Legislature:
Category:
Reset
Active:

Housing — Siġġiewi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx permess għall-negozju fuq id-dar mibnija fuq plot tal-HOS Siġġiewi min-naħa ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili aktar informazzjoni, anke b'mod kunfidenzjali, biex ikun jista' jiġi identifikat il-Post li qed jirreferi għalih.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'deċiżjoni se jieħu d-dipartiment fuq każ li d-dipartiment ilu infurmat bih iktar minn sena permezz tal-mistoqsiji 30414, 30813, 30936, 33033, 30511?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Erġajt investigajt il-każ u nikkonferma dak li jiena għidt fit-Tweġiba li tajt għal Mistoqsija 30813. Il-pożizzjoni hi legalment korretta.

Paola — Uffiċini

Question

Billi dan l-aħħar tħabbar li ġew irranġati u imsebbħa l-uffiċji reġjonali tas-Sigurta Soċjali ta' Haż-Żebbuġ, Paola, Haż-Żabbar, Bormla, Mosta, Naxxar u Rabat, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx minn dawn l-uffiċji li huma aċċessibli skond il-liġi Opportunitajiet Indaqs? Hemm xi pjan biex fejn hu possibbli l-uffiċini tas-Sigurta Soċjali jsiru aċċessibli għall-persuni b'diżabilita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali qiegħed jaħdem fuq programm ta' refurbishment fuq l-uffiċini distrettwali tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali li għandu madwar Malta. Fl-uffiċini ndikati mill-Onor. Interpellant li fihom tlesta dan ir-refurbishment ingħatat priorita' u ġie żgurat li dawn ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilita'. Fejn hu possibbli, din il-policy ser tibqa' tiġi addottata meta jsir ir-refurbishment li mistenni jsir fl-uffiċini distrettwali l-oħra.

Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fi djar għall-anzjani privati u li għalihom qed iħallas il-gvern? F'liema djar għall-anzjani privati qed jibgħat anzjani l-gvern u f'kull każ kemm hemm anzjani mibgħuta mill-gvern? X'inhu l-ħlas għal kull anzjan fid-djar privati? B'liema proċedura jintgħażlu l-anzjani li jibgħat il-gvern fid-djar privati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt l-iskema tal-'public private partnership', sa l-aħħar ta' Ġunju 2002 kien hemm 61 persuna li kienu qed jibbenefikaw minn dan il-ftehim kif milħuq ma' Care Services Ltd u Health Care Services Ltd. Filwaqt li l-għażla ssir bl-istess mod kif isir għad-Djar Residenzjali tal-Gvern, il-ħlas mir-residenti jsir ukoll bl-istess mod u l-Gvern jagħmel tajjeb għad-differenza bejn dak li jikkontribwixxi l-anzjan u l-prezz miftiehem mal-operaturi privati. Peress li l-kontribuzzjoni magħmula mir-residenti tvarja minn wieħed għall-ieħor skond il-mezzi tal-individwi, allura l-element tas-sussidju maħruġ mill-Gvern ivarja wkoll minn persuna għall-oħra.

Relief — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34604, jista' jara li jitmexxa l-każ ta' relief ta' missier b'żewġt itfal li spiċċa mix-xogħol wara 30 sena jaħdem? Il-partikolaritajiet tal-persuna qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata minnu fil-Mistoqsija Numru 34604 ġie finaliżżat u kull għajnuna dovuta skond il-liġi tħallset.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34530, jista' jinforma lill-persuna indikata separatament minn din il-mistoqsija għaliex kellha tnaqqis fil-ħlas ta' children allowance, meta hi għadha fl-istess stat li kienet fis-snin passati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għadu qed jinvestiga l-każ tal-persuna ndikata minnu. F'każ li jirriżulta li l-applikanta ħadet xi benefiċċju b'rata anqas minn dik dovuta, din tingħata l-arretrati.

SVPR

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34184, b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 33794 fejn il-Viċi Prim Ministru qal li għad fadal sitt nursing aides li qed jitħallsu skala 14 u li jista' jkun li huma intitolati għal skala 13, jista' jara jekk hux minnha l-informazzjoni li għaddiet lili li hemm 13 li qed isofru din id-differenza? Jista' jgħid jekk hux minnu li l-maġġoranza tagħhom ġew approvati mid-direttur ta' l-istess dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Nursing Aides li jistgħu jkunu ntitolati li jitilgħu għal skala 13, li jien tajt fit-Tweġiba għal Mistoqsija Numru 33794 f'Seduta Numru 748, kien limitat għal dawk in-Nursing Aides li kienu daħlu qabel l-1987, li kienet l-informazzjoni mitluba f'dik il-Mistoqsija. Ninsab infurmat li hemm numru ieħor ta' Nursing Aides, li wkoll jistgħu jkunu ntitolati li jitilgħu għal skala 13, li daħlu wara l-1987. Qed isir il-proċess meħtieġ biex tiġi regolariżżata l-pożizzjoni ta' dawk in-Nursing Aides kollha li fadal li huma ntitolati li jibbenefikaw mill-provedimenti tal-ftehim relatat.

