Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx ċirkolari interna fost il-ħaddiema tal-ERLqabel ġew ingaġġati dawn l-impjegati tal-Enemed Ltd li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15997 (ħmistax-il elf, disa’ mija, sebgħa u disgħin). Dawn l-arranġamenti saru fl-2014. L-ewwel żewġ executives imsemmija huma top management role filwaqt li t-tielet persuna qiegħed on secondment u mhux impjegat fl-Enemed.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — proċess ta' privatizzazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Meta hu mistenni li l-operatur privat jibda jħaddem dan l-isptar? Jista' jgħid meta ltaqa' mal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex biex jispjegalhom x'se jiġri mill-Isptar kif ukoll dwar il-futur tagħhom mal-kumpanija li se tieħu l-isptar f'idejha? Ma jaħsibx li l-ħaddiema għandhom jinżammu infurmati dwar dak li jolqot lilhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. interpellant li għal kuntrarju tal-imperssjoni li qed jipprova jagħti fil-mistoqsija tiegħu, is-saħħa ser tibqa’ b’xejn u mhux ser issur privatiżżazzjoni. L-Uffiċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa qed jiltaqa’ b’mod regolari mal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ meters li ġew stallati fuq l-ispieri tal-bdiewa s’issa? F’liema lokalitajiet twaħħlu dawn l-arloġġi, lokalità b’lokalità? X’inhu l-ammont ta’ ilma li jidher li ġie kkunsmat minn dawn l-istess spieri?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Sptar Mater Dei – kampjuni tal-konkrit tal-istruttura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa l-ewwel kampjunital-konkrit mill-Isptar Mater Dei li ma ġewx aċċettati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għax ma ttieħdux professjonalment?
Jista’ l-Ministru jgħid il-kampjuni tal-konkrit li fuqhom saru t-testijiet mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament min ħadhom, jekk hux in-nies tal-kumpanija stess jew individwu/i jew kumpaniji oħra? Jista’ jispeċifika min?
Sptar Mater Dei – testijiet fuq il-konkrit tal-istruttura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex saru testijiet fuq il-konkrit tal-Isptar Mater Dei? Kien hemm ħsara strutturali viżibbli fil-binja? Jekk iva, f’liema parti tal-Isptar? Jekk le, kien hemm ħsieb li jsir żvilupp fuq il-bini eżistenti tal-Isptar? Jekk iva, fuq liema partijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq is-saħħa tal-konkrit ġiex imqabbel mal-concrete specifications tat-tender tal-kostruzzjoni tal-Isptar Mater Dei?
Sptar Mater Dei – Rapport dwar is-saħħa tal-konkrit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq is-saħħa tal-konkrit ġiex imqabbel maċ-ċertifikazzjoni li saret meta oriġinarjament tpoġġa l-konkrit partikolarment fil-kolonni tal-Isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju tal-Executive Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma preżenti, inkluż ukoll jelenka l-perkaċċi li hu jgawdi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-salarju taċ-Chairman Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa relattiv ma’ dak taċ-Chairman ta’ qabel.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju ta' kull executive director preżenti fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, inkluż ukoll jelenka l-perkaċċi li huma jgawdu? Jista' jgħid minn xiex huma responsabbli kull executive director? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hemm ħames (5) Executive Directors:
· Executive Director Corporate Services
· Executive Director Water Resources and Structural Projects
· Executive Director Network Infrastructure
· Executive Director Strategic Information
· Executive Director Institute of Water Technology and Quality
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Head of Human Resources - salarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hu l-head of Human Resources preżenti fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma? Jista' jgħid x'inhu s-salarju tiegħu inkluż ukoll kwalunkwe perkaċċi li hu jgawdi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Head tal-Human Resources fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa Michael Parnis.
