Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #378 Sitting 795 2002-10-08 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Servizz ta' Facilitator

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, tingħata is-servizz ta' facilitator billi tbati mid-dyslexia?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandha ebda skema ta' għajnuna bħal dik imsemmija fil-Mistoqsija fir-rigward ta' skejjel privati bi ħlas. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hi responsabbli biss li taċċerta li persuna li titqabbad tagħmel ix-xogħol ta' 'facilitator' ikollha l-kwalifiċi neċessarji.
Leg 9 PQ #379 Sitting 795 2002-10-08 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bullying — Bdil ta' skola

Question

Jista' il-Ministru jara li l-istudent li d-dettalji tiegħu qed nibgħathom separatament, jintbagħat ġo St. Patrick's secondary school Pembroke minflok Gżira secondary minħabba bullying?

Response (GALEA, LOUIS)

Mill-informazzjoni li għandi s'issa fuq il-każ tlabt li jsiru laqgħat mal-ġenituri/familjari tat-tifel konċernat biex jiġi deċiż x' l-aħjar isir.
Leg 9 PQ #381 Sitting 795 2002-10-08 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tagħlim fid-Dar

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, tingħata tagħlim id-dar flok fl-iskola, peress li din bl-ebda mod ma trid tattendi l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-presuna msemmija ġiet referita lit-Taqsima Servizzi għall-Istudent, fejn ser jiġu nvestigati r-raġunijiet għaliex din il-persuna ma trid b'ebda mod tattendi l-iskola u x'passi jistgħu jittieħdu sabiex din il-persuna terġa' tibda' tattendi l-iskola regolarment. Is-servizz ta' tagħlim id-dar jiġi kkunsidrat biss f'każijiet estremi, u dejjem fuq bażi temporanja.
Leg 9 PQ #383 Sitting 795 2002-10-08 Written · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum

Question

Jista' il-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom separatament, tintbagħat fi skola ta' livell ta' junior lyceum peress li għadha kif ġiet toqgħod hawn Malta minn barra u l-livell ta' tagħlim tagħha huwa ta' livell aktar għoli minn dak ta' skola sekondarja fejn qed tattendi bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Biex jidħlu fil-Junior Lyceum l-istudenti kollha jridu jkunu qagħdu għall-eżami tad-dħul f'dawn l-iskejjel u jridu jkunu għaddew f'dan l-eżami. Informat li l-istudenta li għaliha tirreferi l-mistoqsija setgħet tagħmel dan l-eżami f'Ġunju li għadda iżda ma għamlitux. Dan ifisser li ma tistax tidħol f'Junior Lyceum din is-sena. Diġa` saru kuntatti mal-familja ta' din l-istudenta u ngħatat tagħrif, gwida, kif ukoll punti ta' riferenza għal meta jkollha bżonn fil-ġejjieni.
Leg 9 PQ #35405 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-mobile phone tal-Ministeru u tas-segretarjat privat bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża globali tal-kontijiet tal-Mobile Phones użati fil-Ministeru ta' l-Edukazzjni u fis-Segretarjat Privat minn Jannar sa Lulju 2002 laħqet is-somma ta' Lm1,344.56.
Leg 9 PQ #35575 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Vandaliżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid peress li f'dawn l-aħħar jiem kien hemm ħafna lmenti fil-gazzetti dwar vandaliżmu fil-Pixxina Nazzjonali, jista' jgħid kemm hu stmat (fi flus) li sar vandaliżmu mill-1 ta' Jannar 2002 s'issa? X'kien il-vandaliżmu li sar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-atti ta' vandaliżmu li saru fil-Pixxina Nazzjonali matul din is-sena jinkludu: * tkissir ta' ħġieġ, twieqi u bibien * tkissir ta' suffetti * tkissir ta' ċwievet ta' lockers ġodda * tkissir u serq ta' toilet seats u shower heads, u ħsarat fis-sistema tax-showers * tkissir ta' hand dryers * tqattih u serq ta' shower curtains In-nefqa totali biex saru t-tiswijiet meħtieġa kienet madwar Lm800. Din il-figura ma tinkludix il-ħlas tal-ħaddiema tal-Maintenance tal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #35576 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Tiswija ta' madum

