Malta Enterprise — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Malta Enterprise fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Malta Enterprise bejn Ġunju 2012 u Marzu 2013? Jista' jgħid f'liema gradi ġew impjegati? Jista' jgħid ukoll kif saru is-sejħiet għall-impjieg u kemm applikaw f'kull każ?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Kuntratti b'direct order
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li mill-11 ta' Marzu sal-lum, fil-Ministeru u fid-dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħti, ma ngħata l-ebda kuntratt jew appointment ta' konsulenza b'direct order.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' persuni jew negozji li għamlu użu s'issa mill-Business First?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li sal-10 ta’ Mejju 2013, tlett elef tmien mija u ħamsa u tmenin (3885) persuna/negozju għamlu użu minn Business First, b’medja ta’ iktar minn 1000 kuntratt fix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fil-qasam tal-għajnuna lill-investituri biex jipprovdu venture capital għall-intrapriżi żgħar u medji biex ikunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa l-Malta Enterprise diġa' toffri numru ta' inċentivi biex tassisti lill-intrapriżi jagħmlu xogħol ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni, fosthom l-iskemi tal-EUREKA u EUROSTARS, kif ukoll inċentivi abbażi ta’ krediti ta’ taxxa fuq investiment f’dan il-qasam. Bħalissa, m’hemmx pjanijiet għal venture capital fund biex jiffinanzja proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni. Jien infurmat ukoll li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCAST), responsabbli mill-qasam tar-riċerka u innovazzjoni, joffri skema ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-intrapriżi, ghalkemm dan ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta (MCA)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-bord tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta (MCA) huwa kostitwit kif se ngħid:
Dr Edward Woods - Chairman
Mr Godfrey Vella - Membru
Mr Phelim Cavlan - Membru
Ms Sarah Mifsud - Membru
Dr Alexandra Mizzi - Membru
Jista' l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord il-ġdid tal-Lotteries & Gaming Authority huwa kompost minn Mario Galea bħala Chairman u Chris Cilia, Rachel Tua, Ruth Trapani Galea u Ceaser Grech bħala membri.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kull kuntratt li l-Ministeru tiegħu kellu fis-seħħ fi Frar 2013, jekk kull kuntratt ingħatax b'direct order jew b'tender, min rebaħ kull kuntratt, kemm hija l-ispiża ta' kull kuntratt u meta jagħlaq kull kuntratt?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Ministeru tiegħi ma kienx jeżisti fi Frar 2013, u peress li r-responsabbilta’ ministerjali tal-Ministeru tiegħi kif imwaqqaf wara l-aħħar elezzjoni ġenerali hija differenti minn kif kienu l-Ministeri qabel, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kuntratti li jiena sibt in vigore u kif applikabbli għall-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid attwalment x'benefiċċji u skemi hemm għal min:
a) jixtieq ikabbar in-negozju tiegħu;
b) jagħmel xi ristrutturar;
ċ) jibda negozju ġdid; u
d) jispiċċa minn impjegat sabiex jibda negozju tiegħu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-Malta Enterprise toffri l-iskemi ta’ għajnuna murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra. Filwaqt li ma toffrix għajnuna speċifika biex imprenditur jispiċċa minn impjegat u jiftaħ negozju għal rasu, tali imprenditur xorta jkun jista’ jibbenefika mill-inċentivi ta’ għajnuna biex tiftaħ negozju ġdid. L-iskemi l-oħra li l-Malta Enterprise tagħmel disponibbli għan-negozji jistgħu ukoll jgħinu f’dawn l-oqsma indirettament. Barra minn hekk, il-Malta Enterprise toffri wkoll is-servizz ta’ Business First, fejn negozji jistgħu jinqdew min-numru ta’ servizzi amministrattivi taħt saqaf wieħed. Aktar dettalji jinstabu fis-sit elettroniku www.businessfirst.com.mt. Dan is-sit jagħti ukoll dettalji prattiċi dwar x’għandu jagħmel negozjant sa mill-pjan li jiftaħ negozju sa l-egħluq tiegħu.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — staff complement
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru, kariga b'kariga, liema karigi huma okkupati u min jokkupahom, liema huma vakanti, f'liema skala hi kull kariga u jekk l-ingaġġ sarx direttament mis-Servizz Pubbliku jew inkella minn barra s-settur pubbliku?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Billi l-Ministru fl-intervista tiegħu ma' Ritianne Agius fil-ġurnal Kulħadd tas-Sibt 20 ta' April 2013, qal li, "ma setax jibda jaħdem mill-ewwel fl-interess tal-pajjiż..." għax, "ma tħalliex xi forma ta' handover jew komunikat u kellhom jibdew kollox mill-ġdid...", ma jaħsibx il-Ministru li kieku l-Prim Ministru ma neħħiex prattikament is-segretarji permanenti li l-kariga tagħhom inħolqot preċiżament biex ikun hemm transizzjoni bejn amministrazzjoni u oħra, kien jngħata l-handover li xtaq? Jista' jgħid jekk iltaqax mas-CEOs tal-entitajiet taħtu biex jingħata l-handover?
