Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li persuna li tbagħti min pressjoni f'għajnejha u li tinsab f'periklu li tgħama, li ġew amministrati lilha pilloli diamox sabiex jiġi investigat il-progress wara terminu ta' sitt xhur ma tistax issib dawn il-pilloli la fl-ispiżerija tal-Gvern u l-anqas privatament?
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn dan in-nuqqas? Jista' l-Ministru jara li dawn il-pilloli jkunu jistgħu jiġu akwistati mill-aktar fiss?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Kif diġa intqal f'risposta parlamentari numru 24314, il-kunsenji ta` pilloli Acetazolomide 250mg li waslu għand is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern bejn l-aħħar tas-sena l-oħra u l-ewwel ġimgħa ta` Marzu kellhom iservu madwar tlett xhur. Waslet kunsenja oħra żgħira fil-15 ta` Marzu, 2001, liema kunsenja bdiet titqassam fis-16 ta` Marzu, 2001. Mistennija kunsenja oħra dan ix-xahar. Id-Dipartiment tas-Saħħa għandu wkoll kuntratt ta` tlett snin għax-xiri ta` dawn il-mediċini.
Jista' l-Ministru jgħid jekk impjegati mad-Dipartiment tas-Saħħa minn skala sitta l-fuq, hux suppost jagħmlu overtime ? Jista' jgħid jekk jeżistux xi eċċezzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Impjegati minn Skala 6 il-fuq mhux suppost li jagħmlu "overtime" bi ħlas. Pero` fid-Diviżjoni tas-Saħħa hemm żewġ persuni li saru Skala 6 f'Jannar 2001 u li qed jagħmlu l-"overtime". Dan l-"overtime" kien approvat mid-Direttur tagħhom u mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tas-Saħħa minħabba nuqqas serju ta` uffiċċjali f'dan il-grad mediku speċjalizzat. Saret ukoll talba lis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex dan l-"overtime" jibqa` jsir għax hu ġustifikat fiċ-ċirkostanzi preżenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien is-salarju fis-sena 1999, 2000 u din is-sena tar-radiographers li isimhom qed jintbagħat separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-salarju fis-sena 1999, 2000 u din is-sena tar-radiographers li isimhom intbagħat separatament huwa kif ġej:
1999 2000 2001
L-ewwel tnejn LM16,200 LM16,200 LM18,244
It-tielet LM4,399 LM4,451 LM13,668
Jista' l-Ministru jikkonferma li d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jimporta mediċini mingħand wholesalers Ingliżi? U jekk iva, jista' jgħid 'il għaliex xi ditti Maltin li joperaw fil-parallel importation ma jistgħux jimpurtaw l-istess mediċini minn wholesalers Ingliżi? Jista' jgħid b'liema ċertifikati d-Dipartiment qiegħed jagħmel dawn l-importazzjonijiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa jikkonferma li qiegħed jimporta mediċini mingħand wholesalers Ingliżi, kif ukoll dirett mingħand il-manifatturi f'dawk il-każijiet elenkati fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Nru: 24222.
Ir-regoli maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa jeżiġu li biex jiġu mportati l-mediċini ir-'Responsible Qualified Person' ta' l-Importatur lokali jrid ikollu 'Certificate of Pharmaceutical Product' validu kif ukoll 'Certificate of Analysis' relatat mal-'batch no.' speċifiku ta' kull konsenja mportata. Il-'Parallel Importers' ta' Malta jistgħu jimpurtaw l-istess mediċini minn 'wholesalers' Ingliżi la darba jkollhom iċ-ċertifikati li ssemmew aktar 'il fuq.
Id-Dipartiment tas-Saħħa fuq awtorizazzjoni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika jimporta mediċini kif ġa spjegat f'mistoqsija parlamentari numru 24222, fuq il-bażi ta' ftehim speċifiku mar - 'Responsible Qualified Person' tal-'wholesaler' jew tal-manifattur liema ftehim jobbliga li din il-persuna li timxi skond id-dikjarazzjonijiet Formoli A u B, li qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' refurbishment sar fl-isptar Monte Carmeli bejn 1997 - 2000 (sena b'sena) kemm kienet l-ispiża (sena b'sena) X'inhuma l-pjani għall-futur qarib?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jispjega kif Ħas-Serħ kien hemm finanzi bizzejjed sabiex jinxtara arloġġ għas-somma ta' madwar elf u ħames mitt lira meta ma kienx hemm madwar elf lira biex jinxtara air conditioner tant bzonnjuż fis-sala Rużar Briffa? X'inhi r-raġuni għal din il-malamministrazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta bdew isiru t-testijiet għal Thalassemide bħala screening b'mod sistematiku fuq trabi / tfal Maltin? Jista' jagħti nformazzjoni ta' mil-liema etajiet ġew screened u mil-liema le?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-testijiet b'mod regolari għal difetti fid-demm li jinkludu Thalassemia inbdew fl-1990 fuq it-trabi kollha li jitwieldu fl-Isptar San Luqa kif ukoll fuq nisa tqal li jattendu fl-Ante-Natal Clinics. Isiru wkoll testijiet fuq tfal u membri tal-familja fejn ikun indikat mill-ispeċjalista ta` l-Isptar San Luqa jew it-tabib tal-familja.
