Jista' il-Ministru jgħid jekk servizz ta' ftuħ ta' drenaġġ f'dar privata jaqax taħt is-servizz ta' handyman għall-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftuħ ta' drenaġġ ma jaqax taħt is-servizz tal-Handyman Section tad-Dipartiment ta' l-Anzjani u l-Kura fil-Komunita'.
Jista' il-Ministru jgħid fir-residenza San Vincenz de Paule fil-preżent kemm hemm koppji miżżewġin li qegħdin jgħixu flimkien f'appartamenti? Kemm hemm koppji miżżewġa li diġa' qegħdin residenti iżda għadhom mhumiex jgħixu flimkien? Kemm hemm koppji miżżewġa fuq il-waiting list biex jidħlu f'San Vincenz?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 23 koppja miżżewġin li qegħdin jgħixu flimkien f'appartament f'San Vinċenz de Paul.
Ma jinżammux records ra' koppji residenti f'San Vinċenz li qegħdin fi swali differenti. Dawn jagħmlu talba fuq bażi personali meta jkunu jridu jiġu trasferiti biex joqogħdu f'appartament wieħed.
Fil-preżent hemm 43 koppja fuq il-waiting list biex jidħlu f'San Vinċenz.
Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Mejju 2005 fir-residenza San Vincenz de Paule x'kien: a) in-numru ta' nisa residenti u n-numru ta' irġiel residenti; b) in-numru ta' residenti minn kull lokalita' ta' Malta, lokalita' b'lokalita'; c) in-numru ta' anzjani fuq il-waiting list għal kull lokalita' ta' Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tiegħu għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra la darba tkun lesta.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12384 u 12514 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam b'qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-waiting list li hemm fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija hija kif ġej:
Angiogram pending- 1964 (annual turn over 2100)
Angioplasties - 139 (annual turn over 540)
Pacemakers- 21
Intra Cardiac Defibrillators- 10
Electro Physiology Study- 2
Fid-Dipartiment tal-Ortopedija
Hemm sitt konsulenti li għandhom 6,026 pazjenti.
Fid-Dipartiment tal-Maternita' Ġinekoloġija
Majors-238
Minors-295
Fid-Dipartiment tal-Kiruġija
General Surgery- 1590
Urology- 396
Neurosurgery- 67
Plastic Surgery- 91
ENT- 424
Dental- 125
Il-maġġoranza ta' dawn il-pazjenti għandhom appuntament għall-operazzjoni fiż-żmien ftit xhur.
Fid-Dipartiment Tal-Oftalmija
Katarretti- 3255- It-tul ta' żmien hu ta' sentejn u tmien xhur
Vitrectomies- 38- Dawn jiġu operati skond l-urġenza u l-prognożi
Silicone Oil Removals- 37- Dawn in-nies iridu jistennew mill-inqas sena biex issirilhom għax hekk hu l-protokol. Issir l-operazzjoni qabel biss jekk jinqalgħu xi kumplikazzjonijiet.
Corneal Grafts- 45- Il-lista tiddependi minn kemm ikollna donaturi.
Saħħa, anzjani u kura fil-komunita' — Chief executive officers
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li s-salarji taċ-Chief Executive Officers hu kif ġej:
Sptar San Luqa, Sir Paul Boffa u Mater Dei Lm16,221
Sptar Monte Karmeli Lm13,221
Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi Lm22,722
Awtorita' Tal-Mediċini Lm12,091
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-isptarijiet pubbliċi, minbarra l-assistenza għal hyperstimulation tal-mara, tingħatax xi forma ta' prokreazzjoni assistita oħra, bħala eżempju ICSI, AIH, TUI, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-forom ta' assistenza għal infertilita' li tingħata fl-isptarijiet pubbliċi, minbarra investigazzjoni, jinkludu wkoll ovarian hyperstimulation u artificial insemination by husband. Il-metodi l-oħrajn ta' prokreazzjoni assistita mhumiex offerti fis-servizz pubbliku tas-saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena għall-okkażjoni ta' Jum l-Omm kienx hemm kunsilli lokali li għamlu t-talba tagħhom lill-awtoritajiet konċernati biex ikunu jistgħu jżuru l-ommijiet mil-lokalita' tagħhom residenti fil-kumpless San Vincenz de Paule? Jekk fl-affermattiv, liema kienu dawk il-kunsilli lokali li għamlu t-talba tagħhom, hux il-kunsilli lokali kollha ngħataw l-informazzjoni li talbu u jekk kienx hemm kunsilli lokali li ma ngħatawx il-permess jew l-informazzjoni mitluba u għaliex?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali li għamlu talba għal informazzjoni dwar residenti fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule biex ikunu jistgħu jagħmlu żjarat fl-okkażjoni ta' Jum l-Omm kienu dawk ta' Ħal Tarxien u ż-Żejtun.
