Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-laħam tat-tiġieġ fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-ħalib frisk fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li la f'Malta u lanqas f'Għawdex ma jinbiegħ ħalib frisk mir-razzett. Il-ħalib li jinbiegħ frisk jinbiegħ mill-kumpanija Malta Dairy Products Ltd.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-laħam tal-fenek fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.

Prezz tal-prodotti ta' l-ikel

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-ġbejniet friski fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament at farm gate level? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l–prezz medju tal-ġbejniet din is-sena kien ta’ 10ċ il-ġbejna. Ma ssirx distinzjoni f’dan il-prezz bejn Malta u Għawdex. Ma hemmx statistika għall-ħames snin li għaddew.

Affarijiet Rurali u Ambjent — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm jew hemmx membru mill-istaff privat tiegħu li għandu għall-użu uffiċjali tiegħu iktar minn mobile phone wieħed u iktar minn linja waħda (fixed line) fir-residenza tiegħu? Jista' jikkonferma jekk l-ammont minfuq qabiżx l-ammont ta' Lm400 matul is-snin 2004 u 2005?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu ta’ mobile phone u fixed line mill-membri private tas-Segretarjat kien u għadu skond il-linji gwida, approvati mill-Kabinett, dwar l-ingaġġ ta’ impjegati f’dawn is-Segretarjati.

Prezz tal-basal

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm kien il-prezz medju tal-basal imdaħħal fil-pitkalija fl-ewwel disa' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perijodu għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Importazzjoni tal-laħam aħmar

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15374, jista' il-Ministru jinformana kemm kienet l-istess importazzjoni minn non-EU countries/third countries?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15328.

Belt Valletta — Parkeġġ fi Triq Glormu Cassar

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ li sar mal-ġenb ta' Triq Glormu Cassar, l/o Belt Valletta in-naħa tal-baħar, hux kopert bil-permessi tal-MEPA?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li billi l-parkeġġ kien diġa jeżisti dan mhux ikkonsidrat bħala żvilupp.

Green wardens

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta ser jiġu introdotti l-green wardens?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-green wardens ġew introdotti fil-21 ta' Ottubru 2005 meta daħlu fis-seħħ "ir-Regolamenti ta' l-2005 dwar l-Abbandun, ir-Rimi u t-Tneħħija ta' Skart fit-Toroq u f'Positijiet jew Żoni Pubbliċi".

Residue level fuq laħam tal-bhejjem

Question

Jista' il-Ministru jinformana kemm hija l-ispiża li tħallset għat-testijiet fil-laboratorji barranin għar-residue level fuq il-laħam ta' bhejjem lokali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ammont li tħallas f'sena għan-National Residue Programme kien ta' Lm38,764.

Servizzi veterinarji — Direttur Ġenerali

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ma ġiex appuntat direttur ġenerali għas-servizzi veterinarji?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-ħatra ta’ Direttur Ġenerali ma jaqax taħt ir-responsabbiltá tal-Ministeru tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Agrikoltura u Servizzi Rurali — Direttur Ġenerali

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadu ma ġiex appuntat direttur ġenerali għall-agrikoltura u servizzi rurali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-ħatra ta’ Direttur Ġenerali ma jaqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Skema ta' export refund

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-gvern ma ħejjiex skema ta' export refund biex jippreżentaha lill-Unjoni Ewropea sabiex ikun jista' jirċievi l-pagamenti in kwestjoni b'lura għall-perijodu bejn Mejju u Diċembru 2004? Kemm fil-fatt kienet iċ-ċifra ta' flus in kwestjoni għal dan il-perijodu ta' wara sħubija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-Aġenzija tal-Pagamenti qiegħda fl-istadju li tħejji l-proċeduri neċessarji skond l-Accreditation Criteria sabiex flimkien mad-Dwana ta’ Malta tkun tista’ tipproċessa pagamenti ta’ l-export refunds.

Skema ta' export refund

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-gvern ma ħejjiex skema ta' export refund biex jippreżentaha lill-Unjoni Ewropea sabiex ikun jista' jirċievi l-pagamenti in kwestjoni b'lura għall-perijodu bejn Jannar u Diċembru 2004?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15867.

Agriculture holdings

Question

B'riferenza għat-360 applikazzjoni għall-investiment f'agriculture holdings li minnhom ġew approvati biss 70, jista' il-Ministru jinformana biċ-ċifra ta' flus applikabbli għal 290 applikazzjoni oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Membru jiċċara l-mistoqsija tiegħu.

EU — Għajnuna f'forma ta' ikel

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk l-Unjoni Ewropea hijiex tagħti għajnuna lil Malta f'forma ta' prodotti ta' l-ikel, bħal ross, għaġin u ħalib? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif qed titqassam din l-għajnuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel riferenza għal Mistoqsija Parlamentari Numru 14695. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li t-tqassim tal-prodotti qed isir skond ir-Regolament tal-Kunsill 3730/1987, u r-Regolament tal-Kummissjoni 3149/92 li jistipula li l-imsemmi tqassim għandu jsir minn organizzazzjonijiet tal-karità.

Heads tal-paying agency

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw żewġ heads tal-paying agency?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li r-raġuni tar-riżenji taż-żewġ Heads tal-Paying Agency kienu dawn: 1. L-ewwel Head tal-Paying Agency irriżenja wara li kienu għaddew sentejn mill-kuntratt ta’ tlett snin, wara li huwa ħass li minħabba r-responsabbiltà tal-Head, Paying Agency, kellu jkollu salarju ta’ mhux anqas minn Skala 3. Dan ma kienx possibli għax is-salarju ta’ Head, Paying Agency kellu jkun komparabbli ma’ dak ta’ entità simili fil-Ministeru għall-Familja u Sigurtà Soċjali, kif mitlub mill-Management and Personnel Office, fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. 2. It-tieni Head tal-Paying Agency ma rriżenjax minn din il-pożizzjoni iżda ddeċieda li ma jieħux kuntratt definit ta’ tlett snin wara li temm il-perjodu ta’ prova ta’ tlett xhur.

Biċċerija — Riżenja ta' tobba

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li rriżenjaw żewġ tobba veterinarji mill-biċċerija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-tobba veterinarji li qed isemmi l-Onor. Interpellant irriżenjaw minħabba raġunijiet personali.

Ħaddiema fil-paying agency

Question

Jista'il-Ministru jgħid għaliex il-complement tal-ħaddiema fil-paying agency huwa anqas minn dak meħtieġ sabiex is-sussidju/flus eċċ jitħallsu fil-ħin u mhux tard?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li l-complement preżenti tal-ħaddiema fil-Paying Agency, abbażi ta’ l-arranġamenti li saru ma’ diversi direttorati, huwa biżżejjed sabiex is-sussidji/flus eċċ jistgħu jitħallsu fil-ħin. Sa fejn hu magħruf sallum, il-pagamenti mill-Paying Agency dejjem tħallsu fil-ħin.

MEPA — Ulysses Lodge, Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fil-ħruġ ta' permessi għall-bini ta' vilel, fejn illum hemm il-Ulysses lodge fuq ir-Ramla l-Ħamra f'Għawdex, il-MEPA iggwidatx ruħha mill-pjan strutturali, partikolarment RC04, RC021, RC029, SET 11, SET12 u PLP20? Jista' jagħti dettalji kif kull policy minn dawn se tiġi mħarsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’Seduta oħra.