Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19824 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/raħħala — Management

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'management effiċjenti se jdaħħlu l-producers organisations u kemm qed jikkalkula l-gvern li jdaħħlu aktar il-bdiewa u r-raħħala b'dawn is-sistemi? Meta se jiġu fis-seħħ dawn il-producers organisation u min se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif messu jaf l-Onor. Interpellant, il-liġi tal-Producers' Organisations għada trid tiġi diskussa f'dan il-Parlament fejn nistenna li l-Onorevoli kollega ser jieħu parti attiva. Pero' ninforma lill-Onor. Interpellant b'xi għanijiet ta' dawn l-għaqdiet fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Meta jkun hemm over production ta' prodott b'riżultat li l-prezz jaqa' taħt il-prezz stabbilit f'dak iż-żmien, tidħol fis-seħħ skema ta' intervention fejn il-prodott li jibqa' ma jinbiegħx almenu b'dak il-prezz stabbilit flok jintrema u l-bidwi jitlef il-flus, il-prodott jinxtara mill-istess Organizazzjoni u l-flus jiġu mbagħad mill-fondi tal-U.E. Nistgħu wkoll insemmu l-Multi-Year Operational Programme li permezz tiegħu jiġu stabbiliti miżuri progressivi sabiex tittejjeb kemm il-produzzjoni kif ukoll il-metodu ta' bejgħ. Naturalment l-Onorevoli membru japprezza li fl-għaqda hemm is-saħħa u l-Producers' Organisations huma speċifikament imwaqqfa biex iġibu din l-għaqda u konsegwentament din is-saħħa fost ir-raħħala, il-bdiewa u s-sajjieda.
Leg 9 PQ #19826 Sitting 394 2000-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħalib — Bini ta' fabbrika ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara dwar il-bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Settembru ta' din is-sena? Kemm saru laqgħat mal-PA u mar-raħħala dwar dan il-proġett? Fejn se tinbena u kemm mistenni li tiswa flus?

Response (ZAMMIT, NINU)

Rigward x'ġara dwar il-bini ta' fabbrika ġdida tal-ħalib mill-5 ta' Settembru 'l hawn u kemm naħsbu li ser tiswa, m'għandi xejn x'inżid mar-risposti li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4500, 9252 u 13684. Nista' inżid illi s-sit li qegħdin nikkunsidraw bħalissa huwa aċċettabbli għall-kumpanija u l-Koperattiva tar-Raħħala u speċifikament fuq is-sit li issa qegħdin naqblu fuqu. Qegħdin fil-fażi li tiġi sottemessa Outline Development Application lill-Planning Authority wara li ovjament ikun lest ir-rapport dwar cost-effectiveness li qed tagħmel l-istess M.D.P.
Leg 9 PQ #19822 Sitting 393 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Cold rooms

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'preparazzjonijiet saru sabiex isiru l-cold stores/stores fil-Pitkalija mill-5 ta' Settembru 1998 sa Settembru ta' din is-sena? X'konsultazzjonijiet saru u kemm sewa s'issa dan il-pjan lid-dipartiment u kemm mistennija li jiswa meta jiġi ffinalizzat?

Response (ZAMMIT, NINU)

Qegħdin jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-sena d-dieħla isir ix-xogħol kollu meħtieġ għal cold rooms f'Ta' Qali għal diversi setturi ta' l-agrikoltura.
Leg 9 PQ #19741 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattiva tat-tjur

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19223 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta saru l-laqgħat mal-koperattiva tat-tjur, kif jidher fl-NPAA ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.
Leg 9 PQ #19788 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

NPAA — Dwieli ta' l-għasir

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bin-numru ta' laqgħat dwar ir-rapporti tal-NPAA, l-ewwel u t-tieni rapport, ma' l-għaqdiet tal-bdiewa li jkabbru d-dwieli ta' l-għasir ta' l-inbid lokali? X'punti tqajmu mill-bdiewa u xi spjegazzjoni ngħatat għall-mistoqsijiet ta' l-aħħar? Meta u fejn inżammu dawn il-laqgħat organizzati mid-dipartiment ta' l-agrikoltura?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.
Leg 9 PQ #19791 Sitting 392 2000-10-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