Children's Allowance

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-persuna indikata separatament minn din il-mistoqsija għaliex kellha tnaqqis fil-ħlas ta' children allowance, meta hi għadha fl-istess stat li kienet fis-snin passati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Detox Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar sitt xhur kemm-il persuna talbet għajnuna miċ-ċentru Detox minħabba abbuż tad-droga? Jista' jgħid kemm minnhom kienu barranin? Kemm kienu nisa u kemm irġiel? Jista' ukoll jgħid għal liema abbuż ta' droga talbu l-għajnuna? Jista' jinkludi dawk li talbu għajnuna f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 811 persuna li marru għal għajnuna iċ-Ċentru tad-Detox f'Malta li minnhom 706 kienu rġiel u 105 nisa. 55 minnhom kienu ta' nazzjonalita' barranija. Iċ-Ċentru tad-Detox jipprovdi mediċina bħala sostitut għall-eroina għalhekk dawk li jfittxu l-għajnuna minn dan iċ-Ċentru jkunu jabbużaw mill-eroina. Matul l-istess perijodu ġew referuti 53 persuna miċ-Ċentru tad-Detox f'Malta għaċ-Ċentru f'Għawdex. Dawn il-persuni kellhom ir-residenza ordinarja tagħhom f'Malta u riedu jqattgħu xi żmien ta' btala f'Għawdex. Iċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Detox Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn dawk li rċevew għajnuna għall-abbuż tad-droga fiċ-ċentru tad-Detox jista' jgħid kemm kien hemm żgħżagħ taħt it-18-il sena? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? F'kull każ kemm kien l-iżgħar wieħed/waħda? Kemm kien hemm barranin? Jista' jagħti l-figuri għaċ-ċentru f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 5 persuni taħt it-18-il sena li marru għal għajnuna ċ-Ċentru tad-Detox f'Malta li minnhom 3 kienu ġuvintur u 2 tfajliet, li l-iżgħar fosthom kienet persuna ta' 16-il sena. Ħadd minnhom ma kien ta' nazzjonalita' barranija. Iċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Detox Centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-persuna talbet għajnuna miċ-ċentru tad-Detox għall-ewwel darba f'dawn l-aħħar sitt xhur? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kienu barranin u ta' liema pajjiż? Kemm kien/et l-akbar u l-iżgħar fl-eta'? Jista' jagħti l-figuri għaċ-ċentru f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien hemm 55 persuna li marru għal għajnuna għall-ewwel darba ċ-Ċentru tad-Detox f'Malta li minnhom 46 kienu rġiel u 9 nisa. Fosthom kien hemm 4 Libjani, Taljan u Ngliż. L-akbar persuna kellha 49 sena filwaqt li l-iżgħar kellha 17-il sena. Iċ-Ċentru tad-Detox f'Għawdex ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-aħħar parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri meta żgħażagħ li jkun qed jieħu kors ta' motor vehicle technician ma jsibx sponsor? Kif tgħin f'dan il-każ l-ETC?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Meta post addattat ma jinstabx u l-apprendist jaghmel numru ta' xhur minghajr sponsor, l-apprendistat ikollu jitwaqqaf. F'dan il-kaz l-apprendist jibda jigi kkunsidrat bhala student u ma jibqax elegibbli ghal Journeyman Certificate. Dan ic-certifikat jinghata biss lil dawk li jtemmu l-apprendistat b'success.

Benefiċċji Soċjali — Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb għaliex persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jidhru separatament applikat għal għajnuna tal-wens f’Novembru 2001 talli tieħu ħsieb il-ġenituri tagħha u ma tħallsitx u issa saħansitra laħaq miet missierha u hi kellha titlaq ix-xogħol qabel ma miet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Increment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-ex-impjegati tat-Tarzna illum pensjonanti u li għadhom ma' ħadux l-aħħar żieda marbuta ma' l-aħħar increment, għandhomx japplikaw għaliha mad-dipartiment jew jekk tingħatax awtomatikament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pensjonanti msemmija m'għandhomx għalfejn jaghmlu xi talba għal reviżjoni. Jiena nfurmat li dawn ir-reviżjonijiet bħalissa qed jinħadmu u hekk kif jitlestew il-pensjonanti jiġu nfurmati minnufih bir-riżultat u fejn hu dovut xi żieda fil-pensjoni dawn jitħallsu.

Pensjoni

Question

Peress li saret reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jinforma x'inhi r-raġuni li din ma saritx minn meta spiċċa bil-61 jiġifieri f'Mejju tal-2001?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Benefiċċju Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-problema li għandha l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament fil-ħlasijiet li qed jirċievi bħala għajnUna tal-qagħad?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pensjonant bil-karta ta' l-identita' bin-numru li qed jintbagħat separatament hux qed jirċievi pensjoni ġusta peress illi l-kopja miżżewġa flimkien tirċievi Lm167 fix-xahar? Din il-perusna mhux possibbli li tmur hi biex tara jekk il-pensjoni li qed tirċievi fil-fatt hix tajba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.