Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14560 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq u areas li sar tindif fuqhom il-ġimgħa li għaddiet u ta' qabilha? Kemm nefaq flus id-dipartiment f'overtime f'dan iż-żmien u kif jikkompara mal-ġimgħatejn ta' qabel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-toroq u l-areas li ġew imnaddfa tul il-perjodu msemmi huma dawn: Baħar iċ-Ċagħaq Road Ħamrun By-Pass, Marsa Minn l-Erba' Mwieżeb sa l-Imsida Marfa Road, Ċirkewwa By-pass, San Pawl il-Baħar Xatt il-Pwales, Xemxija Regional Road, Msida/Gżira Ċirkewwa Road, Ċirkewwa National Road, Blata l-Bajda Triq l-Avjazzjoni Ċivili, Luqa Diċembru 13 Road, Marsa Council of Europe Road, Luqa Aldo Moro Street, Marsa Ħal-Far Road, Gudja Labour Road, Marsa Burmarrad Road, Burmarrad Garibaldi Road, Marsa Main Street, Dingli Santa Lucia Avenue, Paola Mdina Road, Żebbuġ Valletta Road, Rabat Santa Venera By-Pass Imrieħel By-Pass Valletta Road, Mosta Naxxar Road, Lija In-nefqa f'overtime kienet ta' Lm8,980.97. Dan l-ammont huwa kkunsidrat bħala normali paragunat mal-ġimgħatejn ta' qabel, minħabba l-programm estensiv li qed isir rigward tindif ġenerali f'toroq arterji u distributorji u areas oħra, sakemm ix-xogħol jiġi għan-normal, meta imbagħad ma jkunx hemm il-ħtieġa li jkun hemm spejjeż ta' daqshekk overtime fuq dan il-kwalita' ta' xogħol.
Leg 9 PQ #14596 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Romana Prodi — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqabdu nies minn tal-Public Works tal-Works Management Strategy Implementation Department biex inaddfu t-toroq qabel il-wasla ta' Prodi f'Malta? Huwa minnu li ssejħu personnel mill-WMSI, x'kienu l-gradi ta' dawn il-ħaddiema u kemm tħallsu f'overtime?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14100 (Seduta 250).
Leg 9 PQ #14646 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet ta' embellishment

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tax-xogħlijiet, inkluż il-valur, tax-xogħol ta' embellishment li se jsir f'diversi naħat ta' Malta fis-sajf li ġej?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' embellishment li mistenni jsir matul din is-sena hu dan li ġej: Marsascala ---------- Embellishment tal-bajja ta' Wied il-Għajn mill-pitch tal-Marsascala Sports Club sa Pjazza Dun Tarċis. Footpath mill-Housing Estate taż-Żonqor sa l-Iskola Primarja ta' Wied il-Għajn. Embellishment tal-bajja ta' San Tumas. Restawr ta' parti oħra mit-Torri ta' San Tumas. Pavimentar quddiem it-Torri ta' San Tumas. Marsaxlokk ---------- Re-surfacing ta' Triq il-Kavalerizza. Jitlesta l-pavimentar tal-pjazza tal-Knisja. Birżebbugia ----------- Jitlesta l-Car Park u l-Bypass ta' ħdejn Għar Dalam. Jitlesta l-Embellishment tal-bajja ta' Pretty Bay. Il-valur ta' xogħol li mistenni jsir fit-tlett lokalitajiet imsemmija hawn fuq matul is-sena 2000 hu ta' madwar Lm300,000. Sliema ------ Xogħol ta' embellishment f'Tower Road. L-ewwel fażi tal-proġett ser tkopri minn ħdejn il-Fortizza sa fejn it-Torri. Ix-xogħol jinkludi pavimentar ġdid, bollards u railings ġodda, dawl dekorattiv, bini ta' ġibjun għall-ilma tax-xita u tkissir u bini ta' latrina pubblika ġdida. Il-valur ta' xogħol li mistenni jsir fuq il-proġett ta' Tas-Sliema matul is-sena 2000 hu ta' madwar Lm500,000.
Leg 9 PQ #14648 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu overtime il-ħaddiema li kienu mqabbda jnaddfu t-toroq arterjali ta' Malta matul ix-xahar ta' Frar u l-ewwel ġimgħa ta' Marzu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża ta' l-overtime li tħallset lill-ħaddiema biex isir tindif matul ix-xahar ta' Frar u l-ewwel ġimgħa ta' Marzu kienet ta' Lm19,322.53.
Leg 9 PQ #14670 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Tneħħija ta' containers

