Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17955 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Issa li għaddew diversi jiem mindu għalqu l-applikazzjonijiet għal nies li riedu jissieħbu mat-Tax Compliance Unit, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti, għal liema karigi applikaw u kemm minnhom jiġu mis-settur privat? Xi professjonijiet għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta applikanti ghall postijiet mat-Tax Compliance Unit kien ta 80 u dawn applikaw ghall- postijiet kif jidru fit-Tabella A hawn taht: Tabella A Gradi Professjonali Analizi tal-ApplikazzjonijietPost li ghalih applikawNumru ta ApplikazzjonijietData/Systems Administrator 4Director (Professional Grades) 5Manager (Professional Grades) 14Office Manager 30Principal Statistician 1Professional Officer (Accountant Trainee) 2Professional Officer (Accountant) 27Professional Officer (Economist) 1Professional Officer (Legal Officer) 4Professional Officer (Systems Analyst) 2Software Programmer 1Statistician 1Statistician Grade 3 1Systems Analyst 1Trainee 1Grand Total - Applications95 Il-95 applikazzjoni gew mibghuta minn 80 individwu li minnhom kien hemm minn applika ghal aktar minn post wiehed.11 mill-applikanti huma persuni impjegati mal-Gvern.
Leg 9 PQ #17984 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Tax practices

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17812?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li m'andi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17812.
Leg 9 PQ #18096 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm consultants fid-dekasteru tiegħu? X'inhi r-remunerazzjoni u fringe benefits li jieħdu f'kull każ? Kemm minn dawn il-consultants kienu impjegati mal-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17759 Sitting 348 2000-07-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-ittra ta' aċċettazzjoni li ħarġet mid-Dipartiment tal-Kuntratti għal xogħlijiet li saru fit-triq bejn il-Mosta u l-Imġarr li tlestew filwaqt li jgħid x'inhuma l-extra works and variations ta' dawn ix-xogħlijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mat-tweġiba li tajt għal mistoqsija nru. 11550 jiena kont diġa qgħedt fuq il-mejda tal-kamra kopja ta` l-ittra ta` aċċettazzjoni msemmija. Ninsab infurmat li l-valur finali tal-kuntratt involut kien ta` Lm171,455 li minnhom is-somma ta` Lm18,239 trid tiġi rifuża mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-ilma. Dan ifisser li b`kollox l-extras u l-variations laħqu s-somma ta` Lm68,439 li jinkludu t-Lm18,239 li għadni kif semmejt. Prinċipalment il-variations kienu jikkonsistu fil-kostruzzjoni ta` storm water culvert, it-tqegħid ta` crash barriers matul dan il-culvert, stabiliżżazzjoni tal-ħamrija u patching works fit-toroq ta` madwar. Il-kont finali kien għalhekk imqassam kif ġej: Kostruzzjoni tat-triq skond il-kuntratt oriġinali Lm117,275 Extra u Variations Lm 29,192 Patching ta` toroq fil-viċinanzi Lm 6,749 Tqegħid ta` mains ta` l-ilma Lm 18,239 Total Lm171,455Narraf lill-Onorevoli Interpellant li mat-tweġiba li tajt al mistoqsija nru. 11550 jiena kont diġa qedt fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' l-ittra ta' aċċettazzjoni msemmija. Ninsab infurmat li l-valur finali tal-kuntratt involut kien ta' Lm171,455 li minnhom is-somma ta' Lm18,239 trid tiġi rifuża mill-korporazzjoni as-servizzi ta' l-ilma. Dan ifisser li b'kollox l-extras u l-variations laħqu s-somma ta' Lm68,439 li jinkludu t-Lm18,239 li adni kif semmejt. Prinċipalment il-variations kienu jikkonsistu fil-kostruzzjoni ta' storm water culvert, it-tqeid ta' crash barriers matul dan il-culvert, stabiliżżazzjoni tal-ħamrija u patching works fit-toroq ta' madwar. Il-kont finali kien alhekk imqassam kif ġej : Kostruzzjoni tat-triq skond il-kuntratt oriġinali Lm 117,275 Extras u Variations Lm 29,192 Patching ta' toroq fil-viċinanzi Lm 6,749 Tqeid ta' mains ta' l-ilma Lm 18,239 Total Lm 171,455
Leg 9 PQ #17907 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Awtoritajiet tad-Dwana — Memo

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memo of understanding li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn l-awtoritajiet tad-Dwana ta' Malta u tar-Renju Unit?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memo of understanding li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn l-awtoritajiet tad-Dwana ta` Malta u tar-Renju Unit.Nqed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memo of understanding li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn l-awtoritajiet tad-Dwana ta' Malta u tar-Renju Unit.
Leg 9 PQ #17911 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Borża ta' Malta — Deputy chairman

