Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu reġistrati f'Malta u Għawdex sena b'sena, mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006: a) twelid ta' trabi, b) żweġijiet u c) imwiet?
Response (BORG, TONIO)
Għal dak li jirrigwardja r-Reġistru Pubbliku ta' Malta ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher hawn taħt:-
Reġistrazzjoni fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta
Sena
Twelid ta' Trabi
Żwiġijiet
Mwiet
2001
4,976
2,119
2,746
2002
4,630
2,169
2,843
2003
4,601
2,312
3,009
2004
4,303
2,275
2,753
2005
4,152
2,304
2,968
2006*
1,990
1,028
1,695
*Sat-30 ta' Ġunju 2006.
Dawn il-figuri jinkludu reġistrazzjoni ta' twelid, żwieġ u mwiet li saru barra minn Malta minn ċittadini Maltin u li talbu li l-att rispettiv jiġi rreġistrat f'Malta. Dawn il-figuri jinkludu wkoll reġistrazzjonijiet li ma sarux fi żmienhom (late registrations).
Infurmat ukoll illi l-informazzjoni dwar ir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex hija s-segwenti:-
Reġistrazzjoni fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex
Sena
Twelid
Żwiġijiet
Mwiet
2001
306
139
263
2002
284
166
232
2003
323
185
258
2004
278
196
285
2005
293
159
290
2006*
158
68
157
*Sat-30 ta' Ġunju 2006.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-plots kollha, kemm dawk proprjeta' tal-gvern kif ukoll dawk amministrati mill-joint office, li l-gvern biegħ taħt il-policy tiegħu ta' bejgħ ta' art lis-settur privat u f'kull każ jagħti:
a) id-data tat-trasferiment tal-
plot
lis-settur privat;
b) indikazzjoni jekk il-proprjeta' kenitx tal-gvern jew amministrata taħt il-joint office;
c) l-isem tax-xerrej;
d) id-daqs f'metri kwadri u s-site plan tal-plot; u
e) il-prezz tal-bejgħ?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Lulju 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Lulju 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju ta' l-2006, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 28 każ ta' serq li f'21 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up4
Pick Pocketing75
Snatch & grab24
Serq minn dgħajjes11
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi48
Serq minn karozzi207
Serq minn residenzi90
Serq minn barijiet / lukandi137
Serq minn xtajtiet153
Serq minn fabbriki6
Serq minn ħwienet26
Serq ieħor400
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Lulju 2006 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 57 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Againt morals/honour - family2
Arson13
Attempted offences102
Bodily harm124
Computer misuse1
Crimes against religious sentiment1
Damage226
Drugs13
Forgery15
Fraud9
Illegal immigration20
Prostitution2
Sexual offences16
Theft1,186
Threats and private violence3
Violation of places of confinement2
Violence against public officers12
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2006? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul Awissu 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu ta' l-2006, il-każi ta' serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 36 każ ta' serq li fi 25 minnhom diġa' nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti.
Hold up2
Pick Pocketing42
Snatch & grab32
Serq minn dgħajjes9
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi50
Serq minn karozzi269
Serq minn residenzi76
Serq minn barijiet / lukandi154
Serq minn xtajtiet161
Serq minn fabbriki4
Serq minn ħwienet30
Serq ieħor364
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2006? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2006?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Awissu 2006 ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar kien hemm 9 persuni misjuba ħatja ta' reati kriminali.
Againt morals/honour - family1
Arson6
Attempted offences103
Bodily harm101
Crimes against religious sentiment1
Crimes vs admin of justice etc1
Damage274
Drugs13
Forgery4
Fraud11
Illegal immigration11
Prostitution5
Sexual offences14
Theft1,196
Threats and private violence6
Violation of places of confinement2
Violence against public officers8
Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-Malta security services (MSS) xtara jew se jixtri apparat mingħand kumpannija li għandha konnessjonijiet mal-Gvern Iżraeljan jew mas-servizzi tas-sigurta Iżraeljana sabiex ikabbar il-kapaċita' ta' l-MSS li tissorvelja kull mezz ta' komunikazzjoni fl-investigazzjonijiet tagħha?
Jista' jgħid jekk it-tagħrif jew data li tinġabar b'tali apparat ikunux għall-użu esklussiv tal-Malta security services?
Jista' jgħid jekk l-apparat in kwestjoni huwiex tali li min qiegħed jissupplixxi l-apparat ikollu l-kapaċita' li jaċċedi awtomatikament għat-tagħrif jew data miġbura mingħajr l-assistenza jew il-koperazzjoni tal-Malta security services?