GFCM

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'konsultazzjonijiet/diskussjonijiet saru mal-GFCM u d-dipartiment tas-sajd Malti dwar is-sajd fl-ibħra Maltin u fil-Mediterran matul il-perijodu ta' bejn il-5 ta' Settembru 1998 u Settembru 2000? Jista' jpoġġi kopja tal-minuti ta' dawn il-laqgħat /u jew konsultazzjonijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant illi mar-risposti għal-Mistoqsijiet Parlamentari 2789 u 12172 baqgħali inżid biss il-programm għal perjodu bejn l-24 laqgħha Ġenerali li saret f'Ġunju 1999 fi Spanja u l-25 laqgħa Ġenerali li saret f'Malta u intemmet ftit ġimgħat ilu. Laqgħat ta' Scientific Advisory Committee (SAC): 1. 1-3 Marzu 1999 fi Spanja fuq il-ħut pelaġiku żgħir. 2. 21-23 Marzu 1999 fi Franza fuq il-ħut tal-qiegħ. 3. 26-29 April 2000 fi Spanja laqgħa ta' l-erba' sottokumitati ta' l-SAC. 4. 2-5 Mejju 2000, it-tielet sessjoni ta' l-SAC li studjat ir-riżultati ta' l-ewwel 3 laqgħat. Laqgħat tas-Sipam: 1. Żewġ laqgħat li saru : a) f'Malta - Marzu 2000 u b) f'Ruma - Lulju 2000. 2. Laqgħat bejn ix-xjenzjati ta' l-ICCAT u dawk tal-GFCM fuq il-pixxispad li kienet qed tinżamm fl-istess perjodu tal-25 laqgħa Ġenerali tal-GFCM f'Malta f'Settembru 2000. Laqgħa Ġenerali tal-GFCM li saret Malta f'Settembru 2000. Ir-rapporti ta' dawn il-laqgħat kollha huma aċċessibli fuq l-internet fis-sit allokat għalihom fl-informazjoni kollha li tippublika l-FAO. Dawn wkoll ikunu ppublikati bħal publikazjonijiet kollha ta' l-FAO.
Leg 9 PQ #19219 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema kollha fid-dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jagħti raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn il-5 ta’ Jannar 2000 u l-10 ta’ Settembru 2000 fid-Dipartimenti u l-Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd saru dawn it-trasferimenti: 6 fuq esiġenżi tas-serviżż, 5 meta ħadu promożżjoni 2 talbu t-transfer huma stess. Isiru trasferimenti fil-futur qarib jekk dan ikun ta' siwi għall-Ministeru u għad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19714 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi għall-mistoqsija parlamentari numru 19221, li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajjmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.
Leg 9 PQ #19738 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrijalist ta' l-Imbid Lokali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19225 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta saru l-laqgħat ma' l-industrijalisti ta' l-imbid lokali kif jidher fl-NPAA ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.
Leg 9 PQ #19739 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattiva tal-produtturi tal-bajd

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 19224 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid meta saru l-laqgħat mal-koperattiva tal-produtturi tal-bajd, kif jidher fl-NPAA ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19712 f'seduta numru 390.
Leg 9 PQ #19740 Sitting 391 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sidien tar-ristoranti u lukandi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19226 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta saru l-laqgħat tas-sidien tar-ristoranti u lukandi, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

La jien u l-anqas ħadd fil-Ministeru tiegħi ma jista' jifhem x'qiegħed jistaqsi l-Onor. Interpellant. Nispera li l-Onor. Interpellant jaf illi l-Ministeru tal-Biedja u Sajd ma jitrattax fuq ristoranti u lukandi. Sa fejn naf jien, ma teżisti l-ebda koperattiva ta' sidien ta' ristoranti u lukandi. Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċekkja l-affarijiet qabel ma jsaqsi.
Leg 9 PQ #19709 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Studenti ġardinara

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mill-istudenti/apprentisti ġardinara li spiċċaw il-kuntratt tagħhom mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19712 Sitting 390 2000-10-11 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19222 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid meta saru l-laqgħat mal-Koperattiva tal-Produtturi tal-Majjal, kif jidher fl-NPAA, ta' l-avis li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Settembru ta' din is-sena? X'punti tqajjmu mill-koperattiva dwar l-iżvantaġġi rispettivament?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-NPAA (National Plan for the Adoption of the Acquis), u mhux l-avis, li tpoġġa fuq il-mejda ta' din il-kamra, u għalhekk għandu aċċess għalih, dan kien ġie diskuss mal-koperattivi kif ukoll ma kull min kien interessat fil-ġid tal-bdiewa u raħħala. Jekk jien infurmat sewwa, l-Onorevoli sab xi diffikulta' biex jattendi. Pero' hemm il-minuti li sa fejn naf jien, jekk jinteressah, jista' jikkonsulthom.
Leg 9 PQ #19672 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Buskett — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mill-programm ta' xogħlijiet li kellhom isiru fil-Buskett fosthom ir-restawr tar-Razzett tal-Bagħal? Kemm hemm flus ivvotati għal dawn ix-xogħlijiet u meta se jitlestew?

