Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24827 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24447 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid kemm ilhom miżmuma l-permessi għall-ftuħ ta' spiżeriji ġodda? Meta kien li fetħet l-aħħar spiżerijia? Jista' jgħid jekkdin l-istess kondizzjoni, ċioe' rifjut ta' permessi ġodda, tgħoddx ukoll għall-ftuħ ta' clinics ġodda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 24827, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-friża amministrattiva dwar permessi għal spiżeriji ġodda ilha mill-1996. L-aħħar permess l'ingħata għal ftuħ ta' spiżerija, kien fis-17 ta' Novembru 2000, filwaqt li fit-23 ta' Marzu 2001 ingħata l-aħħar permess għal ftuħ ta' spiżerija għall-użu veterinarju. Dawn ingħataw skond il-kriterji kif imsemmija fir-risposta għad-domanda 18948. Dwar l-aħħar parti tad-domanda ninforma li din il-friża amministrattiva ma tgħoddx għall-ftuħ ta' kliniċi ġodda.
Leg 9 PQ #24761 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-chairman tal-FMS għandux xi dħul ieħor mill-fondazzjoni , apparti mill-onorarju ta' Lm7,000 fis-sena li inti semmejt fi tweġiba parlamentari preċedenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jekk l-Onor. Membru qiegħed jirreferi għal xi 'fringe benefits' li jista` jitqies bħala "dħul" skond l-Avviż Legali Att Numru 9, oltre mill-onorarja nirreferih għall-informazzjoni mgħotija fi tweġiba għall-mistoqsija numru 18238.
Leg 9 PQ #24774 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fix-xahar ta' Frar 2001, ma kienx approvat l-overtime fis-sezzjoni tas-salarji fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Amministrazzjoni ta' l-Isptar għandha d-dritt li tirrakkomanda xogħol b'overtime, iżda dan jinħtieġ l-approvazzjoni tad-Diviżjoni minn 3 xhur qabel sakemm ma jkunx urġentament indispensabbli. F'dan il-każ intalbet kjarifika bil-miktub dwar ir-raġunijiet għaliex sar l-overtime partikulari li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #24807 Sitting 525 2001-04-02 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li d-diviżjoni tas-saħħa ġentilment tara li jsiru showers għall-pazjenti fl-MS1 u l-MS2?

Response (DEGUARA, LOUIS)

MS1 u MS2 huma inklużi fil-pjan ta` refurbishment tal-parti l-iktar antika ta` l-Isptar San Luqa. It-tibdil mill-banjijiet li hemm fil-present biex isiru showers huma inklużi f'dan il-pjan.
Leg 9 PQ #24504 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

X-Ray

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-persuna li isima qed jinbgħat separatament ġiet infurmata fir-riżultata ta' l-X-ray li ttieħdulu f'Novembru tas-sena l-oħra qabel l-14 ta' Marzu ta' din is-sena meta ddaħlet mill-ġdid għal kura fl-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jista` l-Onor. Interpellant jispjega eżatt id-domanda numru 24504.
Leg 9 PQ #24505 Sitting 522 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-progress ta' l-applikazzjoni tal-persuna li qed nibgħat separatatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fir-rigward tal-persuna rreferuta separatament, l-applikazzjoni għal sit ta` qabar ġo Burmarrad saret fid-disgħa w għoxrin ta` Diċembru 2000 u għandha numru ta` reġistrazzjoni 451. Fiċ-Ċimiterju ta` Burmarrad jeżistu 234 il-applikazzjoni fil-'waiting list'. Il-pożizzjoni ta` l-istess individwu fil-'waiting list' huwa 222. Hemm intenzjoni li ssir estenzjoni ta` dan iċ-Ċimieterju għal 197 sit ġdid, għaldaqstant il-persuna ndikata tkun tista` tinqgħeda biss, jekk xi persuni ta` qabilna fil-'waiting list' jirrifjutaw id-dritt tagħhom.
Leg 9 PQ #24220 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

GPS — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-GPS preżentement huwa n-numru ta' ħaddiema f'kull kategorija u grad, separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` ħaddiema fil-Government Pharmaceutical Services (GPS) huwa kif ġej: Director 1 Assistant Director 2 Principal Pharmacist 6 Senior Pharmacist 15 Pharmacist 19 Principal Pharmacy Technician 1 Senior Pharmacy Technician 22 Pharmacy Technician 16 Senior Principal 1 Principal 5 Assistant Principal 3 Executive Officer 9 Clerk 16 Ward Clerk 3 Senior Tradesman 2 Tradesman 1 Supervisor 3 Nursing Aide 1 Health Assistant 9 Senior Operative 1 Operative 3 Motor Transport Driver 2 Watchman 2 General Hand 7 Messenger 2 Hospital Auxiliary 7 Postal Auxiliary 1 Labourer 5 Butcher 1 _____ TOTAL 166 _____
Leg 9 PQ #24392 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru tas-Saħħa