Question

Jista' d-dipartiment konċernat jieħu passi biex jitneħħew trailers u containers u vetturi oħra li jinsabu biswit u f'għalqa li tinsab 'il isfel minn Triq Strejnu, viċin triq id-Daħla ta' San Tumas li qed tkerraħ dan il-post? Kif baqa' ma sar xejn meta dan l-individwu biddel l-għalqa tiegħu f'industrial zone meta mhijiex qegħda f'Industrial Area u qed jimla' t-triq u l-għalqa b'containers, trailers, vetturi u żjut?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #14685 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — PA 0681/00

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara l-applikazzjoni PA 0681/00 li għamel id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, fil-Marsa? Min ordna li jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 681/00 tikkonċerna twaħħil ta' "street name" fi Triq Aldo Moro, Marsa, simili għal dik li teżisti fi Triq Garibaldi, Marsa. It-talba biex issir l-applikazzjoni saret mill-Kumitat għall-Ismijiet tat-Toroq.
Leg 9 PQ #14709 Sitting 261 2000-03-13 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Żabbar — Triq Ta' Lanza - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jindika meta, jekk hemm il-ħsieb, li jsir id-drenaġġ fi Triq Ta' Lanza Ħaż-Żabbar, peress li għadd ta' familji qed ibatu inkonvenjenzi kbar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li diġa' saru xi tratattivi biex jinbeda x-xogħol f'din it-triq. Imma, wara li saru xi oġġezzjonijiet minn xi individwi rigward xi saqwi li minnu kellu jgħaddi dan il-main tad-drenaġġ kellu jsir servitu' min-naħa tal-Gvern. Minkejja dan is-servitu' xorta waħda hemm xi problemi minn dawn l-istess individwi, u għalhekk se jkollhom issa jittieħdu passi oħra biex dan ix-xogħol isir.
Leg 9 PQ #14408 Sitting 259 2000-03-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq il-Ħelsien - Ismijiet tad-djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta r-residenzi fi Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi se jingħataw in-numri biex ma jibqgħux bl-ismijiet tad-djar biss, minħabba inkonvenjenzi għal residenti fir-rigward ta' posta eċċ, u biex ukoll jitħaffef ix-xogħol tal-ħaddiema tal-posta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Triq il-Ħelsien ma tistax tingħata numri tal-bibien għalissa minħabba li tirrikjedi tibdil fl-isem ta' parti minnha u dan minħabba fil-forma tagħha. F'każ bħal dan, il-Kunsill Lokali jkun irid jagħmel talba uffiċċjali lill-Kumitat ta' l-Ismijiet tat-Toroq u wara li t-talba tkun milqugħa jkun jista' jsir ix-xogħol meħtieġ biex jingħataw in-numri tal-bibien.
Leg 9 PQ #14370 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Baċir Nru.1 — Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li qed isiru, relatati mal-ħajt tal-baċir nru.1?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti tax-xogħlijiet li qed isiru, relatati mal-ħajt tal-Baċir Numru 1, kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #14374 Sitting 258 2000-03-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kalkara/Birgu — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir ix-xogħol li hemm bżonn fit-triq imġarrfa li tagħti mill-Kalkara għat-Toqba tal-Birgu? Jekk forsi jrid isir xi xogħol minn nies li jaqgħu taħt il-ministeru tat-trasport, jista' l-Ministru jara li jsir dan peress li din it-triq tintuża ħafna minn nies tal-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li diġa' nħarġu offerti biex dan ix-xogħol isir.
Leg 9 PQ #14512 Sitting 257 2000-03-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Msida — Għajn tal-Ħasselin - Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għax-xogħol li qed isir ħdejn l-Għajn tal-Ħasselin, Msida u meta se jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol fuq l-Għajn tal-Ħasselin qiegħed f'idejn id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u nkarigat il-perit Adrian Schinas. Ix-xogħol qed isir fuq id-disinn tad-Dipartiment tal-Bini u Nġinerija b'xi modifikazzjonijiet tal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida. Ix-xogħol kien maqsum f'żewġ fażi. L-ewwel fażi tikkonsisti fir-restawr u ċangatura madwar l-Għajn inkluż żewġ rampi, u t-tieni fażi tikkonsisti f'bankini u tarmac ma' ġenbha li qed isir mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni u l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida. Ix-xogħol mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' Marzu 2000.
Leg 9 PQ #14351 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Bieb il-Polverista

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex possibbli li ssir spezzjoni ta' Bieb il-Polverista billi hemm bżonn ta' varji riparazzjonijiet żgħar u manutenzjoni ta' ċerta portata billi hemm partijiet li huma maħmuġa, oħrajn abbandunati u oħrajn perikolużi ħafna?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant lill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera biex jistudjaw x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #14355 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Birkirkara — Triq Brared

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex possibbli li ssir spezzjoni ġewwa Triq Brared, Birkirkara bil-għan li jiġi kkontrollat l-istat ta' l-hekk imsejħa culverts senjatament dawk quddiem id-djar 60 sa 70?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant hija responsabbilita' tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #14357 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Triq San Gwann/Triq L.Schickluna