Question

Billi dan l-aħħar inħatar deputy chairman ġdid tal-Borża ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx irriżenja jew tneħħa id-deputy chairman ta' qablu? Meta intemmet il-ħatra tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-`Deputy Chairman` tal-Borża, is-Sur George Wells xeħet ir-riżenja tiegħu minn jgħeddu minħabba pressjoni ta` xogħol mhux konness mal-Borża. Ir-riżenja tiegħu kellha sfortunatament tiġi milqugħa b`effett mil-5 ta` Ġunju 2000.Narraf lill-Onorevoli Interpellant li d-`Deputy Chairman` tal-Borża, s-Sur Geroge Wells xeħet ir-reżenja tu minn jeddu minħabba pressjoni ta' xool mhux konness mal-Borża. Ir-reżenja tu kellha sfortunatament tiġi milqua b'effet mil-5 ta' Ġunju 2000.
Leg 9 PQ #17959 Sitting 347 2000-07-14 Oral · Interim From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni mad-diversi dipartimenti jew azjendi parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin u x'tip ta' xogħol jagħmlu fejn ġew impjegati?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta al din il-mistoqsija ser tinata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17815 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

International Tax Meeting — Delegazzjoni ministerjali

Question

Minn min kienet komposta d-delegazzjoni ministerjali li attendiet l-International Tax Meeting organizzata mill-OECD bejn id-29/03/2000 f'Pariġi? Saru interventi/diskorsi min-naħa tad-delegazzjoni Maltija? Jekk iva, jista' jitqiegħed id-diskors fuq il-Mejda tal-Kamra? Kien hemm komunikat finali fi tmien il-laqgħa? Jekk iva, jista' jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-delegazzjoni kienet komposta minni, l-Attorney General, il-President tal-MFSC, uffiċjal tad-dipartiment tat-taxxa u l-Ambaxxatur Malti għal Franza. Jiena għamilt il-kummenti tiegħi waqt d-dibattitu fil-laqgħat u ma sarux diskorsi. Il-komunikat li nħareġ huwa pubbliku u jista` jinkiseb.
Leg 9 PQ #17816 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Borza ta' Malta

Question

Billi tħabbar f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li l-gvern kien beħsiebu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Legali Notice li tiġbor diversi tibdiliet għar-regoli tal-Borza ta' Malta, dan ifissirx li t-talba bil-miktub ta' l-istockbrokers Maltin ġiet abbandunata għal kollox? Meta mistennija jiġu fis-seħħ dawn ir-regolamenti ġodda? Dan ifissirx ukoll li l-kunsill tal-Borza ta' Malta ma laqgħax it-talba ta' l-istockbrokers Maltin biex dawn it-tibdiliet jiġu ntrodotti fuq medda ta' żmien bħalma ġara f'każi oħrajn li liberalizzazzjoni bħal telekomunikazzjoni, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli ma naħsiebx li għandi x`inżid mar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 17764.
Leg 9 PQ #17817 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

OECD — Fiscal affairs

Question

Billi Jeffrey Owens, head of fiscal affairs ta' l-OECD, dan l-aħħar qal li meta ġew eżaminati d-diversi ġurisdizzjonijiet in konnessi mal-harmful tax competition list li ġabret l-istess OECD, kull ġurisdizzjoni li ġiet reviewed ġiet assigned contact country fl-OECD innifsu li miegħu saru diversi diskussjonijiet bilaterali, jista' l-Ministru jgħid liema kien l-assigned OECD contact country li ġie assenjat lill-pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-`Contact Country` li ġiet assenjata Malta kienet il-Ġermanja.
Leg 9 PQ #17860 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multa li ġabar id-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 1999 sa Ġunju 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` multi li ġabar id-Dipartiment f`każ ta` kompromess skond l-Artikolu 84 ta` l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miġjud mill-1 ta` Lulju 1999 meta bdiet titħaddem l-iskema sa` t-30 ta` Ġunju 2000 kien ta` Lm44,200.
Leg 9 PQ #17861 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Sidien ta' Ħwienet — Irċevuti tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien ta' ħwienet li ġew imħarrka minħabba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 sa Ġunju 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-OnorevoliInterpellant li n-numru ta` sidien ta` ħwienet li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u t-30 ta` Ġunju 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 117.
Leg 9 PQ #17862 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Sidien ta' restaurants — Riċevuti tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien tar-restaurants li ġew imħarrka minħabba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 u sa Ġunju 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` sidien ta` `restaurants` li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u t-30 ta` Ġunju 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 13.
Leg 9 PQ #17863 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Street Hawkers — Riċevuti tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' street hawkers (inkluż dawk li jbiegħu fl-open markets) li ġew imħarrka minħabbba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 u sa Ġunju 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` `street hawkers`, inkluż dawk li jbiegħu fl-`open markets`, li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u t-30 ta` Ġunju 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 78.
Leg 9 PQ #17812 Sitting 343 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Tax Practices

