Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq Triq San Lawrenz, Birgu liema xogħol ilu mwiegħed lir-residenti għal ħafna żmien?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tender għax-xogħlijiet għalaq fit-22 ta’ Awissu 2006 taħt numru CT 276/06. Bħalissa qed issir aġġudikazzjoni ta’ din it-tender biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid liema toroq residenzjali madwar Malta u Għawdex huma mistennija li jkunu lesti bit-tarmac sa Jannar tas-sena 2007 u sa Awissu 2007?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Awissu li għadda l-MUDR u l-ADT ħarġu l-lista ta' toroq residenzjali li se jkunu qed jinbnew minn issa sas-sena 2008. Kopja ta' din il-lista qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Dwar Għawdex nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jaġġornana bl-iżviluppi ta' mistoqsija parlamentari 19734?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-tender għax-xogħlijiet għalaq fl-24 ta’ Awissu taħt numru CT 272/06. Bħalissa qed issir l-aġġudikazzjoni ta’ din it-tender biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol.
Issa li fuq il-front tal-Birgu bdew joperaw aktar negozji, jista' il-Ministru jgħid x'se jsir fil-futur immedjat sabiex tittaffa l-problema ta' parking?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-Ministeru huwa konxju illi s-suċċess tax-xogħlijiet ta' pavimentar u l-operat ta' negozji ġabu miegħu domanda aktar għall-parkeġġ li f'xi ħinijiet qegħda tikkawża problema ta' parking.
Bħala soluzzjoni għal din il-problema il-Ministeru qiegħed iħares lejn żewġ soluzzjonijiet :- Organizazzjoni tal-parkeġġ f'Xatt ir-Risq u li jkun imniedi l-proġett tal-car park ta' Sta Margerita. Hija l-intenzjoni tal-Ministeru li jagħmel proposti konkreti fuq dawn iż-żewġ alternattivi fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' il-Ministru jgħid għala l-kisja tarmac li kienet qiegħda tingħata t-triq ta' l-Imtaħleb ma tkomplietx meta issa hemm madwar 60% minnha lesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant mhiex triq arterjali u l-anqas distributorja u avolja il-manutenzjoni tagħha mhiex parti tar-responsabiltajiet tal-Gvern Ċentrali xorta kienu saru xogħlijiet ta’ resurfacing f’parti kbira ta’ din it-triq.
Il-kumplament ta’ din it-triq ser issir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jivverifika jekk hux minnu l-ilment ta' residenti fi Triq S Pawl, Bormla, li l-ispralli biex jilqgħu l-ilma tax-xita fl-istess triq itattew meta ngħata t-tarmac?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqija parlamentari numru 20567 f'din l-istess seduta.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrakkomanda li jingħata wiċċ xieraq lis-segwenti toroq f'Ħaż-Żebbuġ: Triq Anthony Aquilina, Triq Patri Pelaġju Mifsud, Triq John Zammit, Triq il-Prinċep Bażiliku, Triq Ħal Dwin, Triq Pietru Buttigieg, Triq Serafin Tanti, Triq Karlu Gimach u Triq Ħal Sajd u dan minħabba inkonvenjent kbir li qegħdin isofru r-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jirrikmanda li l-aħħar parti ta' Triq Fra Fred Mattei, f'Ħaż-Żebbuġ - mappa qed tintbagħat separatament - tingħata wiċċ xieraq minħabba l-inkonvenjent kbir li qegħdin isofru r-residenti affettwati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jindaga x'qed iżomm milli jiġu stallati bus shelters mill-ADT fi Triq il-Kandlora - parti ta' ħdejn il-mitħna - Ħal-Muxi - wara l-istatwa tal-Madonna - u fi Triq il-Mitħna - ħdejn il-flats tal-gvern - kollha siti f'Ħaż-Żebbuġ, minħabba li deħlin ix-xhur tax-xitwa u l-bżonn immedjat tagħhom għat-tfal Żebbuġin huwa ovvju?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20713, jista' il-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa x-xogħol fit-triq mill-Imġarr sax-Xewkija, jingħata breakdown ta' l-ispejjeż u minn min qed isir ix-xogħol?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħol fit-triq mill-Mġarr sax-Xewkija hu stmat li se jiġi jiswa LM1,449,136.