Għalkemm dan ma jammontax għal servizz ta` screening sistematiku, qed tiġi offruta firxa wiesa` biżżejjed sabiex wieħed ikopri l-ħtiġijiet b'mod komprensiv.
Jista' l-Ministru jgħid :
Kemm hemm nies mhux Maltin jaħdmu ġewwa l-Isptar Sir Paul Boffa?
X'inhi l-kariga li għandhom?
X'inhu s-salarju li għandhom?
Hemm nuqqas ta' staff ġewwa l-Isptar Boffa?
Kemm jitħallas overtime ġewwa l-Isptar Boffa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li:
Nies mhux Maltin jaħdmu ġewwa l-isptar Boffa hemm tlieta (3);
Il-karigi tagħhom huma: tliet (3) 'Senior Radiographers';
`
Is-salarji tagħhom huma kif ġej:
- żewġ (2) 'Senior Radiographers' fuq kuntratti individwali ta' Lm16, 200 għas-sena
2000 u ta' Lm18,200 għas-sena 2001; u
- Senior Radiographer' oħra fuq kuntratt individwali ta' Lm13,668 għas-sena 2001;
In-nuqqas ta' staff ġewwa l-isptar Pawlu Boffa huwa kif ġej:
Konsulent Kliniku fid-Dipartiment ta' l-Onkoloġija (1)
'Senior Registrar' Kliniku fid-Dipartiment ta' l-Onkoloġija (1)
'Radiotherapy Radiographers' (3) mal-komplement li diġa jeżisti, fosthom il-barranin
fuq imsemmija
'Departmental Nursing Manager' (1)
'Deputy Nursing Officer' (2)
'Mould Room Technician' (1)
'Hospital Auxiliary' (1)
Skrivani (2)
F'sena waħda, l-overtime kollu li jitħallas fl-Isptar Boffa jammonta bejn wieħed u ieħor għas-somma ta' Lm10,000.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena li għaddiet kemm kien hemm imwiet li l-kawża prinċipali tagħhom kien it-tipjip? Kemm kienu nisa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' każijiet ta' mwiet irreġistrati fir-Reġistru Nazzjonali ta' l-Imwiet fis-sena 2000 u li huma meqjusa bħala li kienu kkaġunati minħabba t-tipjip fiż-żewġ sessi huwa ta' 360.8 jew 361 mewt. Fin-nisa biss dawn ammontaw għal 121 mewt. Dawn il-figuri inħaddmu kif muri fit-tabelli ta' hawn taħt:
FOR BOTH GENDERS:
Cause of death
ICD-10 codes
Total no. of deaths
% advised by
WHO
90% of deaths from cancer of trachea/bronchus/
lung
C33-C34
120
90% = 108.0
75% of deaths from chronic bronchitis/
emphysema
J40-J44
89
75% = 66.8
25% of deaths from ischaemic heart disease
I20-I25
744
25% = 186.0
FEMALES ONLY:
Cause of death
ICD-10 codes
Total no. of deaths
% advised by WHO
90% of deaths from cancer of trachea/bronchus/
lung
C33-C34
25
90% = 22.5
75% of deaths from chronic bronchitis/
emphysema
J40-J44
20
75% = 15
25% of deaths from ischaemic heart disease
I20-I25
334
25% = 83.5
Il-persentaġġi li ntużaw huwa dawk kif rakkomandati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura qed tintuża mill-Government Pharmaceutical Service u/jew mid-dipartiment tas-saħħa biex jinxtraw mediċini, direttament minn barra, u li ma jiġux provduti jew ikkwotati mill-aġenti lokali? X'ċertifikati jintalbu? Kien hemm każi fejn fl-aħħar sena nġiebu mediċini minn barra u li ma kellhomx iċ-ċertifikati li s-soltu jintalbu meta toħroġ sejħa għall-offerti għall-mediċini?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Saħħa għandu obbligu li jipprovdi l-mediċini li hemm fuq il-Formularju kif ukoll dawk approvati għall-pazjenti speċifiċi. Għal din ir-raġuni d-Dipartiment, fuq ftehim mall-Ministeru tal-Finanzi, kellu jsib mod kif hu jimporta dawk il-mediċini li:
A: ma jikkwotawx għalihom l-aġenti lokali;
B: id-dipartiment ikollu kuntratt għalihom ma' kuntrattur lokali imma dan ma jonorax il-kuntratt;
C: ma hawn l-ebda aġent lokali għalihom.