L-informazzjoni ingħatat fid-dawl ta' dak li jippermetti l-Att Dwar il-Protezzjoni tad-Data.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern jagħtix servizz ta' tagħlim fid-djar permezz ta' facilitator jew xi servizz ieħor simili lil persuni b'diżabilita' li jkollhom 'il fuq minn 25 sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-Domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid skond l-istatistika li jżomm id-dipartiment tal-kura primarja x'kien in-numru ta' persuni li attendew il-bereġ tal-gvern fid-distretti, sena b'sena, mill-2001 sa l-2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema skala jinsab il-communications co-ordinator tiegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' l-impjegati kollha f'kull kariga fis-Segretarjat Privat tiegħi, nkluż dak fil-kariga li għaliha l-Onor. Interpellant qiegħed jagħmel riferenza, huma regolati skond Linji ta' Gwida mfassla mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għal dan il-għan. Dawn il-kuntratti tqegħdu diġa' fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12384 u jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirilhom operazzjoni, qasam b'qasam, fl-isptarijiet tal-gvern illum u kemm ilhom jistennew f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minħabba x-xogħol estensiv meħtieġ biex jinġabru d-dettalji kollha , ir-risposta qed tinġabar u ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta tkun lesta.
Jista' il-Minsitru jikkunsidra li jibni dar għall-anzjani f'Ħad-Dingli? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' fil-preżent m'għandu l-ebda ħsieb li jibni dar għall-anzjani f'Ħad-Dingli.
Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hawn tobba f'Malta li huma liċenzjati biex jaħdmu bħala general practitioners? Kemm minnhom jaħdmu fis-settur pubbliku u kemm minnhom joperaw fis-settur privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni bħala general practitioner għadhom qed jiġu proċessati mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti.
Fid-Dipartiment tal-Kura Primarja hemm jaħdmu 98 tabib. Dawn kollha għandhom dritt għal prattika privata tal-professjoni tagħhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn tobba f'Malta li huma liċenzjati biex jaħdmu ta' speċjalisti? X'inhi l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom? Kemm minnhom jaħdmu fis-settur pubbliku u kemm joperaw fis-settur privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn nurses li huma liċenzjati biex jaħdmu f'Malta? Kemm minnhom jaħdmu fis-settur pubbliku u kemm minnhom joperaw fis-settur privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' nurses liċenzjati huwa ta' 5221 sal-ġurnata tal-illum. In-numru ta' nurses li jaħdmu fis-settur pubbliku huwa 1969.
Il-Ministeru ma' jżommx rekord ta' nurses li qed jaħdmu fis-settur privat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni liċenzjati biex jaħdmu ta' paramediċi f'pajjiżna? Kif inhuma mqassma? Kemm minnhom jaħdmu fis-settur pubbliku u kemm joperaw fis-settur privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' paramediċi liċenzjati huwa ta 1170.
Dawn huma mqassma kif ġej:
Professjoni
Nru ta' persuni reġistrati
Akupuntura
15
Djetetika
1
Fiżjoterapija
233
Iġjene Dentali
21
Kiroprattika
4
Nutriment
10
Optometrika
9
Ortoptika
1
Patoloġija fil-Lingwa Mitkellma
87
Perfusjonerija Klinika
2
Podjatrija
40
Psikoloġija Klinika
10
Radjografija
151
Saħħa Ambjentali
161
Teknoloġija Dentali
31
Terapija Okkupazzjonali
86
Xjenza Medika fil-Laboratorju
308
Totali
1170
In-numru ta' paramediċi li jaħdmu fis-settur pubbliku huwa ta' 629. Il-Ministeru tas-Saħħa ma jżommx rekord ta' kemm paramediċi joperaw fis-settur privat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jimpjega nies is-servizz pubbliku tas-saħħa fit-totalita' tiegħu? Kif inhuma mqassmin dawn l-impjiegi skond il-professjonijiet/gradi u skond l-entitajiet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Il-gvern jista' jikkunsidra qafas legali aktar b'saħħtu ħalli jiżgura li min imexxi l-isptarijiet ikun kriminalment responsabbli f'każi ta' anti-biotic resistant MSRA u/jew hospital acquired infections oħrajn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qafas eżistenti diġa' jipprovdi għar-responsabbilita' li għaliha qed jirreferi.