbażati f’dawn l-istess pajjiżi kontinwament jipparteċipaw f’laqgħat bilaterali u multilaterali li jikkonċernaw dan l-iżvilupp, l-aktar dawk tal-United Nations Support Mission in Libya, l-UNSMIL. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin issottometta proposta ta’ programm ta’ taħriġ lill-UNSMIL sabiex jiġu mħarrġa uffiċjali tal-pulizija Libjani f’Malta ġaladarba jitwaqqaf gvern wieħed ta’ rikonċiljazzjoni fil-Libja. Fit-13 ta’ Marzu 2016 ir-Rappreżentant tas-Segretarju tal-Ġnus Maqgħuda u l-kap tal-UNSMIL għal-Libja, Martin Kobler, għamel żjara qasira f’Malta biex iddiskutejna l-qagħda mwegħra fil-Libja. Min-naħa tiegħi assigurajt lir-Rappreżentant tas-Segretarju Ġenerali li Malta tibqa’ tappoġġja bis-sħiħ il-proċess ta’ paċi tal-Ġnus Maqgħuda bil-għan li jitwaqqaf Gvern wieħed u ta’ għaqda fil-Libja. Ir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali irringrazzjani għal impenn u s-sapport ta’ Malta lill-Ġnus Maqgħuda. Ir-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u t-Tuneżija komplew jissaħħu sa minn kmieni f’din il-leġislatura. Jien ipparteċipajt fil-Konferenza internazzjonali bl-isem “Invest in Tunisia: Start Up Democracy” fit-8 ta’ Settembru 2014 fejn ġew diskussi l-iżviluppi politiċi u ekonomiċi fil-pajjiż u ħadt sehem attiv fid-diskussjonijiet li ndirizzaw id-diffikultajiet relatati mal-perijodu ta’ transizzjoni demokratika u riformi meħtieġa fit-Tuneżija. Fit-12 ta’Mejju 2015 żort it-Tuneżija u ffirmajna Memorandum of Understanding sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi. Matul din iż-żjara kelli laqgħat mal-President tar-Repubblika Tuneżina, l-E. T. Beji Caid Essebsi, mal-Prim Ministru l-E. T. Habib Essid, mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin l-E. T. Taieb Bacchouche u mal-President tal-Parlament Tuneżin l-E. T. Mohamed Ennaceur. Din iż-żjara seħħet ftit ġimgħat wara l-attakk fuq il-Mużew Bardo li jinsab viċin il-bini tal-Parlament Tuneżin. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin joffri boroż ta’ studji lil studenti mit-Tuneżija biex jitħarrġu fil-MEDAC u kors fl-aspetti umanitarji fl-livell ta’ Masters fl-Università ta’ Malta, li jkomplu jghinu lit-Tuneżija fl-iżvilupp demokratiku tagħha. Fit-18 ta’ Novembru 2015 akkumpanjajt lill-Prim Ministru fuq żjara uffiċjali fl-Alġerija fejn saru laqgħat mal-Prim Ministru tal-Alġerija l-E. T. Abdelmalek Sellal u ma’ numru ta’ membri tal-Kabinett Alġerin bil-għan li bejn iż-żewġ pajjiżi terġa’ tissaħħaħ f’diversi oqsma fosthom immaniġġjar tat-turiżmu, is-saħħa, ir-relazzjonijiet marittimi u l-enerġija konvenzjonali u rinnovabbli. F’din l-okkażjoni, flimkien mal-Ministru għall-Affarjiet Barranin Alġerin, iffirmajna ftehim dwar is-Servizzi tal-Ajru. Il-ħidma ta’ koperazzjoni mal-Alġerija tkompliet biż-żjara tal-President l-E.T. Marie Louise Coleiro Preca, f’Jannar li għadda. B’din iż-żjara komplew jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali, b’ mod partikulari fil-qasam ekonomiku. Bħalissa għaddej xogħol intensiv għat-tħejjija tal-Kummissjoni Mħallta. L-iżvilupp demokratiku fil-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq qed ikun mgħejjun wkoll permezz tat-taħriġ lil uffiċjali nvoluti fil-qasam tal-liġi u l-ġustizzja li joffri l-International Institute for Justice and the Rule of Law (l-IIJ) li twaqqaf f’Malta fl-2014 mill-Global Counter Terrorism Forum bl-għajnuna sħiħa tal-Ministeru tiegħi. Il-Ministeru se jissokta bil-ħidma tiegħu f’dan il-qasam anke matul il-Presidenza Ewropea ta’ Malta fl-2017. Il-linja gwida politika ta’ Malta se tkun li tingħata iktar attenzjoni għall-politika reġjonali tal-Mediterran speċjalment dik tan-Nofsinhar sabiex tingħata spinta għall-iżvilupp demokratiku u biex ir-reviżjoni tal-European Neighbourhood Policy tiżgura li l-politika tal-UE lejn dawn il-pajjiżi tkun imfassla skond il-ħtiġijiet tagħhom.

