Legislature:
Category:
Reset
Active:

MIA

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ħaddiema li applikaw biex jiġu boarded out fl-MIA mhux qed jitħallew imorru għall-appuntamenti ta' dan il-proċess?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jifhem li l-M.I.A. ma' hiex Dipartiment tal-Gvern iżda kumpanija kwotata fuq l-Stock Exchange. Konsegwentament, din it-tip ta' informazzjoni hi min-natura tagħha privata u mhux kompitu li tiġi mistħarrġa minn dan il-Parlament.

Teknoloġija ta' l-Informatika — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8890 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dizzjunarju għal-lingwa Maltija

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi inizjattivi sabiex isir dizzjunarju teżawru għal-lingwa Maltija li jaħdem fis-sistema tal-"Windows (Microsoft)" fid-dawl tal-problemi li hemm fuq it-traduzzjoni tal-lingwa Maltija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Kontijiet tad-Dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8476 u cioe' jgħid kemm hi ċ-ċifra ta' flus f'arretrati tal-kontijiet tad-dawl li l-korporazzjoni Enemalta għandha tiġbor? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' households u kemm hu n-numru ta' stabilimenti kummerċjali, ta' l-ikel, fabbriki, eċċ. separatament li għandhom arranġamenti sabiex iħallsu l-arretrati tal-kontijiet tad-dawl? Skond dawn l-arranġamenti ta' arretrati, kemm fil-fatt tammonta ċ-ċifra ta' flus globali li għandha titħallas il-korporazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Teknoloġija ta' l-Informatik — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (GATT, AUSTIN)

L-użu ta' mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-kabinett, dwar l-ingaġġ ta' mpjegati f'dawn is-Segretarjati. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistant Segretarju Privat u l-Communications Co-ordinator huma intitolati għall-użu tal-mobile telephone. F'ċerti kazijiet jistgħu jkunu ntitolati ukoll impjegati fil-grad ta' Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari. L-ammont totali ta' flus li tħallsu fuq mobile telephones użati minn membri tas-Segretarjat tiegħi bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 kien LM6,592.96 Ma naħsibx li huwa l-kaz li tingħata ukoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull mobile telephone.

San Ġiljan — Triq Santu Wistin - dawl

Question

Jista' il-Ministru jara li jinxtegħlu r-red bollards li hemm quddiem ir-restaurant Nero fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan? Jista' jara wkoll li jinxtegħlu d-dwal li jinsabu fl-istess triq u li jara li jitwaħħlu litter bins f'dik l-area anke għaliex hija area turistika?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li id-dwal li qiegħda ssir referenza għallihom ma humiex responsabilita' ta' l-Enemalta.

Enemalta — Anzjani li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl bejn l-1 ta' Jannar 2004 u l-15 ta' Novembru 2004 u kemm hemm anzjani li ntbagħtitilhom notice li se jinqatgħalhom is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li r-records tal-kontijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma jindikawx l-etajiet ta' l-"account holders". Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.

Linji ta' l-Ajru Barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm linji ta' l-ajru barranin li joperaw lejn u minn Malta? Jista' jgħid jekk hemmx linji ta' l-ajru ġodda li talbu permess li joperaw lejn u minn Malta? Jekk fl-affermattiv, liema huma?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onoroveli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Maltacom — Każ dwar kont tat-telefon

Question

Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tirċievi kont tat-telefon daqshekk għoli meta suppost li għandha s-sussidju?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Numru 1130.

Malta Drydocks — Vapur Coronia

Question

Jista' il-Ministru jgħid min qed jagħmel ix-xogħol ta' tneħħija ta' asbestos minn fuq il-vapur Coronia? Xi prekawzjoni qed jieħdu dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li dawn il-ħaddiema qed jibqgħu bil-maskla u jgħaddu minn qalb ħaddiema oħra minn abbord sad-decontamination chamber li qiegħed l-art u meta hu fatt magħruf li din il-maskla tkun ikkontaminata minn barra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Vapur Coronia

Question

B'riferenza għax-xogħol li qed isir fit-Tarzna fuq il-vapur Coronia, jista' il-Ministru jiggarantixxi li l-arja li qed toħroġ mill-blowers li qed jiġbdu minn fejn hemm il-postijiet ikkontaminati mhix ta' ħsara għal saħħet il-ħaddiem? X'garanzija hemm li l-arja li toħroġ fl-aħħar minn dawn il-blowers mhux ta' periklu minkejja li tgħaddi minn tliet filters?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Drydocks — Vapur Coronia

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux testijiet jekk hemmx traċċi ta' asbestos fuq il-vapur Coronia li hemm fit-Tarzna? Jekk fl-affermattiv, kemm saru u x'kien ir-riżultat f'kull każ? Jista' minkejja kull prekawzjoni li tittieħed, jiggarantixxi s-sigurta' tal-ħaddiema mija fil-mija?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

PBS — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8968 u cioe' jgħid jekk il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - sifritx fuq xogħol tal-PBS kemm ilha konnessa mal-kumpannija bħala konsulent? Jekk iva, min ħallas, il-gvern jew il-PBS? Jekk fl-affermattiv kemm-il darba siefret, għalfejn siefret, fejn marret, kemm damet, ma' min ivvjaġġat u kemm nefqet f'kull okkażjoni? Fid-dawl tat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija riċenti tiegħi, dan ifisser li minn Settembru 2004 'il hawn ma siefer ħadd mill-PBS fuq xogħol tal-kumpannija? Dwar it-tagħrif mogħti dan l-aħħar dwar safriet minn diriġenti u uffiċjali tal-PBS, jista' jagħti breakdown ta' kemm intnefaq f'biljetti ta' l-ajru, lukandi, allowances, u telephone bills minn Jannar 2000 'il quddiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta/WSC — Ġbir ta' Arretrati

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8854 u 9039 u cioe' jista' il-Ministru jikkonferma li l-ġbir ta' l-arretrati tal-Korporazzjoni Enemalta/WSC u l-Enemalta call centre se jibda jsir minn uffiċini fil-bini ta' l-MOBC, il-Marsa? Jikkonferma li l-uffiċini se jinkrew Lm600 fix-xahar? X'inhu l-arranġament bankarju li sar mal-Bank of Valletta dwar il-ħlas ta' dawn il-kontijiet pendenti? Hu minnu li overdue accounts se jiġu charged 1% fix-xahar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.