Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġbir ta' VAT mill-industrija tal-kostruzzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti l-persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellent li matul is-sena 2005 il-net VAT miġbura mill-industrija tal-kostruzzjoni (Nace 4521 General Construction and Civil Engineering works) - Lm7,451,838. Din is-somma tkopri biss in-NACE msemmi hawn fuq u tirrappreżenta 4.43% tas-somma netta globali miġbura mill-VAT li kienet Lm168,247,183.

VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġabar il-gvern taxxa tal-VAT fuq il-fuel kollu ta' kull tip importat f'Malta matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru? Kemm ġabar VAT fuq servizzi soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sa Settembru? Kemm ġabar VAT fuq il-kumplament ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-bejgħ tal-fuel ma isirx biss mill-Korporazzjoni Enemalta imma hemm distributuri oħrajn li f’attivita ekonomika tagħhom għandhom ukoll il-bejgħ ta’ fuel. Fil-każ tal-Korporazzjoni Enemalta, il-VAT titħallas mill-Enemalta fuq il-fuel meta dan jinbiegħ u mhux meta jiġi impurtat. In-net VAT dikjarata mill-Korporazzjoni Enemalta bejn 2004, 2005 u Jannar 2006 sat-30 ta’ Settembru 2006 kien kif ġej : 2004 - Lm10,462,933 2005 - Lm11,737,737 2006 - Lm10,197,845 (Jannar – Settembru)

VAT fuq attivitajiet kulturali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura li neħħa l-VAT fuq attivitajiet kulturali għal każini tal-baned tgħoddx ukoll għal kunsilli lokali li jorganizzaw attivitajiet purament kulturali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Flus mgħoddija lill-EU

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm għaddiet flus mill-VAT u forsi sorsi oħra, Malta lill-Unjoni Ewropea, sena b'sena minn mindu dħalna fl-EU?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ħlasijiet mill-Estimi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li d-dipartimenti tal-gvern, awtoritajiet, enti u kumpanniji tal-gvern ħallsu mill-estimi approvati u vvotati għall-2006 għal xogħlijiet, apparat, servizzi, pagi, eċċ (għal spejjeż rikorrenti u kapitali ) li effettivament saru fl-2005? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal kull dipartiment, awtorita', ente u kumpannija tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

ITCS/IHCS

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21424 u jgħid: 1) Kemm ġew irreġistrati ITCs u IHCs matul l-2004, l-2005 u l-2006 sal-lum; 2) X'kien id-dħul ta' l-Istat Malti minn dawn ir-reġistrazzjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlasijiet magħmulin lill-MFSA; 3) Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet ta' shareholders li rreġistraw ITCs u IHCs?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għal-mistoqsija parlamentari numru 21424.

Ħlas ta' Taxxa

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jiddikjaraw li jaqilgħu flus f'kull waħda mill-brackets tat-taxxa kif kienu qabel l-estimi għas-sena 2007 u kif ġew issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lil-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Trusts

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21415 u jgħid kemm-il trust twaqqfet f'Malta fl-2004, fl-2005 u fl-2006 (sal-lum)? Liema kienu l-aktar tliet nazzjonalitajiet li fetħu trusts f'Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 21415.

Reserved parking

Question

Jista' il-Prim Ministru jinformani kif l-uffiċċju ta' l-ombudsman jiddeċiedi kif resident/a tkun intitolata għal reserved parking jew le mingħajr ma jisma lill-kunsill lokali, lill-ADT jew oħrajn fuq il-validita' ta' tali talba? Reserved parking għandu jingħata lil xi ħadd li ma jsuqx biex sempliċement ikun żgurat parking space lill-familjari meta jmorru jżuruh?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Pensjoni tat-teżor

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li hija armla ta' ex impjegat mal-gvern għandhiex dritt tieħu pensjoni addizzjonali u cioe' dik tat-teżor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jirreferi lill-persuna in kwestjoni fid-departiment ikkonċernat.