Jista' jgħid l-apparat in kwestjoni nxtarax b'direct order jew b'tender jew b'sejħa għall-offerti? Min rebah it-tender, kemm ġie jiswa u min kienu l-persuni li għamlu l-aġġudikazzjoni tat-tender? Jista' jgħid min kienu d-ditti u/jew il-persuni li tefgħu l-offerti tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm sa minn mindu daħlet fis-seħħ l-Att dwar is-Servizz ta' Sigurta', taħt amministrazzjonijiet differenti, hija il-prassi li ma jintweġbux domandi dwar is-Servizz ta' Sigurta', ngħarraf lill-Onor. Membru li ninsab infurmat li (a) inħarġet 'tender' għax-xiri ta' dan l-apparat u applikaw ħames kumpaniji; (b) min se jissuplixxi dan l-apparat m'għandux aċċess awtomatiku għad-data miġbura; (c) l-aġġudikazzjoni saret minn membri ta' l-Awtorita' dwar il-Komunikazzjoni u s-Servizz tas-Sigurta'; (d) il-kumpanija li rebħet it-tender hija waħda kummerċjali, u m'hi aġent ta' ħadd ieħor.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li bħalma ntqal dejjem taħt amministrazzjonijiet differenti, in-nefqa, u l-amministrazzjoni tas-Servizz tas-Sigurta' huma soġġetti biss għall-eżami tal-Kumitat tas-Sigurta' mwaqqaf bl-artikolu 14 ta' l-Att ta' l-1996 dwar is-Servizz ta' Sigurta'.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk uffiċjal li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li hu stazzjonat fil-gate house, għandux xi privileġġ aktar minn uffiċjali oħra ta' l-istess grad tiegħu fil-ħabs? Dan qed jintqal għall-fatt li ta' kull meta jkun xogħol x'ħin jispiċċa jieħu miegħu lejn id-dar kemm ħobż li suppost jitħalla ġewwa l-canteen ta' l-uffiċjali u anke ħalib li jitħallas mid-dipartiment, kif ukoll basktijiet sħaħ mimlijin bil-ħaxix li suppost jidħlu fil-kċina tal-priġunieri, fatt li ilu jsir għal diversi xhur. Jekk jirriżulta l-fatt, dan se jitressaq quddeim il-kummissjoni għas-servizz pubbliku bħalma ġara f'każi qabel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li d-Direttur tal-Ħabs qatt ma waslulu rapporti dwar l-abbużi msemmija fil-mistoqsija fir-rigward ta' l-uffiċjal li saret referenza għalih.
Ta' spiss isiru tfittxijiet fuq l-uffiċjali kemm waqt li jkunu deħlin għax-xogħol kif ukoll huma u ħerġin. Sal-lum qatt ma kien hemm xi rapport ta' abbuż minn dan l-uffiċjal.
Naċċerta lill-Onor. Interpellant li jkun min ikun l-uffiċjal li jinqabad jabbuża, jittieħdu l-passi dixxiplinari li jkun jimmerita l-każ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20148 dwar użu ta' splussivi fil-barriera tal-qawwi, ninforma lill-Ministru li qed ngħaddilu separatament in-numru tal-barriera li qed nirriferi għaliha.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax illi l-liċenzja maħruġa mill-Pulizija, sabiex jintużaw splussivi fil-barriera imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kienet suġġett ta' xi deċiżjoni mit-Tribunal tal-Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija.
Jistgħu jittieħdu passi biex il-Luxol Stadium ma jingħatawx il-permess mitlub biex jużaw, u kif diġa' qed jagħmlu, l-entrance il-ġdid ġewwa Falaise Road, St Andrews minħabba l-inkonvenjent ta' parking u tinġis u storbju li qegħdin spiss jikkawżaw lir-residenti ta' l-inħawi, liema inkonvenjent ma kienx jeżisti meta d-dħul kien qrib il-Parada Ground f'Alamein Road fejn kien hemm ħafna spazju għall-parking?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'mistenni jsir fil-Fortizza ta' San Leonardu, bejn Ħaż-Żabbar u x-Xgħajra? Veru li l-inkwilin qed jiġi mitlub li jħalli l-proprjeta'?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Fortizza ta' San Leonardu hija mikrija lil terzi persuni u t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma taf bl-ebda pjan immedjat biex dawn jitneħħew. Fil-fatt it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern ma għamlet l-ebda talba lill-inkwilin biex jivvaka l-proprjeta'.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara l-konklużjonijiet fl-inkjesta dwar il-mewt ta' tfajla fil-lejl ta' l-Ewwel tas-Sena fil-Belt? Meta għalaq l-inkjesta l-Maġistrat Lawrence Quintano? Meta għaddew għand l-avukat ġenerali l-atti?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jiena tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 18963. Il-pożizzjoni għadha l-istess.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm swiet lill-gvern is-sistema ta' sigurta' fil-bini tal-Qorti u jagħti spjega u jgħid min kien il-kuntrattur li ġie appaltat biex jagħmel dan ix-xogħol?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inġabx a konoxxenza tiegħu l-fatt li l-Qorti ta' l-Appell irrimarkat li qed isiru numru ta' appelli minn ċertu avukati ta' għajnuna legali ta' natura frivoli, liema appelli jkunu saru bi skop uniku li jiżdiedu d-drittijiet professjonali? Jekk fl-affermattiv, x'passi ħa jew beħsiebu jieħu?