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta mistennija li jitlestew ir-rakkmandazzjonijiet tal-working group li kellha twaqqaf l-MFSC in konnessjoni mar-rapport riċenti ta' l-OECD dwar harmful tax practices? X'tibdiliet leġislattivi mistennija jsiru f'dan ir-rigward? Hemm xi reporting date mill-OECD?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC diga` qed taħdem effetivament fur ċerti tibdiliet li huma meħtieġa in konnessjoni mar-rapport ta` l-OECD dwar `harmful tax practices.` Ir-rakkomandazzjonijiet f`dan ir-rigward għandhom jkunu lesti fil-futur qarib. S`issa għad m`hemm l-ebda `reporting date` mill-OECD.
Leg 9 PQ #17575 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Periti privati

Question

B'riferenza għall-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta' Ġunju 1999 mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni rigward servizzi ta' periti privati jew soċjetajiet ta' periti, kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi għad-disinn u superviżjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru ntalabx li jiġu ngaġġati tali individwi jew soċjetajiet kif ukoll jgħid x'qegħdin jitħallsu għat-tali servizzi kif ukoll kemm hu previst li sejjer ikun l-investiment totali tal-gvern fuq il-proġetti rispettivi li dawn qegħdin jaħdmu fuqhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi ma kellu ebda talba mill-Ministeru ta` l-Edukazzjoni rigward servizzi ta` periti privati jew soċjetajiet ta` periti kif ukoll inġiniera elettriċi u mekkaniċi b`riżultat ta` l-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tat-22 ta` Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #17812 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Tax Practices

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta mistennija li jitlestew ir-rakkmandazzjonijiet tal-working group li kellha twaqqaf l-MFSC in konnessjoni mar-rapport riċenti ta' l-OECD dwar harmful tax practices? X'tibdiliet leġislattivi mistennija jsiru f'dan ir-rigward? Hemm xi reporting date mill-OECD?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17639 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Għaqdiet li jieħdu ħsieb l-annimali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont, f'ċifra ta' flus, ta' għajnuna finanzjarja li l-gvern ta lill-għaqdiet li jieħdu ħsieb l-annimali fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar sitt xhur tas-sena? Kemm kienet f'ċifra ta' flus is-somma li ngħatat lil dawn l-għaqdiet matul l-1999? Xi pjanijiet għandu l-gvern sabiex jinċentiva aktar finanzjament lil dawn l-għaqdiet sabiex ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jieħdu ħsieb u jikkuraw iktar annimali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Gvern lill-għaqdiet li jieħdu ħsieb l-annimali fil-gżejjer tagħna hi mqassma taħt dawn il-programmi differenti: `Consolidated Funds` `Actual Expenditure` 1999 Jan\Jun 2000 Lm Lm 4089 Assistance to Non-Government Associations 1,450 200 4099 Control of Stray Dogs 9,816 4,274 `Lotteries Fund` Cage Bird Association 200 King Fisheries Association 200 Bird Breeding Association 250 Island Sanctuary 150 Hu mistenni wkoll li jiġi ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għall-Ambjent u l-Birdlife Malta għat-tmexxija tar-Riservi Naturali ġewwa l-Għadira u Simar fejn se jsir proġett ta` trobbija u osservazzjoni ta` l-għasafar. Il-Gvern se jagħti għajnuna finanzjarja, sa massimu ta` Lm10,000 fis-sena, biex tkopri l-ispejjeż ta` dan il-proġett.
Leg 9 PQ #17751 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17466?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17466.
Leg 9 PQ #17763 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Jewellers Maltin — Imbullar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-jewellers Maltin u Għawdxin se jibdew jimbullaw il-prodotti tagħhom huma stess flok il-Monte di Pieta'? Jekk iva, x'se jsir biex tiġi żgurata ż-żamma tas-serjeta' f'dan il-proċess?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed isir studju li jista jwassal għal xi proposti ta` emendi fl-`Ordinanza Dwar il-Ħaddiema d-Deheb u Haddiema l-Fidda (Argentiera) (Kap 46)` bil-għan ewlieni li waqt li tikber l-għajnuna lill-industrija lokali tiżdied l-protezzjoni tal-konsumatur.