International Institute for Justice and the Rule of Law

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-rwol tal-Ministeru tiegħu biex jinġieb Malta l-International Institute for Justice and the Rule of Law? Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn qed jopera dan l-Istitut?

Response (VELLA, GEORGE)

L-offerta biex dan l-Istitut jiġi mwaqqaf f'Malta, ġiet oriġinarjament minn rappreżentant għall-Global Counter Terrorism Forum. Saru negozjati inizjali mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, li wasslu għal deċiżjoni tal-Kabinett fit-30 ta' Lulju 2013, favur li jitwaqqaf dan l-Istitut. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin beda negozjati kemm f'Malta f'livell tal-Ministeru kif ukoll fi New York f'laqgħat ma' uffiċjali ta' l-iState Department waqt il-Ministerial Week tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda. In-negozjati kienu jinkludu l-organizazzjoni tal-Istitut, kif ukoll aspetti amministrattivi. B'riżultat ta' dawn in-negozjati, fl-20 ta' Ġunju 2014 ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern ta' Malta u l-International Institute for Justice and the Rule of Law dwar l-operat tal-Istitut f'Malta. Il-Ministeru għen ukoll sabiex jinstab post adekwat għal dan l-Istitut li sejjer jopera mill-Armerija fil-Birgu. Sakemm isir ir-restawr li hemm bżonn minn naħa tal-operaturi, l-Istitut qiegħed jopera regolarment mill-Università l-Qadima fil-Belt, Valletta.

Għajnuna lil Malta rigward l-immigrazzjoni rregolari

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li qed iwettaq il-Ministeru tiegħu biex jittieħdu miżuri biex Malta tingħata l-għajnuna meħtieġa fir-rigward tal-immigrazzjoni rregolari?

Response (VELLA, GEORGE)