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm mill-1995 sal-lum saru tiswijiet lill-madum fuq xi waħda miż-żewġ vaski li hemm fil-Pixxina Nazzjonali? Jista' jgħid kemm-il darba inqala' l-madum kollu jew parti sostanzjali minnu mill-1995? Kemm qam ix-xogħol kull darba? Lil min ingħata l-kuntratt kull darba? Dan dejjem sar bl-offerti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1995 s'issa t-tiswijiet li saru lill-madum fil-vaski tal-Pixxina kienu:- 1998 Inqala' l-madum kollu tal-qiegħ tal-Pixxina prinċipali u dan ġie mibdul. Ix-xogħol fuq din it-tiswija kien sar mill-kuntrattur oriġinali u l-kont tiegħu kien ta' Lm39,011. Dan l-ammont qed jiġi kkontestat mill-Gvern. 2001 Inqala' l-madum tad-Diving Pool. Parti minnu ġie mibdul u parti oħra ġiet miżbugħa. Dan l-ammont (Lm4,965) tħallas mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u parti oħra (Lm1,565) ġie mħallas mill-fondi tal-Pixxina. Dan il-kuntratt ingħata b'direct order lil 'Rea Ceramics' għal proviżjon u tqegħid ta' madum u għal proviżjon ta' żebgħa.
Leg 9 PQ #35577 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kiri ta' bini

Question

Jista' il-Ministru jelenka liema huma dawk l-għaqdiet jew persuni li għandhom xi postijiet mikrija fil-bini tal-Pixxina Nazzjonali? Kemm iħallsu kull sena? Meta sar kuntratt magħhom l-ewwel darba? Kollha huma regolari fil-ħlas? Hemm xi għaqdiet jew persuni li għandhom xi parti, iżda li ma jħallsux kera? Jekk fl-affermattiv, liema huma u x'inhi r-raġuni li ma tinżammx kera?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35598 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 35311, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew aċċettati studenti wara t-tieni sejħa għall-applikazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tieni sejħa għall-applikazzjoni fetħet fl-1 ta' Ottubru, l-Erbgħa 2 ta' Ottubru u l-Ħamis 3 ta' Ottubru 2002 f'Malta u l-Ġimgħa 4 ta' Ottubru f'Għawdex, mit-8.30 ta' filgħodu san-12.30 ta' wara nofs in-nhar.
Leg 9 PQ #35610 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35312, jista' jgħid kemm kien hemm studenti Għawdxin 1) bniet 2) subien li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom is-sena skolastika li għaddiet: a) junior lyceum b) area secondary c) tal-knisja d) privat u e) tas-snajja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien Għawdxin li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom is-sena skolastika li għaddiet huwa kif se nsemmi: Subien Bniet Junior Lyceum 81 186 Sekondarja 77 55 Tal-Knijsa 53 - Privat - - Tas-Snajja' 28 19 Total 239 260
Leg 9 PQ #35628 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew s'issa reklutati għalliema fl-iskejjel primarji a) f'Malta b) f'Għawdex; fl-iskejjel sekondarji a) f'Malta b) f'Għawdex; u fl-istituzzjonijiet post-sekondarji a) f'Malta b) f'Għawdex? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni kollha reklutati u għal-liema suġġett ġew reklutati, skola bi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' għalliema li ġew reklutati fl-iskejjel sal-Ġimgħa 27 ta' Settembru 2002, huwa kif se nsemmi: Skejjel Skejjel Istituzzjonijiet Primarji Sekondarji Post-Sekondarji Malta 80 81 1 Għawdex 0 3 0 Total 80 84 1
Leg 9 PQ #35638 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Orkestra Nazzjonali

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija 35416, kif jispjega li s-Sur Michael Laus jitħalla jieħu sehem f'direzzjoni ta' kunċerti fl-istess waqt li jkun involut fin-negozjati dwarhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35561.
Leg 9 PQ #35642 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Fra Diego Bonanno — Lift

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu jaħdem il-lift fl-iskola Fra Diego Bonanno tal-Marsa? X'qed iżommu milli jaħdem? Meta se jibda jaħdem?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-lift imsemmi għandu bżonn xi tiswijiet, liema tiswijiet ġew awtorizzati mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada. Hu mistenni li jkun operabbli fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #35697 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Skolastiku