Monte Carmeli — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' refurbishment sar fl-isptar Monte Carmeli bejn 1997 - 2000 (sena b'sena) kemm kienet l-ispiża (sena b'sena) X'inhuma l-pjani għall-futur qarib?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispiża sena b'sena kienet kif ġej:- 1997 LM 20,250 1998 LM 21,400 1999 LM 86,760 2000 LM132,760 Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fis-snin 1997 sa 2000. Il-programm tax-xogħlijiet għas-sena li qegħdin fiha jinkludi l-Admission Ward il-Ġdida, Unit ġdid għal Forensic Psychiatry u numru ta` xogħolijiet oħra ta` skala iżgħar.
Leg 9 PQ #24501 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Fruit Wholesalers

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani jekk investigax l-inkonvenjent sanitarju li tqajjem fil-ġurnal l-orizzont f'paġna 10, ta' nhar l-erbgħa, 14 ta' Marzu dwar l-inkonvenjent li qed jiffaċjaw il-wholesalers tal-frott? Jista' jinfurmani x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-inkonvenjent sanitarju li tqajjem fil-ġurnal imsemmi ġie nvestigat u kkonfermat minn uffiċjali ta` dan id-Dipartiment. Komunikazzjoni ntbagħtet lid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u Sajd fuq dan ir-rigward, biex tinstab soluzzjoni mill-aktar fis. Għaldaqstant nissuġġerixxi li għal aktar informazzjoni tali mistoqsija tista` tiġi referuta lill-Onor. Ministru responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #24591 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

MUMN

Question

B'referenza għall-rappreżentazzjonijiet li saru mill-MUMN (permezz ta' ittra lid-direttur ta' l-isptarijiet datata 23 ta' Ottubru 2000 u laqgħa mad-dietician tad-divizjoni u l-amministrattur mediku Dr. Frank Bartolo MD) dwar il-possibbilta li jibda jiġi servut breakfast aktar healthy minn dak li qed jiġi offrut bħalissa lin-nurses u midwives, possibli d-diviżjoni tas-Saħħa tgħid għaliex għadha ma bidlitx il-breakfast? Kif tiġġustifika d-diviżjoni tas-saħħa l-fatt li għall-breakfast tan-nurses u midwives toffri ikel li jista' jkun ta' detriment għas-saħħa bħal corned beef, gobon, zalzett, bajd moqli, luncheon meat, perżut u tonn taż-żejt? Taħsibx id-diviżjoni tas-Saħħa li għandha tagħti eżempju f'dan il-qasam?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #24609 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Security Guards

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati għal post ta' security guards għall-isptarijiet, liema riżultat ġie pubblikat ftit taż-żmien ilu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi l-proċess ta` l-għażla għall-mili ta` postijiet ta` security guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa għadu mhux finalizzat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-istess Kummissjoni.
Leg 9 PQ #24622 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Airphoes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment hemm min qed jagħmel dawk li jsejħulhom airphoes? X'sar mit-tekniku li kien jagħmilhom qabel u issa ma għadux?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fid-Dipartiment tas-Saħħa qatt ma kellna tekniku li jagħmel l-"airphoes".
Leg 9 PQ #24625 Sitting 521 2001-03-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħalib Skimmed

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju fuq ħalib skimmed għal dawk li jinħtieġuh minħabba xi dieta partikulari hux se jispiċċa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress s-sussidju ta` l-skimmed milk ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi nitlobha tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24576 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Uffiċċji tas-Sanita