Response (ZAMMIT, NINU)

Wara li ħareġ ordni ta’ konservazzjoni fuq il-Buskett, twaqqaf kumitat ta’ azzjoni biex isir studju sew ta’ xogħlijiet li jridu jsiru. Il-kumitat diġa ġabar l-informazzjoni neċessarja u ma jdumx ma jippreżenta r-rapport dettaljat lill-Awtorita tal-Ipppjanar fejn jiġi dentifikat ix-xogħol kollu meħtieġ u jitfassal pjan ta’ azzjoni bl-istima finanzjarja sabiex jintalbu fondi għal dan l-iskop. Ix-xogħol, inkluż ir-restawr ta’ Razzett tal-Bagħal, isir skond il-prijorita meta l-pjan ta’ azzjoni jiġi approvat u jiġu vvutati l-fondi neċessarji.
Leg 9 PQ #19673 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartiment u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul 1999 u din is-sena? X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom? X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn l-1 ta' Jannar 1999 u t-30 ta' Settembru 2000 kien hemm 8 każi ta' serq li ġew irraportati lill-pulizija għall-investigazzjoni li l-każijiet kollha f'daqqa kienu jinvolvu valur ta' anqas minn Lm500.
Leg 9 PQ #19671 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għammieri — Farm esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jinformani fiex waslet it-talba li għamel riċentement student sabiex jingħata l-għajnuna mid-dipartiment, ħalli fil-farm esperimentali ta' l-Għammieri jitħarreġ u jesperjenza tkabbir ta' produzzjoni agrikola organika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għat-talba li saret mill-Maltese-Thuringian-Association for Rural Youth Co-operation fuq letter head ta' din l-għaqda li ġġib bħala 'c/o address' dak tal-istess Onorevoli Interpellant. Kif naħseb qalu lilu, l-espert tekniku ta' dan il-Ministeru jiċċertifika li s-serer tal-Għammieri ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet tat-tkabbir ta' prodotti b'mod organiku. Għalhekk it-talba tal-MTARYC ma tistax tiġi milquha.
Leg 9 PQ #19763 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ta' Xbiex — Żbir ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir żabra ta' siġar li hemm qrib Block A4, Ta' Xbiex Housing Estate?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iż-żabra tas-siġar fil-lokal imsemmi ma taqax taħt ir-responsabbilta tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, peress li l-Kunsill Lokali tal-lokal għamel arranġamenti oħrajn.
Leg 9 PQ #19187 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għal imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-perjodu msemmi ġew impjeġati ħdax minn nies, sebgħa maskili u erbgħa femminili. Ħamsa minn dawn huma każwali, wieħed reinstated, tnejn b'kuntratt, wieħed professjonist u żewġ uffiċjali. Ma saret l-ebda sejħa pubblika għal dawn l-impjieġi skond il-proċedura normali li ilha teżisti sa minn dejjem. Dawn kienu kollha mpjeġati wara li ngħatat kunsiderazzjoni serja għall-kapaċitajiet tagħhom biex jaqdu d-dmirijiet mistennija minnhom.
Leg 9 PQ #19178 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif ġa kelli l-opportunita' inwieġeb l-Onor. Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19574 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Majjal — Qatla

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-perijodu ta' ġimgħat li fejn, kif tgħid it-tweġiba tiegħu numru 18709, jirriżulta li kien hemm inqas piż u inqas irjus fil-qatla tal-majjal?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella segwenti : IL-QATLA FIS-SENA 2000 MALTA GOZO P/T SLAUGHT. QTY. WT/KGS. QTY. WT/KGS. QTY. WT/KGS. April 7,037 550,105 341 28,025 1,919 165,749 Mejju 8,047 632,864 629 51,283 2,031 169,154 Ġunju 7,687 592,597 379 30,844 1,563 127,940 Lulju 5,777 441,688 553 44,761 1,325 106,934 Awwissu 8,846 688,439 369 28,948 1,281 104,855 Settembru 7,352 569,925 359 30,669 1,615 129,635 TOTALI QTY. WT/KGS. AVG/WT. April 9,297 743,879 80.0 Mejju 10,707 853,301 79.7 Ġunju 9,629 751,381 78.0 Lulju 7,655 593,383 77.5 Awwissu 10,496 822,242 78.3 Settembru 9,326 730,229 78.3