Response (BORG, TONIO)
Le, iżda meta jkun hemm ilment dwar ħidmiet avukat fl-elenku ta' l-għajnuna legali, din tmur direttament lill-Avukat ta' l-Għajnuna Legali maħtur skond il-liġi, Dr Joseph Mifsud.
Peress illi wara ħafna insistenza, jidher illi l-inkjesta li kienet oriġinarjament inizjata mill-Maġistrat Carol Peralta fl-1 ta' Frar 2002 dwar allegat trattament ħażin lill-priġunier li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ġiet trasferita quddiem maġistrat ieħor, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk finalment din l-inkjesta ġietx ormai konkluża? Jekk fl-affermattiv, jista' jesebixxi kopja fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-inkjesta li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant u li dettalji tagħha ngħataw separatament, ġiet trasferita mingħand il-Maġistrat Carol Peralta quddiem Maġistrat Michael Mallia fl-4 ta' April 2006 u għadha ma ntbagħtitx għand l-Avukat Ġenerali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk humiex isiru attivitajiet ta' kant fil-miftuħ fil-Buskett, peress li dan qed jiġi reklamat kull ftit jiem? Kemm saru minn dawn il-kunċerti ġo dawn il-lokalitajiet? Jikkonferma li kellha ssir xi forma ta' attivita' tal-massa fil-Buskett gardens mill-gay organisation jew gay community ġo Malta? Jikkonferma li se jsir jew sar party ġo Popeye Village, limiti tal-Mellieħa? Jikkonferma li kull sena ssir attivita' tal-massa nhar l-Imnarja ġol-Buskett?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda talba għal xi party ġewwa l-Buskett. Lanqas ma hemm xi talba simili mill-organizazzjoni imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi matul din is-sena il-Pulizija kellha żewġ talbiet sabiex isir party fil-Popeye Village. Il-permessi għal dawn il-parties, li diġa' saru, inħarġu skond il-liġi. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, naħseb li kull Malti jaf bil-festi tradizzjonali li jsiru ġewwa l-Buskett fl-Imnarja.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ħa d-dipartiment għall-gvern lokali fil-konfront tas-sindku ta' Santa Venera li mhux jobdi direttivi tad-direttorat tat-traffiku fi ħdan l-Awtorita' dwar it-Trasport għal ksur tar-regolamenti tat-traffiku (regolament 77) fil-każ ta' ipparkjar quddiem garage fi Triq Kardinal Sciberras, Santa Venera, u li dwar dan il-każ kien hemm kommunikazzjoni minn koppja anzjana mal-ministeru tiegħek u ma' l-istess dipartiment għall-gvern lokali u l-aġġornament tiegħi fil-Parlament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali kien informa lill-Kunsill Santa Venera illi l-Kunsill qiegħed jagħmel funzjoni li ma kienetx fil-kompitenza tiegħu. Biss hija l-Awtorita' dwar it-Trasport li għandha din il-kompetenza. Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm mill-immigranti illegali li waslu Malta f'dawn l-aħħar ħames snin ingħataw refugee status? Kemm minn dawn baqgħu Malta u kemm ilhom hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru totali ta' persuni li ġew rikonoxxuti bħala refuġjati mill-1 ta' Jannar 2001 sad-19 ta' Lulju 2006 huwa 174. Fl-istess perijodu kien hemm ukoll 1,814 persuna li ngħataw protezzjoni umanitarja.
Iċ-ċertifikat ta' status ta' refuġjat ikun għal tliet snin. Dak ta' status umanitarju jkun għal sena.
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati ma għandux il-kompitu legali li jara kemm minn dawn il-persuni jibqgħu hawn jew le.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni li għandhom status ta' immigrant illegali l-qorti, kull sena matul il-ħames snin li għaddew? X'kien ir-reat f'kull każ?