Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29334 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M.S.C. — Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'termini ta' ġimgħat baqa' xogħol fil-M.S.C. (shipbuilding) ? X'ser jiġri wara li jitlesta dan ix-xogħol? U x'ser ikun il-futur tal-ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, bħalissa l-Malta Shipbuilding qed tkompli t-tielet vapur għall-Gozo Channel. Ix-xogħol fuq dan il-vapur mistenni jitlesta fi Frar li ġej u għaldaqstant fadal madwar sittax-il ġimgħa xogħol xi jsir. Fil-preżent il-Kumpanija għaddejja b'kuntatti kontinwi ma' diversi klijenti prospettivi li jistgħu jipprovdulha xogħol u għaldaqstant wieħed jittama li sakemm ikun tlesta x-xogħol attwali, il-Malta Shipbuilding tkun rebħet kuntratti ta' xogħol oħra.
Leg 9 PQ #29370 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29356 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward kemm għandu art għad-dispożizzjoni tiegħu biex tingħata għall-industrija fiż-żona ta' 1) Korradino? 2) Ħal Far?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29379 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar 5 snin kienx hemm kuntratturi jaħdmu għall-korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li ġew imkeċċija jew ġew mitluba mill-korporazzjoni sabiex iwaqqfu x-xogħol tagħhom minħabba irregolarita jew abbuż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29462 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li arbli tad-dawl imsadda u bla użu u wires tad-dawl wkoll bla użu jitneħħew minn Triq l-Isqajjaq, Tarxien peress li qegħdin ikerrħu l-ambjent u huma bla użu?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #29087 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #28995 Sitting 630 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Verdala Hotel

Question

B'referenza għal-flus dovuti lill-ex ħaddiema ta' l-ex-lukanda Verdala (Rabat) u għall-interventi li saru mil-Ministru u l-GWU sabiex tinsab soluzzjoni għall-pagamenti dovuti lill-ħaddiema u l-familji tagħhom, jista' l-Ministru jinfurmani x'progress sar mindu tqajjem il-każ minni fil-parlament xhur ilu? Meta fil-fatt se jitħallsu l-ammonti dovuti? U kemm fil-fatt tammonta s-somma ta' flus skond id-dokumenti ppreżentati mill-GWU f'isem l-ħaddiema tal-lukanda Verdala?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent il-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp qed tikkunsidra l-każ imqajjem mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #29075 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Inspectors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-ispezzjoni fuq impjegati fid-dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilita' tiegħu saru matul din is-sena? Min qed ikun inkarigat minn dan ix-xogħol u kemm hemm impjegati li qed jaħdmu bħala jew iservu ta' inspectors?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fid-dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli ma hemmx impjegati li qed jaħdmu jew iservu bħala inspectors fuq impjegati oħra. Huwa d-dmir ta' kull kap tad-dipartiment li jara li l-impjegati li tagħhom huwa responsabbli jaqdu d-doveri tagħhom bl-abbilta' kollha f'kull ħin.
Leg 9 PQ #29246 Sitting 629 2001-10-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga informazzjoni li fuq ċertu flights ta' l-Air Malta l-aktar Malta - Tripoli is-sigurta eżerċitata hija laxka ħafna bil-konsegwenza li luggage tittella' fuq l-ajruplan meta l-propretarju tagħha ma jkunx attwalment tela' fuq l-istess flight?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li kull bagalja li tiġi checked-in trid tgħaddi mis-sistema ta' sigurta' li hemm fl-ajruport. Barra minn hekk l-Air Malta qed tħallas għas-servizzi ta' żewġ pulizija biex jissorveljaw kull bagalja li tiġi għal fuq it-titjiriet Malta-Tripoli u jeskortaw il-bagalji kollha sakemm l-ajruplan jiġi mgħobbi. Dawn il-pulizija jibqgħu ħdejn l-ajruplan sakemm jitlaq. Kull meta jkun hemm xi diskrepanza, l-ajruplan ma jitħalliex jitlaq sakemm din tiġi riżolta.
Leg 9 PQ #29164 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Cables

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 28950?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol ġewwa Triq id-Dejma, Ħal Tarxien ġie mwaqqaf temporanjament peress li l-Korporazzjoni Enemalta kienet qed tistenna l-cables mingħand l-aġenti. F'din it-triq qed jiġu nstallati ġewwa trinka tlitt cables tal-High Tension, tnejn minnhom ta' 5MVA u ieħor ta' 8MVA.

Industrial Estate — Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx spazju industrijali fl-Industrial Estate ta' Ħal Luqa biex jingħata għal kiri jew b' bejgħ? Jekk ingħatax xi spazju industrijali matul dawn l-aħħar tlett snin, jiġifieri minn Settembru 1998 sa Ottubru 2001 f' dan l-Industrial Estate? Jekk iva, jista' jagħti dettalji ta' l-ispazju li inghħata sena b' sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li wara Settembru 1998 ma ġewx ikkunsidrati applikazzjonijiet ġodda għall-għoti ta' artijiet fiz-zona industrijali ta' Ħal Luqa, ħlief għal xi talbiet minn inkwilini li kienu kkonfermati qabel l-istess data. Il-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp qed taħdem biex possibbilment tipprovdi aktar spazju fiz-zona industrijali ta' Ħal Luqa.

Telephone Box

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi nstallata l-faċilita' ta' telephone box f' De La Cruz Avenue - Qormi, minħabba l-għadd ta' nies li jiffrekwentaw l-area kemm minħabba l-area rikreatttiva li hemm fl-akwata, kif wkoll minħabba s-suq kbir li jintrama kull nhar ta' Sibt?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Maltacom li min naħa tagħha ser tiddiskutiha mal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #29147 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir id-dawl fi Triq Bir Miftuħ (fejn il-Ġnien ta' Mizzi), minħabba in-nuqqas ta' dawl li hemmm, u minħabba l-ilmenti dejjem deħlin tar-residenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #29153 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Twaħħil ta' Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza bejn żewġ irziezet li hemm fl-inħawi ta' Santa Marija ta' Ħal Xluq fit-triq li tagħti mis-Siġġiewi għall-Qrendi (fejn l-istatwa tal-Madonna) peress li f' dawn l-inħawi jkun hemm dlam ċappa matul il-lejl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #29154 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tibdil ta' Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tinbidel il-bozza maqtugħa li hemm viċin il-proprjeta 2, Alley 1, St. Francis Street, Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret fuq il-post ma jirriżultax li kien hemm xi bozza maqtugħa.
Leg 9 PQ #29155 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

International Trade Centre

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar is-sejħa għall-iżvilupp ta' International Trade Centre f' Malta li bħalissa qiegħda tidher fil-media internazzjonnali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 28967 waqt is-Seduta numru 625.
Leg 9 PQ #29183 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex persuna li applikant għas-servizz ġidid tad-dawl fit-Triq Wied ir-Raħan, Nadur, Għawdex u ħalset is-Lm70 fil-15 ta' Mejju 2001 sal-lum għada mingħajr servizz tad-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta jirriżulta li fil-preżent il-konsumatur ma jixtieqx li jkollu brackets imwaħħla mal-faċċata ta' daru u minħabba f'hekk ix-xogħol ma jistax isir.