Xiri ta' proprjeta' minn barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm proprjeta' inxtrat is-sena l-oħra u din is-sena minn persuni barranin u minn liema pajjiż kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ħarġu taħt l-Att dwar Akkwist ta’ Proprjeta’ Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) kien ta’ 381 matul l-2005 u ta’ 254 matul l-2006 (sal-31 ta’ Awissu, 2006) mill-pajjiżi kif jidher fl-annessa Tabella ‘A’ għal matul l-2005 u Tabella ‘B’ għal matul l-2006. F’kull każ in-numru globali ta’ persuni hu aktar għax proprjeta’ waħda tkun inxtrat minn koppja u mhux minn persuna waħda. Ma jfissirx li kuntratti tal-permessi li ħarġu jkunu ġew konklużi.

OPM — hospitality

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus bħala hospitality mill-ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtu matul is-sena 2006 maqsuma skond dipartimenti jew enti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Biljetti ta' l-Ajru — Taxxi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-gvern mit-taxxi kollha marbuta mal-biljetti ta' l-ajru matul din is-sena? Jista' il-Prim Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra t-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant .

Surcharge tad-Dawl u l-Ilma

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kien id-dħul globali mis-surcharge tad-dawl u l-ilma matul din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub ser jingħata mill-Ministru għall-Investment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informatika fi tweġiba għall-mistoqsija simili magħmula lilu bin-numru 21413.

MCESD — Rapport tas-Sur JFX Zahra

Question

Jista' il-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tas-Sur JFX Zahra dwar proposti għat-tisħiħ tal-MCESD?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi s’issa l-Kunsill ma ħa ebda deċiżjoni li r-rapport li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant għandu jsir pubbliku. Jekk ikun il-każ allura tittieħed l-azzjoni propiżja.

Xiri ta' Proprjeta' minn Barranin

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inxtrat proprjeta' is-sena l-oħra u din is-sena minn persuni barranin u minn liema pajjiż kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ permessi li ħarġu taħt l-Att dwar Akkwist ta’ Propjeta’ Minn Persuni Mhux Residenti (Kap 246) kien ta’ 381 matul l-2005 u ta’ 231 matul l-2006 mill-pajjiżi kif jidher fl-annessa Rabella ‘A’ għal matul l-2005 u Tabella ‘B’ għal matul l-2006. F’kull każ in-numru globali ta’ persuni hu aktar għax proprjeta’ waħda tkun inxtrat minn koppja u mhux minn persuna waħda. Ma jfissirx li l-kuntratti tal-permessi li ħarġu jkunu ġew konklużi.

Għawdex — Allokazzjoni ta' fondi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk Għawdex hux se jkollu flus allokati speċifikament għalih mill-fondi strutturali u mill-fond ta' koeżjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-perijodu ta' programmazzjoni għas-snin 2007-2013? Jekk fin-negattiv, għaliex? Jekk fl-affermattiv, x'persentaġġ tal-fondi kollha se jkollu? Minbarra li Għawdex jibbenefika mill-fondi allokati speċifikament għalih, l-Għawdxin ikunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-fondi l-oħra allokati għal proġetti u skemi li joħorġu sew għal Malta kif ukoll għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nagħraf lill-Onorevoli Interpellant li Għawdex għandu allokazzjoni ta’ mill-inqas għaxra fil-mija fuq il-Programmi kollha tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta’ Koezjoni. Dan tħabbar minni xhur ilu meta kien sar id-djalogu pubbliku f’Għawdex dwar il-fondi ta’ l-Ewropa. Barra dan, Għawdex jista’ jibbenifika wkoll mill-kumplament tal-fondi.

OPM — Kiri ta' Karozzi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kellu karozzi mikrija matul din is-sena l-ministeru, id-dipartimenti u l-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, maqsuma skond kull dipartiment jew enti u r-rati relattivi għal kull kirja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.