Jista' l-Ministru jiċċara jekk mal-ħatra s-segretarju permanenti tiegħu, kitibx lis-segretarju permanenti li taħtu kienet taqa' r-responsabilità tad-dekasteru li tiegħu l-Ministru Cardona llum hu responsabli tiegħu, biex jintbagħtu l-files mir-registry ta' dak li kien il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment għand il-Ministru responsabbli mill-Ekonomija, l-Investiment u Negozji Żgħar?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li iva, diġà kien hemm u għad hemm kuntatti bejn is-Segretarju Permanenti tiegħi u Segretarji Permanenti oħra relattivi dwar transfers ta' responsabbilitajiet u dokumenti.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk fis-segretarjat tal-Ministeru tiegħu ġewx impjegati individwi li huma minn barra s-Servizz Pubbliku? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hu n-numru ta' dawn il-persuni u jekk kenux jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Fis-Segretarjat Privat tiegħi ġew impjegati 18-il uffiċjal minn barra s-Servizz Pubbliku. Minn dawn l-uffiċjali, 8 minnhom kienu jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kienx hemm bidliet fil-Bord tal-Malta Enterprise? Jekk iva, jista’ jgħid kif inhu kompost il-Bord illum? Jekk ma kienx hemm tibdil jista’ jgħid jekk hemmx persuna/i oħra li qegħdin jagħtu struzzjonijiet lill-Kap Eżekuttiv u jekk iva min huma dawn il-persuni u fuq liema bażi qed jagħtu dawn l-istruzzjonijiet?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-Bord il-ġdid ta’ Malta Enterprise ġie maħtur u hu kompost kif ġej:
Chairman: Dr Mario Vella
Deputy Chairman: Mr William Wait
Membri: Mr Anton Borg
Mr Michael Grech
Mr Peter Borg
Mr David Marinelli
Mr Victor Carachi
Ms Marlene Seychell
Mr David Curmi
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Ingaġġi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 968 u 599 u jgħid x'vakanzi mtlew fil-Ministeru u d-dekasteru li jaqa' taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2012 u t-8 ta' Marzu 2013 u jagħmel referenza għal kull sejħa separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ vakanzi li mtlew bejn l-1 ta’ Novembru 2012 u t-8 ta’ Marzu 2013 fl-entitajiet li llum jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat li l-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks għandhom kuntratt ma J & F Security bir-rata ta’ €5.45 fis-siegħa eskluża l-VAT fil-waqt li Kordin Grain Terminal tuża s-servizzi ta’ Sterling Security Co Ltd bir-rata ta’ €5.56 kull siegħa eskluża l-VAT.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex infurmat li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, illum keċċiet numru ta' ħaddiema u se tibda l-four-day week mid-29 ta' April li ġej? Jista' jgħid x'wassal għal dan u x'qed isir min-naħa tal-Gvern biex jindirizza din is-sitwazzjoni?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat illi l-Malta Enterprise ġiet infurmata mill-kumpanija msemmija li se tibda topera erbat ijiem (4) f’ġimgħa minħabba nuqqas temporanju ta’ ordnijiet. L-uniċi mpjiegi li ġew itterminati jirrigwardaw erba’ ħaddiema li kienu għadhom taħt prova (probation).
Minn laqgħat li saru bejn Malta Enterprise u l-kumpanija, jidher li m’hemmx bżonn ta’ intervent min-naħa tal-Gvern għax is-sidien qegħdin jippruvaw joħolqu swieq ġodda.
Jista' l-Ministru jgħid kemm negozji żgħar ibbenefikaw mill-MicroInvest sal-lum xahar b'xahar? Kemm ħarġu tax credits s'issa? Kemm hu l-ammont ta' investiment li benefiċċjarji għamlu/se jagħmlu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta’ April 2013, mill-iskema MicroInvest ibbenefikaw elf, tmien mija u erbgħa u tletin (1,834) negozji żgħar kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-total ta’ krediti fuq taxxa maħruġa huwa ta €13,372,759 filwaqt li l-investimenti li fuqhom inagħtaw dawn il-krediti ta’ taxxa jammontaw għal €39,946,336.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Impjegati fis-segretarjati minn barra s-Servizz Pubbliku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 731, dwar persuni impjegati minn barra s-Servizz Pubbliku mas-segretarjat tal-Ministeru u tas-Segretarju Parlamentari, jista' l-Ministru jinforma l-Kamra b'dawn id-dettalji: l-isem ta’ dawn l-individwi, il-kariga li qed jokkupaw, l-iskala tas-salarju tagħhom u l-impjieg preċedenti tagħhom?
Response (CARDONA, CHRIS)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Dwar l-impjieg li kellhom qabel l-uffiċċjali in kwistjoni ninsab infurmat li, minbarra li mhix relevanti u hija purament personali, din l-informazzjoni ma tinżammx.