Tista' il-Ministru tara li armla mill-Fgura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19137, tista' il-Ministru tgħid x'riedet tfisser "li l-persuna ndikata ma ressqitx raġunijiet validi lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjonijiet soċjali"? X'inhuma r-raġunijiet validi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li r-raġuni li ġabet il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għaliex il-fond m'għandux jiġi direkwiżizzjonat kienet li jekk fil-futur jiġi biex japplika għal post alternattiv minn post direkwiżizzjonat hu jkun b'xi mod żvantaġġjat u ma jingħatax il-prijorita' mistħoqqa. Id-Dipartiment ma kkunsidrax li din hi raġuni valida għaliex il-post m'għandux jiġi direkwiżizzjonat.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li d-Dipartiment jikkunsidra kull każ fuq il-merti partikolari tiegħu.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża għall-kiri ta' karozzi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, mill-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għal persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ilu li spiċċa mix-xogħol mill-1998 u sal-lum il-pensjoni dovuta lilu għadha ma nħadmitx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-fatt, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ilha tirċievi pensjoni tas-Sigurta' Soċjali regolarment mill-1998.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu l-prezz li għandu jħallas pensjonant b'pensjoni minima biex jixtri l-flat tal-gvern li jgħix fih fil-Mosta, liema dettalji qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni mill-inkwilin tal-post indikat mill-Onor. Interpellant biex jixtri dak il-post u għalhekk ma saret ebda stima tal-valur tal-post.
B'dankollu nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Klawsola 9 ta' l-Iskema ta' l-Awtorita, 'Sir Sid Darek', li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija fil-konfront tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u b'riferenza għad-dokument li wkoll qed jintbagħat separatament, tista' il-Ministru tindika għalfejn id-dipartiment qed jgħid li kkonsidra 52 bolla għas-sena 2001 meta jirriżulta li ġew ikkonsidrati 42 biss?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li hija invalida hijiex intitolata għall-benefiċċji oħra u jekk din il-persuna li għandha familja hijiex intitolata li tkun eżenti mis-surcharge fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19227, tista' il-Ministru tgħid jekk il-każ li rriferejt għalih u li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ġiex ikkonsidrat mill-ġdid hekk kif ingħatat it-tweġiba, minħabba li l-awtorita' tal-housing reġgħet talbet lil din il-familja sabiex tħallas it-terminu ta' din l-applikazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar qed tagħmel ir-riċerki meħtieġa biex tistabbilixxi jekk il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jikkwalifikax taħt l-iskema li dwara saret it-talba.
Tista' il-Ministru tara li l-Awtorita' tad-Djar tieħu l-passi neċessarji biex persuna minn Bormla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tbati minn depression, tibbenefika minn skema care and repair ta' l-Awtorita' tad-Djar, minħabba li l-kamra tal-banju m'għadhiex tajba u l-faċċata tal-fond ma tinsabx f'kundizzjoni tajba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma għanda ebda talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenifika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, madankollu l-Awtorita’ ħadet nota tal-każ u fil-futur qarib mistennija tispezzjona l-fond u tivverifika jekk il-persuna konċernata tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' il-Ministru tara li jiġi kkonsidrat li l-fond indikat separatament, li jinsab battal u fil-pjan terran fl-Isla jingħata lil persuna b'diżabilita', b'riġlejh maqtugħin u li jbati b'attakki tal-qalb?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tigi ikkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lill-awtoritajiet tal-kostruzzjoni u tiswijiet tal-gvern biex il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament jiġi rranġat u jitneħħew il-problemi strutturali li għandu, fejn qed jintqal li hu kkundannat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid, wara li saret spezzjoni fil-fond bid-dettalji li qed jintbagħtu separatament, mill-Perit Buttigieg x'ġie rakkmandat fuq iċ-ċertifikat? Jista' ġentilment jitpoġġa kopja taċ-ċertifikat fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li rrefera għalih l-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar spezzjona l-post biex jigi determinat ix-xogħol meħtieġ u dan ix-xogħol mistenni jsir mill-istess Dipartiment fil-futur immedjat.
Ninsab infurmata wkoll li, sadattant, id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jieħu passi biex il-familja konċernata tiġi provduta mill-aktar fis possibli b'akkomodazzjoni alternattiva sakemm jitlestew ix-xogħlijiet.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża tal-fuel tal-Ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għas-snin 2004 u 2005 separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet applikazzjoni H1314 fejn l-isem tal-persuna qed jingħata separatament wara li din ilha snin twal li applikat u sal-lum mingħajr suċċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista’ l-Ministru tara li l-applikazzjoni tal-persuna bid-dettalji li qed jintbagħtu separatament, li m’għandux saqaf fuq rasu, tiġi aċċettata mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Dwar dan jikkonferma l-Arċipriet tal-lokal.
Response (CRISTINA, DOLORES)
M'għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19130 f'Seduta Numru 387 dwar l-istess persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tinformana jekk iċ-ċentru tal-catering ta' l-ATCs li qiegħed f'Wied il-Għajn hux se jingħalaq meta l-ATCs jiġu parti mill-fondazzjoni għall-ħarsien soċjali? Jekk iva, x'arranġament se jsir minn din il-fondazzjoni biex il-persuni b'diżabilita' li jattendu fl-ATCs jibqgħu jingħataw is-servizz ta' platt sħun f'nofsinhar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-Dibattitu Parlamentari dwar l-Estimi tal-Ministeru tiegħi għal din is-sena, fejn jien esprimejt il-qbil tiegħi mas-suġġeriment tal-kelliemi minn naħa ta’ l-Oppożizzjoni fl-istess dibattitu li wasal iż-żmien li wieħed jaħseb dwar l-utilizzar tal-flus ivvutati għall-mid-day meals f’dawn iċ-Ċentri. Jiġifieri, li wieħed irid jara x’inhu l-aktar importanti, jekk hux il-provediment ta’ l-ikel jew l-użu ta’ dawn il-flus jew parti minnhom biex jingħata servizz ta’ professjonisti li iktar jagħmlu ġid lill-klijenti.
F’dan ir-rigward, inħoss li l-preparazzjoni tal-kolazzjon għandu jifforma parti integrali mill-programm li jsegwu l-klijenti biex jagħtihom opportunita’ li jinvolvu ruħhom u jipparteċipaw direttament fix-xiri tal-materjal u l-preparazzjoni ta’ l-ikel. Meta tiġi implimentata din is-sistema ma jkunx hemm aktar lok ta’ kċina ċentralizzata għaċ-Ċentri kollha, iżda kull Ċentru jkollu l-faċilita li l-kolazzjon jiġi preparat bil-parteċipazzjoni tal-klijenti rispettivi.
Tista’ l-Ministru tgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta’ applikanti li b’digriet tal-qorti tkeċċew mill-fond li kienu ilhom jgħixu għal aktar minn erbgħin sena quddiem id-dipartiment ta’ l-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili, anki b'mod kunfidenzjali, d-dettalji ta' l-applikanti li rrefera għalihom biex inkun nista ninvestiga.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew sottomessi ċwievet lid-dipartiment ta’ l-akkomodazzjoni soċjali mis-sena 2000 sas-sena 2006, sena b’sena, ta’ inkwilini li kienu jgħixu f’postijiet tal-gvern u postijiet rekwiżizzjonati? F’liema lokalita’?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.