Tista' il-Ministru tgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni tal-persuna bid-dettalji qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva, ninsab infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.
B'riferenza għall-Iskema "Sir Sid Darek", skema għax-xiri ta' djar ta' abitazzjoni tal-gvern, tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li dar ma tistax tinbigħ inqas minn Lm30,000? Nixtieq inkun naf jekk is-sussidju hux inkluż f'dak il-prezz jew le. Kemm saru talbiet mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena, biex jinxtraw appartamenti b'kamra tas-sodda waħda? Kemm-il talba ġiet milqugħa? Kemm kien il-prezz kummerċjali u l-prezz sussidjat ta' kull unit? Nistedinha tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra standard contract bil-kondizzjonijiet imposti mill-Awtorita' tad-Djar, ix-xerrejja l-ġodda tal-proprjeta'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-emendi għall-Iskema Sir Sid Darek, ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’ Mejju 2006, li jikkonfermaw li ebda dar (terraced house) ma tinbiegħ b’anqas minn tletin elf lira. Dan il-prezz hu bis-sussidju mnaqqas.
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub fil-kumplament tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, flimkien ma’ kopja ta’ specimen contracts dwar djar u appartamenti, mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-post bid-dettalji qed jintbagħtu separatament hux maqbud b'possession and use?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li skond tagħrif miksub mill-Awtorita’ tad-Djar mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet, il-post indikat mill-Onor. Interpellant hu
public tenure,
jiġifieri ilu aktar minn għaxar snin bħala
possession and use.
Tista' il-Ministru tgħid jekk fil-post imsemmi hux possibbli jidħol lift fil-parti komuni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skond il-kundizzjonijiet ta’ l-iskema għal stallar ta’ lifts, l-inkwilini li jixtiequ jistallaw lift fil-blokk tagħhom iridu l-ewwel jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti li taċċetta l-kundizzjonijiet kollha għall-istallar tal-lift u wara ssir l-applikazzjoni meħtieġa.
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar ma rċeviet ebda applikazzjoni għal stallar ta’ lift mir-residenti tal-blokk indikat mill-Onor. Interpellant. Meta tidħol l-applikazzjoni, l-Awtorita’ tinvestiga jekk hux possibbli li jsir lift f’dan il-blokk.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Call for applications
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm call for applications sabiex jiġu mpjegati nies minn redeployment li kien għaddej fi ħdan l-istrutturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru jew enti tagħha bejn Ottubru 2005 u llum? Tista' tgħid x'karigi kien hemm vakanti, kif ġew magħżula l-applikanti, jekk hux b'eżami, fuq bażi ta' kwalifiki jew b'interview? F'każ li saru interviews, tista' tgħid jekk il-membri ta' l-interviewing board kienx magħmul minn nies mill-istess ministeru/dekasteru u f'każ li fl-affermattiv, xi skala kienu dawk li tpoġġew f'dawn il-bordijiet ta' l-intervisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru uffiċjali tal-gvern fi skala 14, 15 jew 16 fuq xogħol tal-gvern matul l-2005 u l-2006 sal-lum separatament? Tista' tgħid kemm qamet flus kull safra, kemm damet iljieli, x'kienet id-destinazzjoni, xi skala kienu l-uffiċjali u x'kienet ir-raġuni tas-safra separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm qamet kull safra (spejjeż kollha inklużi) li saret matul l-2005 u l-2006 sal-lum fejn kienet involuta l-Ministru separatament safra b'safra, meta sar dan is-safar, kemm damu ljieli, fejn kienet id-destinazzjoni, min kienu l-uffiċjali li akkumpanjaw il-ministru u x'kariga għandhom? Tista' tgħid ta' kemm stilel kienu l-lukandi li marru fihom għal akkomodazzjoni f'kull safra separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Manutenzjoni ta' vetturi tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm qamet flus il-manutenzjoni kollha tal-vetturi tal-gvern fil-ministeru, id-dekasteru u l-enti tagħha, vettura b'vettura separatament bejn Ottubru 2005 sa Diċembru 2005 u Jannar 2006 sal-lum ta' l-uffiċjali fi skala 4 sa skala 1?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali biex mara miż-Żejtun li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tgħix ma' binha b'diżabilita', tbiddel ma' post ieħor tal-gvern f'Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Awtorita' tad-djar — Allokazzjoni ta' ħanut f'Pembroke
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk l-awtorita' tad-djar iddeċidietx li talloka ħanut bla numru fi Triq Gioacchino Le Brun, Site F, f'Pembroke, li hi ħarġet għall-bejgħ skond avviż numru 41, lill-persuna li għamlet l-offerta tagħha, iżda li isimha mhux jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali ta' Ottubru 2005, għal din il-lokalita' fiż-żmien meta nħarġet l-offerta, minflok allokat dan il-ħanut lill-persuna oħra li għamlet l-offerta tagħha u li ilha residenti f'din il-lokalita' għal diversi snin, meta skond ir-regolamenti u l-proċeduri ta' l-awtorita' stess, din il-persuna għandha tingħata preferenza minn offerenti oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet tlett offerti għall-bejgħ tal-ħanut indikat mill-Onor. Interpellant u li dan ġie allokat lill-persuna li toqgħod l-aktar viċin, bl-għola prezz kwotat, skond kif provdut fil-kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita’ tad-Djar ivverifikat fiżikament fejn qed toqgħod din il-persuna qabel ingħatat id-dritt ta’ l-ewwel rifjut.
