Legislature:
Category:
Reset
Active:

Xiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' minn barranin f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ħarġu taħt l-Att dwar Akkwist ta’ Proprjeta’ Minn Persuni Mhux residenti (Kap 246) kien ta’ 695 matul l-2004, 381 matul l-2005 u 306 matul l-2006 (sad-19 t’Ottubru, 2006). Ma jfissirx li l-kuntratti tal-permessi li ħargu jkunu ġew konklużi.

VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21114 u jgħid kemm ġabar il-gvern taxxa tal-VAT fuq il-fuel kollu ta' kull tip importat f'Malta matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru? Kemm ġabar VAT fuq servizzi soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sa Settembru? Kemm ġabar VAT fuq il-kumplament ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Żbilanc finanzjarju tal-gvern

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 20457 u 21221 u jgħid u jagħti s-segwenti figuri mitluba aktar 'l isfel kif rapportati lill-Kummissjoni Ewropea: Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006 meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005? Kif jikkomparaw il-figuri bħala proporzjon tal-GDP? Kif l-istess figuri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu? Jekk hemm differenza bejn il-figura tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza? Nitlob li kemm il-figuri ta' general government u tal-fond konsolidat jingħatw biex wieħed ikun jista' isegwi aħjar.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ġbir ta' VAT mill-industrija tal-kostruzzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21111 u jagħti l-persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Membri ta' l-armata — Pensjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'pensjoni jieħu membru tal-forzi armati li jirtira bl-eta' ta' 55 sena mingħajr ma jkun għamel 25 sena servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-pensjoni li membru tal-Forzi Armati ta’ Malta jieħu meta jirtira mis-Servizz bl-eta’ ta’ 55 sena, mingħajr ma jkun għamel 25 sena Servizz, hija pro rata għat-tul ta’ servizz li jkun għamel. S’intendi, wieħed ikun intitolat għall-pensjoni dejjem skond ir-regolamenti tas-servizz eżistenti fiż-żmien li jkun qed jirtira mis-servizz.

Trusts

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il trust twaqqfet f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu trusts f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 20660, jista' il-Prim Ministru ġentilment ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li sar minn kull imħallef u maġistrat li jippresjedi fuq xi qorti lill-kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja sal-15 ta' Jannar, 2006 u jinkludi l-lista tal-kawżi pendenti skond Artiklu II ta' Kap 369?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Informazzjoni ser tintalab minn għand il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja.

Inland Revenue

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani kemm-il talba ta' ħlas inħarġu f'dawn l-aħħar tmien xhur mil-inland revenue lil werrieta ta' nies mejtin, li ntalbu jagħmlu ħlasijiet għat-taxxa suppost mhux imħallsa? Dawn l-ittri kollha ġustifikati, anke dawn fiż-żmien ta' l-ex-officio assessments?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

ITCs/IHCs

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid: 1) Kemm ġew irreġistrati ITCs u IHCs matul l-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum; 2) X'kien id-dħul ta' l-Istat Malti minn dawn ir-reġistrazzjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet magħmulin lill-MFSA; 3) Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet ta' shareholders li rreġistraw ITCs u IHCs?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz Pubbliku — Impjegati Sospiżi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni impjegati maċ-ċivil li llum jinsabu sospiżi? Minn liema dipartimenti huma u għaliex ġew sospiżi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal uffiċjali pubbliċi li bħalissa jinsabu interdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom. Ninsab infurmat li bħalissa hemm 58 uffiċjal pubbliku li jinsabu interdetti mill-eżerċizzju tas-setgħat u tal-funzjonijiet tal-kariga tagħhom. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz Pubbliku — Impjegati Imkeċċija

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew persuni miċ-ċivil din is-sena? Għaliex tkeċċew u minn liema dipartiment kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s’issa, din is-sena tkeċċew tlett uffiċjali pubbliċi mis-Servizz Pubbliku. It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz Pubbliku — Impjegati Ġodda