Jista' l-Ministru jelenka s-shareholding ta' kull kumpanija li ġiet mwaqqfa wara li l-Enemalta Corporation ġiet restructured u daħlu ċ-Ċiniżi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li l-Korporazzjoni Enemalta ġiet ristrutturata, twaqqfu l-Enemalta plc, D3 Power Generation Ltd, International Clean Energy Ltd u Energy Service Centre Ltd. Ix-shareholding jirrifletti dak maqbul fl-Investment Agreementi li diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex l-individwu, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, intgħażlet biex tmexxi l-garaxx tal-ambulanzi fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu dan l-individwu biex imexxi dan id-dipartiment?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16109 u jgħid għaliex fl-aħħar jiem, numru kondiserevoli ta’ ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex ġew mitluba jħallsu lura pagamenti li sarulhom ftit tal-ġimgħat jew xhur qabel? X’kienu dawn il-pagamenti li saru? Kemm ħaddiema ngħataw dawn il-pagamenti u kemm kien l-ammont? Għaliex qed jintalbu jħallsu parti minnhom lura? Kemm hu l-ammont globali li qed jintalab lura u kemm ħaddiema ntalbu jħallsu lura xi ammont?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma l-Onor Interpellant li kien hemm diskrepanza fl-ammont ta’ arretrati li gew moghtija ma l-ammont ta’ arretrati li kien dovut.
Triq li tagħti għall-Armier — xogħlijiet - servizzi tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk hux minnu li fix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fit-triq li tagħti għall-Armier ġiex deċiż li ma jsirx xogħol relatat mas-servizzi tal-ilma? Jekk dan huwa minnu, jista' l-Ministru jgħid min ħa din id-deċiżjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet tal-ilma miftehma oriġinarjament mal-Kunsill Lokali saru u tlestew.
Jista' l-Ministru jara li jiżdied id-dawl jew inkela jsir id-dawl fit-Triq J Borg, l-Imsida, biswit l-MCAST peress li hemm id-dlam f'din it-triq?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta plc irċeviet applikazzjoni biex jiżdied id-dawl f’din iż-żona, liema applikazzjoni qed tiġi diskussa mal-Kunsill Lokali biex jiġi identifikat eżatt fejn irid jingħata dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kull meta jittieħdu samples tal-ilma tal-baħar, minn madwar Malta u Għawdex? Minn liema lokalitajiet jittieħdu s-samples u b'liema frekwenza? Meta l-aħħar li ttieħdu samples minn postijiet differenti fil-bajja ta' San Pawl il-Baħar? X'kienu r-riżultati tas-samples li ttieħdu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-istaġun tal-għawm, li jkopri l-perjodu bejn it-tielet ġimgħa ta’ Mejju sat-tielet ġimgħa ta’ Ottubru, l-kampjuni tal-ilma baħar jittieħdu kull ġimgħa u dan il-monitoraġġ ikopri 87 sit madwar Malta u Għawdex. Il-kampjuni tal-ilma baħar jittieħdu kull nhar ta’ Tnejn u l-aħħar kampjuni li ttieħdu indikaw li l-kwalita’ tal-ilma baħar hija tajba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-perċentwali ta' ilma li qed jintilef f'unaccounted for water? Kif ivarja l-ammont ta' ilma li jkun hemm mitluf minn lokalità għall-oħra? Liema huma l-iktar lokalitajiet li fihom jirriżulta li qed jintilef ilma, u liema huma l-lokalitajiet li fihom jirriżulta li jintilef l-inqas ilma? X'inhu l-ammont ta' ilma li jintilef b'dan il-mod, lokalità b'lokalità?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kull meta jsiru spezzjonijiet fuq il-bajjiet tagħna biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm kontaminazzjoni li tkun ġejja minn xi ħsarat fis-sistema tad-drenaġġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16424 (sittax-il elf, erba’ mija, erbgħa u għoxrin). Din il-frekwenza hija erba’ darbiet iktar minn dak rikjest skont id-Direttiva 2006/7/EC għal kwalita’ tal-ilma baħar.