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'kienet ir-raġuni ta' l-għeluq ta' l-uffiċċji tas-sanita? Kemm se jkunu in-numru ta' dawn l-uffiċċini? Jista' jgħid f'idejn min se taqa r-responsabilita' ta' dan is-servizz? Dawn ġew infurmati bid-dmirijiet il-ġodda li issa se jkunu qiegħdin jagħmlu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-għeluq ta' numru ta' uffiċini tas-Sanita', ġie kkunsidrat wara studju li sar dwar l-istruttura ta' xogħol, ta' l-istess taqsima. Ġie stabbilit li bħala medja kull uffiċċju kien qiegħed jirċievi anqas minn complaint waħda kull jumejn. Ġie deċiż, li tali riforma hija neċessarja biex riżorsi umani jkunu jistgħu jiġu utilizzati aħjar, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza u jogħla l-livell tas-servizz offrut. Tmintax-il uffiċċju distrettwati madwar Malta ser jingħalqu, madankollu l-istess servizz ser jingħata minn ħames uffiċini Reġjonali u ħames uffiċini sussidjari tagħhom. Il-pubbliku, bħal ma kien isir qabel, ser ikun jista' jinforma b'kull ilment lill-Kunsilli lokali tiegħu. Inħolqot 'Complaints Administration Unit' fi ħdan dan id-Dipartiment li ser tkun lesta biex tilqa' direttament kull ilment mill-pubbliku fuq Tel. No. 337333. Nixtieq ninforma li tali riforma hija strutturali biss, u r-responsabbilta' ta' l-istess xogħol u servizzi offruti mill-Ispettorat ser jibqgħu bla mittiefsa. Laqgħat ma' l-Ispetturi tas-Saħħa kollha saru qabel ma bdiet din ir-riforma, kemm fuq bażi globali, kif ukoll fuq bażi reġjonali sabiex kull ħaddiem ikun jaf eżatt id-dmirijiet tiegħu. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-Press Release dwar is-suġġett.
Leg 9 PQ #24577 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Skimmed Milk

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li s-servizz tax-xiri ta' l-iskimmed milk issa ser jispiċċa wkoll mill-aħħar ta' Marzu? X'kienet ir-raġuni li l-Gvern kellu jwaqqaf dan is-servizz, u jekk dan il-ħalib kienx qed ikun issussidjat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li x-xiri ta` skimmed milk ma jaqax taħt id-dekasteru tiegħi u għalhekk nitlobha tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #24590 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-Isptar San Luqa m'hemmx barbiera fil-preżent? X' passi ittieħdu jew se jittieħdu mid-diviżjoni tas-Saħħa biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li: L-Barbier li kien jaħdem fl-Isptar San Luqa rtira. Meta ħarġu applikazzjonijiet fid-Dipartiment, ma kien hemm ħadd interessat. Reġgħet ħarġet sejħa oħra għall-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #24601 Sitting 520 2001-03-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Rappreżentant tal-union

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk impjegat fid-dipartiment tas-Saħħa, li jkun rappreżentant ta xi union, jitħallasx meta jattendi laqgħat tal-union? Jekk il-laqgħat ikunu l-Ħadd jew f'xi festa, u jkun xogħol, kif jitħallas ta' dan il-ħin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Impjegat tad-Dipartiment tas-Saħħa li hu rappreżentant ta' trade union jitħallas il-paga normali tiegħu meta jattendi għal laqgħat tal-union. Dan jiġri wkoll meta l-laqgħat ikunu l-Ħadd jew f'xi festa. Normalment, dawn ir-rappreżentanti ta' trade unions ikollhom l-approvazzjoni maħruġa mid-Direttur tar-Riżorsi Umani.
Leg 9 PQ #24458 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Orthopaedic 2

Question

Jista' l-Ministru jara li f'Orthopaedic 2, fl-Isptar San Luqa, jkun hemm biżżejjed silġ skond il-bżonn tal-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fl-Orthopaedic Ward II għandna "Ice Making Machine" li tagħmel is-silġ kontinwament. Qatt ma kien hawn nuqqas ta` silġ ħlief għal meta kienet bil-ħsara jew id-domanda tkun eċċessiva, f'liema każi dejjem provdejna s-silġ minn swali oħra.
Leg 9 PQ #24459 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa — Rabat

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' persuni li użaw iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat matul Jannar u Frar ta' din is-sena? Jista' jinfurmani bl-istess tagħrif għas-snin 1999 u 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li n-numru ta` persuni li attendew iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat kien hekk: Jannar 2001: 5016 Frar 2001: 4407 Jannar 2000: 6092 Frar 2000: 5851 Jannar 1999: 5416 Frar 1999: 5008
Leg 9 PQ #24494 Sitting 519 2001-03-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Fondazzjoni għas-Servizzi Ekonomiċi

Question

Jista' l-ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24298 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe b'referenza għad-dettalji li għarraft lill-Kamra dwarhom, dwar l-impjegati u s-salarji tal-FMS, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jaqla ċ-chairman tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-President tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandu onorarja ta` LM7,000.