Tajjeb li nippreċiża li s-suġġett tal-migrazzjoni għandu żewġ aspetti li x-xogħol fuqhom jinqasam bejn il-Ministeru tiegħi u l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Il-Ministeru tiegħi huwa impenjat f’dak li jikkonċerna l-qasam barrani tal-migrazzjoni, jiġifieri dik l-azzjoni li Malta tieħu b’mod bilaterali fuq ħidma ta’ ritorn u ri-ammisjoni kif ukoll ħidma fi ħdan l-Unjoni Ewropea sabiex tiġi implimentata politika ta’ trażżin ta’ dan il-fenomenu. L-aspett intern huwa responsabbilta’ tal-Ministeru tal-Intern u Sigurta’ Nazzjonali. Tajjeb li l-ewwelnett naġġorna lill-Kamra fuq ix-xogħol utli ħafna li sar fil-Valletta Summit dwar il-Migrazzjoni li għalih Malta ħadmet bis-sħiħ kif ukoll dwar l-aħħar żviluppi pożittivi li kellna. Matul is-Summit ġew maqbula d-Dikjarazzjoni Politika u l-Pjan ta’ Azzjoni li għandu jwitti t-triq għal dik l-azzjoni li ser tittieħed f’pajjiżi ta’ oriġini sabiex tittaffa din il-problema. Matul is-Summit twaqqaf it-Trust Fund għall-Afrika li jikkonsisti f’finanzjament ta’ €1.8 biljun minn fondi Ewropej u madwar €82 miljun ieħor, ammont li jista’ jkompli jikber, li ġejjin minn Stati Ewropej jew Stati li qed jipparteċipaw f’dan it-Trust Fund, għall-proġetti ta’ żvilupp fil-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-proċessi ta’ Khartoum u ta’ Rabat. Bħalissa l-Ministeru qed jaħdem fi ħdan l-istrutturi Ewropej fuq l-implementazzjoni tal-proġetti kemm jista’ jkun malajr kif maqbul waqt is-Summit. Dawn il-proġetti jridu jitwettqu sa’ tmiem l-2016 u se jibdew jagħtu prijorità lill-kawżi tal-problema, kif ikkonfermat mill-Pjan ta’ Azzjoni. F’dan ir-rigward, għandi pjaċir ngħid li l-ewwel proġett tat-Trust Fund ġie ffirmat fit-18 ta’ Diċembru 2015 u ser jitwettaq f’erba reġjuni tat-Tramuntana u ċ-Ċentru tal-Etjopja bi spiża ta’ madwar €20 miljun. Dan huwa l-ewwel proġett minn għaxra oħra b’budget totali ta’ €253 miljun li ġew maqbula mill-Fond Operattiv tat-Trust Fund u li kull proġett ser jindirizza l-qasam tal-immigrazzjoni irregolari mill-Afrika sub-Saħarjana. Ġew identifikati wkoll proġetti oħra għas-Somalja, l-Uganda u s-Sudan ta’ Isfel, kif ukoll 20 miżura oħra biex jgħinu lir-reġjuni tas-Sahel u Lake Chad. Malta qegħda tikkontribwixxi €250,000 għat-Trust Fund, maqsuma f’ammont ugwali bejn il-Horn of Africa u t-Tramuntana tal-Afrika. Sadanittant, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin kompla jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali ma’ pajjiżi Afrikani. Din il-ħidma tkompliet partikolarment fil-qasam tal-immigrazzjoni rregolari. Waqqafna relazzjonijiet diplomatiċi mas-Somalja, il-Burundi, it-Tanzanija u l-Kosta tal-Avorju. Il-Ministeru jinsab ukoll f’ħidma biex jitwaqqfu relazzjonijiet diplomatiċi ma’ Cape Verde. Waqt il-Valletta Summit u ċ-CHOGM, kelli numru ta’ laqgħat bilaterali mal-awtorijtajiet tas-Sudan, l-Kosta tal-Avorju, l-Mozambique u l-Ghana. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin saħħaħ ukoll il-koperazzjoni tiegħu ma’ Organizzazzjonijiet Internazzjonali bħalma huma l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (l-IOM) u l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati (il-UNHCR) biex inkomplu niġbdu l-attenzjoni għas-sitwazzjoni fil-Mediterran. Fil-fatt, kelli taħditiet f’Malta kemm mad-Direttur Ġenerali tal-IOM William Lacey Swing kif ukoll mal-Kummissarju Għoli tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati Antonio Guterres. Malta u l-IOM ikkollaboraw fuq numru ta’ proġetti, fosthom tnejn li għadhom għaddejjin sal-lum - RESTART (2009), fejn l-IOM assistiet fir-ritorn volontarju ta’ immigranti, kif ukoll programm ta’ taħriġ kontra t-traffikar ta’ bnedmin (2015 – 2016). L-IOM kellha wkoll rwol ċentrali fi proġetti ewlenin bħall-COMAM (Co-operation between Malta and African countries to enhance migration dialogue and development) I u II, u aktar riċenti COMAM III (2014 – 2015). L-għan ta’ dawn il-proġetti hu li jgħinu lil Gvern Malti fil-ħidma tiegħu biex ifassal u jimplementa miżuri ta’ ritorn volontarju filwaqt li jippromwovu l-koperazzjoni ma’ pajjiżi ta’ oriġini fl-Afrika. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ipparteċipa wkoll fil-MAREMCA I u II (Strengthening Malta's Long-Term Return Management Capacities), imnedija bil-għan li jikkontribwixxu għat-tisħiħ ta’ kapaċitajiet fit-tul fil-qasam tar-ritorn tal-immigranti. Saru numru ta’ laqgħat ma’ uffiċjali għolja minn Ministeri varji bil-għan li jkunu stabiliti relazzjonijiet ma’ pajjiżi Afrikani oħra u biex jiġu ffaċilitati l-proċeduri tal-identifikazzjoni u l-akkwist ta’ passaporti. Memoranda ta’ Ftehim ta’ koperazzjoni li jipprovdu għar-ripatrijazzjoni ta’ immigranti rregolari f’Malta ġew iffirmati mal-Burkina Faso, in-Niġerja u l-Gambja. Qed ikunu kkunsidrati wkoll Memoranda ta’ Ftehim fuq Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni mal-Ghana, il-Mali, in-Niġer u l-Kosta tal-Avorju.