Awtorita' tad-Djar — Kwestjoni dwar xiri ta' proprjeta'
Question
Tista' il-Ministru tinvestiga jekk sarux xi manuvri f'dan il-każ biex isir tibdil ta' indirizz ftit jiem biss qabel ingħalqet l-offerta għal dan il-bejgħ bl-iskop li xi persuna tkun eliġibbli għal xiri ta' din il-proprjeta'? Jidhrilhiex il-Ministru li jekk dan hu l-każ, għandha tittieħed azzjoni mmedjata biex jitwaqqaf il-proċess u jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex jitneħħa kull lok għall-abbuż u spekulazzjoni kemm għall-finijiet ta' din l-offerta kif ukoll għall-offerti oħra li jinħarġu mill-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-każ li għamel referenza għalih fil-Mistoqsija Numru 19623, m'għandi xejn xi nzid mat-Tweġiba li għadni kif tajt għal dik il-Mistoqsija.
Tista' il-Ministru tgħid jekk persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li huwa sid ta' daru imma jinsab boarded out mix-xogħol jistax japplika għas-sussidju fuq kamra tal-banju meta l-post jiswa aktar minn Lm40,000? Hemm xi skema li jista' japplika għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skema Z ta’ l-Awtorita’ tad-Djar tipprovdi għal għajnuna lis-sid ta’ residenza privata biex jagħmel xogħol ta’ rranġar u titjib fir-residenza tiegħu. Biex wieħed jibbenefika, il-valur tal-proprjeta’ ma jridx jaqbeż Lm60,000 u d-dħul aggregat ta’ l-applikant fis-sena ta’ qabel l-applikazzjoni ma jridx jaqbeż Lm5,494.
Dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li ma tikkwalifikax taħt din l-iskema peress li diġa’ qed tibbenefika mill-iskema ta’ sussidju fuq imgħax fuq self biex xtrat ir-residenza tagħha.
Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u ma tistax taħdem għax hija marida, ma ġietx aċċettata l-applikazzjoni tagħha għal xi forma ta' relief? Tista' din is-sinjura tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hijiex tieħu flus li hi ntitolata għalihom? Tista' din il-persuna tiġi nformata direttament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-periti tan-National Commission for Persons with Disability approvawx ir-rampa li tintuża fil-port ta' l-Imġarr għall-użu ta' persuni b'diżabilita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-MEPA tikkonsulta lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ dwar Aċċessibilita’ għal Kulħadd, dwar proġetti miftuħa għall-pubbliku u ta’ użu maġġuri, billi tibgħat il-pjanti tal-proġett lill-Kummissjoni. Wara li jitlesta l-proġett, il-MEPA titlob il-parir tal-Kummissjoni qabel jinħareġ il-compliance certificate.
Dwar il-proġett indikat mill-Onor. Interpellant, ninsab infurmata li l-MEPA għaddiet il-pjanti lill-Kummissjoni u din ta’ l-aħħar tat parir favorevoli. Il-Kummissjoni għadha ma ntalbitx il-parir qabel jinħareġ il-compliance certificate.
F’dan l-istadju nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar liema rampa qed jirreferi għaliha biex ngħaddi l-informazzjoni għall-investigazzjoni minn naħa tal-Kummissjoni.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-ministeru, dipartimenti jew enti li jaqgħu taħtha għandhomx xi tip ta' proprjeta' li mhix qegħda tintuża għal xi raġuni? F'każ li fl-affermattiv, tista' tgħid x'inhi r-raġuni li din il-proprjeta' mhix tintuża u fejn tinsab?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li m'hemm ebda proprjeta' f'idejn il-Ministeru, Dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li mhix qed tintuża.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-ministeru għandux proprjeta' mikrija għal xi tip ta' użu, kemm għal ministeru, dipartimenti u enti li jaqgħu taħtha u kemm qiegħda titħallas kera minn fondi pubbliċi għal kull proprjeta' separatament fix-xahar? Tista' tgħid fejn jinsabu dawn il-proprjetajiet mikrija separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-kirjiet mill-privat, ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'tip huma l-karozzi uffiċjali tagħha? Dawn il-karozzi nkrew jew inxtraw, u jekk inxtraw meta nxtraw u kemm tħallsu flus għalihom?
X'inhu n-numru uffiċjali u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-karozzi uffiċjali tiegħi huma BMW (520 Saloon) li ninsab infurmata nxtrat f’Marzu 1999 għall-prezz ta’ Lm10,400 u Volkswagen (Bora) li hi mikrija.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jindika x’relevanza għandha din il-parti tal-Mistoqsija.
Tista' il-Ministru tara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bir-relief tibbenefika mill-iskema care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' il-Ministru tara li persuna Għawdxija li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mis-servizz care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.