Question

Peress li jidher li ħarġet sejħa għall-offerti għal xogħol fi Triq San Ġwann u Triq L. Schickluna, Fgura, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #14390 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq Nikol Baldacchino

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ħax passi dwar storbju ta' makni, duħħan u nugrufun li joħorġu minn industrija li tinsab fl-area ta' Triq Nikol Baldacchino, Qormi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Inspectors tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent investigaw l-ilment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. L-'area' in kwestjoni tikkwalifika bħala waħda residenzjali u 'densely populated', fejn ilmenti ta' dan it-tip ma jonqsux. L-inkonvenjent imsemmi nstab li hu relatat ma' skips ta' kuntrattur li jagħti servizz ta' ġbir ta' skart lill-industrija fl-akkwata. Dawn l-iskips minn żmien għal żmien sfaw vittma ta' vandali li kissruhom u ħarquhom. Kemm il-propjetarju ta' din l-industrija, kif ukoll il-kuntrattur ġew imwissija biex l-inkonvenjent ma jirrepetix ruħu. Ġew infurmati wkoll il-Pulizija.
Leg 9 PQ #14394 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq Nikol Baldacchino - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni meħtieġa, biex ma jibqax joħroġ l-ilma ta' drain ta' industrija li hemm fi Triq Nikol Baldacchino, Qormi? Jista' jara li tittieħed azzjoni biex is-sistema tad-drain issir skond il-liġi u ma tibqax permezz ta' pipe tal-plastic imqabbad ma' pipe li jagħti għat-triq u mhux mas-sistema tad-drenaġġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-'drain' imsemmi fil-mistoqsija hija propjeta' tal-fabbrika 'Aquatess'. Għaldaqstant, din il-problema ġiet mgħoddija lill-awtoritajiet tas-Sanita'.
Leg 9 PQ #14421 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Tfigħ ta' liquid manure

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7367 imwieġba fil-31 ta' Mejju 1999, jista' l-Ministru jindika l-postijiet fejn jista' jsir rimi ta' liquid manure mill-irziezet u postijiet oħra? Kemm twaħħlu tabelli sabiex jindikaw dawn is-siti u meta kien ippublikat il-ktieb li għalih irriferiet fit-tweġiba?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara li sar studju minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment, ġew stabbiliti għaxar siti madwar Malta fejn għandu jsir rimi ta' dan l-iskart likwidu mill-irziezet. S'issa ma twaħħlu ebda tabelli peress li l-awtorizzazzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma waslitx. Għadu ma ġiex ippubblikat il-ktieb imsemmi fil-mistoqsija, pero' dan qiegħed jiġi ffinalizzat.
Leg 9 PQ #14425 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

First Health Maintenance Organisation

Question

Jista' l-Ministru jikkjarifika dak li qal fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 14102, fejn tirrigwarda l-għażla tal-health maintenance organisation, cioe' li l-għażla saret fuq l-istess bażi li għażilha l-Ministeru tal-Finanzi? Minn min hi ffurmata din il-health maintenance organisation?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Din l-Organizzazzjoni ntgħażlet mill-Ministeru tal-Finanzi wara li kienu ħarġu sejħa għall-quotations.
Leg 9 PQ #14426 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Diviżjoni tax-Xogħlijiet — Skart

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar pjan għall-immaniġġjar ta' l-iskart li għadu kif ġie ppubblikat mid-diviżjoni tax-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Diġa' qiegħdt kopja ta' dan ir-Rapport fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta ta' nhar it-Tnejn 28 ta' Frar 2000.
Leg 9 PQ #14429 Sitting 256 2000-03-06 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Advisors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu advisors impjegati miegħu jew mal-ministeru tiegħu, fuq bażi fulltime jew part-time? Jista' jagħti lista tagħhom, jgħid kemm ilhom fl-impjieg, x'inhu x-xogħol ta'kull wieħed jew waħda minnhom, f'liema oqsma huma speċjalizzati, u jekk jogħġbu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' kull advisor, inkluża informazzjoni dwar salarji, renumerazzjoni, onorarji u benefiċċji oħra li għandu jew għandha kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għandu żewġ 'advisers' impjegati miegħu. Dawn huma s-Sur Saviour Balzan, fuq bażi 'part-time' li jgħin lill-Ministru fuq xogħol li għandu x'jaqsam ma' policies ta' ambjent partikolarment ma' dak li għandu x'jaqsam ma' l-Unjoni Ewropea, u s-Sur John Micallef li huwa fuq bażi 'full-time' u qiegħed jgħin lill-Ko-operattiva ta' l-Indafa Pubblika fuq amministrazzjoni u tmexxija tal-Ko-operattiva. Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tagħhom fejn hawn l-informazzjoni kollha rikjesta mill-Onorevoli Interpellant.