Ix-xogħol qed jinħadem minn K.R.A.M. Joint Venture,
breakdown
ta' l-ispejjeż qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jikkonferma jekk Prof. Semar tneħħiex minn direttur tad-dipartiment tat-toroq? Jekk fl-affermattiv, se jibqa' jagħmel xogħol bħala konsulent? Min ġie maħtur direttur ġdid tad-dipartiment?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara meta se tingħata tarmac Triq il-Ġarakol ġewwa Ħal Għaxaq, minħabba l-istat li tinsab fih?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn spezzjonijiet li saru jirriżulta li din it-Triq mhiex mibnija kollha u fiha wkoll kisja asfalt. Meta wieħed jikkonsidra dawn il-fatti kif ukoll li hemm toroq f'Ħal Għaxaq li ilhom aktar jistennew li jinbnew mhux possibli li din it-triq tingħata prijorita'.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex f'Għar Barka fir-Rabat m'hemm l-ebda triq li se ssir mill-gvern ċentrali, meta ħafna mit-toroq f'din l-akkwata għandhom ħsara ta' aktar minn 70% u għalhekk jaqgħu direttament f'idejn il-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jispjega għaliex l-Imtaħleb, il-Kunċizzjoni u tas-Salib u l-akkwati ta' Wied Qlejgħa, l/o Rabat il-gvern ma ddedika l-ebda ċenteżmu biex jitjiebu t-toroq ta dawn l-inħawi, toroq li jagħtu għal postijiet sbieħ tal-paesaġġ Malti u li huma frekwentati kemm minn Maltin u t-turisti? Hemm ħsieb li dawn it-toroq isiru? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq Ġdida fi Triq Angelo Dorini, Siġġiewi hijiex inkluża fil-programm ta' bini ta' 450 triq bejn is-snin 2006-2008 peress li jidher li Triq Angelo Dorini diġa' hija mogħtija t-tarmac?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li Triq Angelo Dorini hija nkluża fil-programm ta' bini ta' toroq. Din tinkludi kemm il-parti li għadha mhux asfaltata kif ukoll Triq Ġdida fi Triq Angelo Dorini.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni mal-MEPA għall-istallazzjoni ta' sitt bus shelters tul it-triq li tgħaqqad lis-Siġġiewi ma' Ħal Qormi? Meta hemm il-ħsieb li jiġu stallati dawn il-bus shelters?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-Awtorita dwar it-Trasport ta’ Malta mexxiet ir-rikjesta għal bus shelters f’Lulju lil Faces Ltd. Ma' din ir-rikjesta kien hemm rikjesta għall-numru ieħor ta’ bus shelters u preżentament aħna nfurmati li l-Faces Ltd qed jagħmlu stħarriġ tal-lokalitajiet kollha biex jiġu mgħoddija l-applikazzjonijiet lill-MEPA.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li s-servizz li jingħata mit-trasport pubbliku fuq rotta 89 jiżdiedu l-frekwenza minn tliet darbiet fis-siegħa għal erba' darbiet fis-siegħa? Jekk dan ma jistax isir, jista' il-Ministru jispjega r-raġunijiet għaliex?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li l-frekwenza tar-Rotta 89 hija ta' għoxrin minuta. L-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tħoss li din il-frekwenza hija suffiċenti minħabba l-fatt li jekk il-frekwenza tiżdied u l-iskeda tiġi kull kwarta, tiżdied l-ispiża speċjalment tal-fuel u l-patrunaġġ jibqa' l-istess.
Jista' il-Ministru jgħid x'servizz qiegħed jingħata bħalissa mit-trasport pubbliku fiż-żona ta' Kelceppo, is-Siġġiewi? Jista' jgħid kif dan jista' jitjieb?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li bħalissa s-servizz eżistenti huwa għaċ-Ċentru tar-raħal tas-Siġġiewi minħabba li jidher li hemm problema biex tintlaħaq l-lokalita ta' Kelċeppo.
Minkejja dan, l-Awtorita' ser tikkorispondi ma' l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku fir-rigward ta' din ir-rikjesta.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 19810, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-proċeduri biex jinbena culvert fi Triq il-Ġdida, fi Triq it-Tank, Siġġiewi? Jista' jagħmel kull mezz biex dan ix-xogħol jinbeda mill-aktar fis possibbli?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-Direttorat għadu qed jistenna li jitlestew il-proċeduri ta’ easments meħtieġa sabiex dan il-culvert ikun jista’ jinbena ġo propjeta privata.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20353 billi jelenka liema huma dawk it-toroq prinċipali fil-gżejjer Maltin li se ssir manutenzjoni estensiva fuqhom jew se jinbew mill-ġdid sa l-aħħar ta' din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fit-18 ta' Awissu 2006 nħargu erba’ tenders għal major patching li jkopru numru ta’ toroq fid-diversi żoni. Dawn it-tenders għalqu f’1 ta’ Settembru u bħalissa qed jiġu aġġudikati. Il-programm ta' xogħlijiet li ser isiru permezz ta' dawn it-tenders qed ikun finalizzat.