F'dawn il-każijiet id-Dipartiment tas-Saħħa jimporta l-mediċini dirett jew mingħand wieħed mill-'approved wholesalers' barrani jew dirett mingħand il-manifattur. Għal dawn il-każijiet id-Dipartiment għandu ftehim speċifiku mar-'Responsible Qualified Person' tal-'wholesaler' barrani jew tal-manifattur u l-importazzjoni tkun awtorizzata mis-Superintendent tas-Saħħa Pubbika.
Jista' l-Ministru jgħid mill-aħħar spezzjonijiet li saru lill-kumpanniji farmaċewtiċi, jekk il-liċenzja hijiex ser taħroġ lil dawn il-kumpanniji kollha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-liċenzji jingħataw lill-kumpanniji farmaċewtiċi meta jiġi ssigurat li dawn qegħdin joperaw skond sistemi ta' 'Good Manufacturing Practices'.
Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena nħarġux il-liċenzi meħtieġa lill-importaturi kollha tal-mediċini? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni li dawn għadhom ma ħarġux?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li din is-sena, sal-lum il-liċenzji meħtieġa lil importaturi tal-mediċini, għadhom ma nħarġux. Ir-raġuni ta` dan hija minħabba li qiegħed isir xi tibdil fuq il-kundizzjonijiet annessi ma din il-liċenzja.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li persuna li taħdem ta' handyman, b'paga ftit biss 'il fuq minn dik minima ġie skwalifikat milli jibbenefika milli jieħu pilloli Zocor għall-colestoral miċ-ċentri tas-saħħa billi qalulu li inutli japplika għax ma jkunx eligibbli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mediċini tal-kolesterol bħal fluvastatin jew simvastatin (Zocor), jittieħdu b'xejn skond protokol stabbilit. Kopja ta' dan il-protokol qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Il-pazjenti li ma jaqawx taħt dan il-protokol ma jkunux eliġibbli għall-mediċini tal-kolesterol b'xejn.
Skond il-manpower plan li skada fl-aħħar tas-sena 2000, jista' l-Ministru jgħid liema postijiet fid-dipartiment tad-dentistrija għadhom vakanti? Jista' jgħid meta huwa mistenni li l-vakanzi għal kull grad li hemm f'dan is-settur ser jimtlew jew joħorġu l-applikazzjonijiet ħalli jimtlew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond il-manpower plan li skada fl-aħħar tas-sena 2000, il-postijiet vakanti fid-dipartiment tad-denistrija huma kif ġej:
Consultant 2
Senior Registrar 1
Dental Surgeon 8
Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili tal-post ta` Senior Registrar ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta` Marzu 2001. Id-Diviżjoni tas-Saħħa qed tieħu l-passi meħtieġa beix joħorġu s-sejħiet l-oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fid-dipartiment tal-pharmaceutical services li qed jaħdmu reduced hours jew fuq responsability lease? Min huma, u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dwar kemm hemm persuni fid-Dipartiment tal-Pharmaceutical Services li qed jaħdmu reduced hours nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Nru 24077. Nżid ukoll li m'hemmx persuni fl-imsemmi dipartiment li huma fuq 'responsibility leave'.
Billi skond l-estimi 2001, jidher li mill-1 ta' Jannar 2001, il-Government pharmaceutical service inqasam, jista' l-Ministru jgħid liema oqmsa preżentement jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-GPS?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħala misura ġdida ġie deċiż illi għas-sena 2001 l-ammont globali li s-soltu jintuża għal-mediċini u għas-surgical materials jaqgħu taħt id-direttorat tal-Finanzi u Amministrazzjoni. L-oqsma kollha l-oħra baqgħu kif kien qabel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax id-dipartiment tas-saħħa jkompli jinvestiga l-ilment ta' bosta snin tar-residenti ta' block 2, qasam tal-bini tal-gvern Ta Xbiex dwar għalqa li hemm fil-qrib li qed tintuża bħala rubbish dump li qed twassal biex ikun hemm ħafna ġrieden fl-akwati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li saret spezzjoni minn uffiċċjali ta' dan id-Dipartiment fl-akwati ndikati. Irriżulta li hemm żewġ siti abbandunati, waħda eskavata, li għalkemm diġa' konna ħadna passi legali kontra s-sid, issa reġa jeżisti xi akkumulu żgħir, u għalhekk, inħareġ avviż. Dwar it-tieni sit, investigazzjonijiet għadhom għaddejjin minħabba li s-sid għadu mhux magħruf.
Sar ukoll trattament għal kontra l-ġrieden fis-siti ndikati w fl-inħawi ta' madwarhom.
Jista' l-Ministru jgħid kull sena minn min saru u kemm ġew jiswew l-ispezzjonijiet li saru fis-snin 1998, 1999, 2000 lill-kumpanniji lokali li jipproduċu prodotti farmaċewtiċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jista` l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku għal liema spezzjonijiet qed jirreferi.