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mad-diversi dipartimenti tal-gvern din is-sena? Ma' liema dipartiment daħlu u x'xogħol jagħmlu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u l-25 t’Awissu ta’ din is-sena, ġew impjegati 125 Uffiċjal Pubbliku fil-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, filwaqt li matul l-istess perjodu, spiċċaw 657 ħaddiem. Dettalji ta’ fejn ġew impjegati dawn il-persuni u l-grad tagħhom jidhru fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex — Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi

Question

Nirriferi lill-Prim Ministru għat-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari 20215 dwar in-nefqa f'Għawdex tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Peress li din il-mistoqsija kont diġa' għamiltilu madwar tmien ġimgħat ilu, jista' jekk jogħġbu issa jagħtini t-tagħrif li tlabtu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Defence Director

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi t-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija parlamentari 20794 dwar id-defence dirctor fl-OPM?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li għar-rigward ta’ ħatriet ta’ Kapijiet ta’ Dipartimenti, issir rakkomandazzjoni għal ħatra wara li jintagħżel l-uffiċċjal l-aktar idoneju għal din il-pożizzjoni partikolari li tagħha tkun ħarġet is-sejħa. Nassigura lill-Onor Interpellant li l-persuna appuntata għandha l-kwalifiċi, t-taħriġ u l-esperjenza neċessarji għall-kariga li nħatret fiha, in vista tal-pożizzjonijiet varji li kienet tokkupa tul il-perijodu li ħadmet mal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.

IMF — Laqgħa Annwali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min irrappreżenta lil Malta fil-laqgħa annwali ta' l-IMF li saret dan l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li waqt il-laqgħa annwali ta’ IMF, Malta kienet ġiet rappreżentata minn Michael Bonello, Governor Bank Ċentrali kif ukoll minn Alfred De Marco, Temporary Alternate Governor Bank Ċentrali

Servizz Pubbliku — Reduce Hours

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hux se jestendi l-kundizzjoni tax-xogħol li tirregola li mara tista' taħdem mal-gvern b'reduced hours anke wara li t-tfal tagħha jkunu qabżu l-age limit ta' 12-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-benefiċċju li mpjegat mal-gvern jistgħu jaħdmu bir-‘reduced hours’ sakemm it-tfal jilħqu l-eta’ ta’ tnax-il sena għadu kif ġie ntrodott fil-Ftehim Kollettiv għas-sena 2005 sal-2010, għall-impjegati fis-servizz pubbliku. Għalhekk m’huwiex previst li dan il-benefiċċju jiġi estis fil-futur qrib.

Persuna li tkeċċiet mill-impjieg tagħha

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid x'passi ħa wara l-e-mail li rċieva mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bid-data tal-5 ta' Ottubru 2006 dwar kif tkeċċiet mill-impjieg tagħha u n-nuqqas ta' strutturi pubbliċi li jiddefendu d-drittijiet tagħha li ġew imċaħħda lilha mill-mod abbużiv ta' kif tkeċċiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Taxxa tal-VAT

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20364, bil-kelma kontribuzzjoni qed nifhem il-kelma ħlas dovut, jista' issa għalhekk ġentilment iwieġeb din il-mistoqsija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Mater Dei — IT tender

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid meta mistenni jsir l-adjudication ta' l-IT tender tal-Mater Dei? Jista' jikkonferma li s-sistemi neċessarji ta' l-IT se jkunu f'posthom qabel id-data tal-ftuħ ta' l-isptar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ l-evalwazzjoni tat-tender jinsab fl-aħħar fażi konkluż fil-ġimgħat li ġejjin. Meta poġġa t-tieni parti tal-mistoqsija tiegħu, l-Onorevoli Interpellant wera nuqqas ta’ apprezzament għal dak li ser jiġi kuntrattat. Is-sistemi u s-servizzi li ser jinxtraw huma mifruxin fuq bażi ta’ sħubija strateġika għal seba’ snin, bil-Gvern iżomm il-prerogattiva ta’ x’jimplimenta u meta jimplimenta f’idejh. Dak li l-Gvern ser ikun qiegħed jimplimenta fl-ewwel xhur tal-ftehim ser ikun ibbażat fuq il-business requirements li ġew artikolati fil-bidu ta’ dan il-proċess.