OSCE – ħidma li wettqet Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li wettqet Malta bħala Chairman tal-Forum for Security Co-operation tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (l-OSCE)?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta ippresediet fil-Forum for Security Co-Operation tal-OSCE għall-erbgħa xhur mill-24 ta' Jannar sad-9 ta' April 2014,. Tajjeb li jingħad li matul dan il-perjodu Malta ħadet l-opportunita' li tintroduċi u tagħti mportanza mill-ġdid lid-diskussjoni Mediterranja. Matul iċ- Chairmanship tagħha tal- Forum for Security Co-Operation tal-OSCE, Malta ppresediet fuq tminn security dialogues , inkluż il-ftuħ uffiċjali mill-Onor. Ministru George Vella fl-24 ta’ Jannar 2014, kif ukoll fil-laqgħat ta’ Working Group A u Working Group B. Barra minn hekk, Malta ippresediet, flimkien mal-iŻvizzera illi dak iż-żmien kellha iċ- Chairmanship tal-OSCE, tliet laqgħat tal-Forum konġunt mal-Kunsill Permanenti. It-tema prinċipali tat-tliet laqgħat kienet il-kriżi fl-Ukrajna. Flimkien maż-żewġ Forum for Security Co-Operation Chairmanships suċċessivi għall-2014 - il-Moldova u Monaco - Malta ppreparat Programm Annwali ta’ Ħidma għall-2014. Malta appuntat sebgħa koordinaturi tal- Forum for Security Co-Operation għal matul iċ- Chairmanship tagħha. L-avvenimenti ta’ importanza matul iċ- Chairmanship ta’ Malta kienu: - Fid-29 ta' Jannar 2014, l-Onorevoli Chris Fearne, bħala Chairperson tal-Kumitat tal-Parlament ta' Malta għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, tkellem fis-743 Laqgħa Plenarja tal- Forum for Security Co-Operation dwar Presentation on the Code of Conduct: The Democratic Control and Parliamentary Oversight of Armed and Security Forces; Dr Stephen Calleya, Direttur tal-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi, għamel preżentazzjoni dwar it-tema Confidence Building in the Mediterranean. - Fid-19 ta' Marzu 2014 laqgħa konġunta bejn il- Forum for Security Co-operation u l- Participating Countries li kellha bħala suġġett għad-diskussjoni ' Security in the OSCE and Mediterranean Region: Common Security Threats and Challanges '. - L-24 Laqgħa tal- Annual Implementation Assessment li saret bejn l-4 u il-5 ta’ Marzu 2014; u - Il-Laqgħa tal- OSCE Points of Contact on UNSCR 1540 li saret fl-10 t’April 2014. Kien hemm żewġ Deċiżjonijiet li ġew adottati matul iċ- Chairmanship ta’ Malta ta’ dan il-Forum: - Deċiżjoni no. 1/14 fuq iċ- Change of Date for the Global Exchange of Military Information for 2014 ; u - Deċizjoni no. 2/14 dwar Timetable and Modalities for the Third Annual discussion on the Implementation of the Code of Conduct on Politico-Military Aspects of Security.