Question

B'riferenza għall-fatt illi l-kunsill skolastiku skola primarja B ta' B'buġia għandha bħala depożitu s-somma t' Lm1500, jista' il-Ministru jgħid: a) x'inxtara, jekk inxtara, għall-użu ta' l-istudenti b'dawn il-flus; b) jara li xejn minn dawn il-flus ma jintefaq jekk mhux għall-użu dirett ta' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn Jannar u Settembru 2002, il-Kunsill Skolastiku ta' l-Iskola Primarja B ta' Birżebbuġa nefaq il-flejjes għall-użu ta' l-istudenti kif se nsemmi: Addozzjoni ta' Ċiefa mill-Bird Life Malta Lm 5.00 u xiri ta' Ċief Soft Toy Tazzi u Platti tal-Plastic għall-Farewell Party Lm 12.21 tas-sitt Sena Ċertifikati għat-tfal tas-Sitt Sena Lm 36.97 Manutenzjoni tas-Sala ta' l-Iskola Lm 65.97 Siġġu għal tifel bi bħonnijiet speċjali Lm 3.95 Kiri ta' apparat tas-Sound għal tliet Performances Lm132.25 ta' Jum il-Premjazzjoni Kiri tas-Siġġijiet għal tliet Performances ta' Jum Lm 55.30 il-Premjazzjoni Minkejja dawn l-ispejjeż, matul il-perjodu msemmi, il-fond tal-Kunsill Skolastiku ta' din l-Iskola żdied minn Lm1543.95 għal Lm1970.02.
Leg 9 PQ #35705 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw din is-sena sabiex jibdew il-kors tal-Liġi u l-kors tal-Mediċina fl-universita' ta' Malta f'Ottubru 2002? Kemm minn dawn huma nisa u kemm irġiel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' applikazzjonijiet li saru għall-kors tal-Mediċina u tal-Liġi huwa dan: Kors Irġiel Nisa Total M.D. 51 76 127 B.A. Legal & Humanistic Studies 50 87 137
Leg 9 PQ #35716 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Att Legali

Question

Ġaladarba fl-Att Legali 133 tas-sena 2002, il-kodiċi tax-xandir dwar użu tajjeb ta' l-ilsien Malti fil-mezzi tax-xandir, kellu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2002, jista' il-Ministru jgħid jekk din id-data hijiex sejra tiġi inforzata bid-dmirijiet u osservazzjoni tax-xandara?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-infurzat tad-dmirijiet u l-osservazzjoni tal-Kodiċi tax-Xandir ta' l-2002 dwar l-użu tajjeb ta' l-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir jaqa' taħt ir-responsabbilta` ta' l-Awtorita` tax-Xandir. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Membru jindirizza din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #35749 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm isselfet flus s'issa l-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li din il-fondazzjoni mhix qed tiffinanzja l-ispejjeż li jlaħħqu miljuni mill-flus ivvotati fil- budget għall-ministeru ta' l-edukazzjoni? Jista' jgħid kif u f'xiex intnefqu l-flus s'issa? Jista' jagħti breakdown ta' l-infiq li sar f'kull skola, salarji, eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhux korrett l-Onor. Membru jgħid li l-FTS mhix tuża l-Budjet votat fl-Estimi għas-Sena 2002 f'isem l-istess Fondazzjoni li tħaddem kont ta' Faċilita` ta' Overdraft f'liema kont jidħlu pagamenti mill-imsemmi Vot biex ikopru ħlasijiet ta' xogħlijiet li jkunu saru . Aktar tard din is-sena wieħed ikun jista' jagħti ċ-ċifri definiti.
Leg 9 PQ #35803 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Primary Schools — Xiri ta' Kotba

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35612, jista' jgħid x'inhi r-raġuni li t-tfal tal-primary schools qed jintalbu jixtru dawn il-kotba: Malti Marija for year 5, Kun af, Social studies notes, u Haydon Richards books (revised edition)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tipprovdi lill-istudenti l-kotba li għandhom bżonn biex jinħadem is-sillabu fis-suġġetti differenti. Mhix 'policy' tad-Diviżjoni li l-istudenti jixtru textbooks, iżjed u iżjed meta jistgħu jintgħażlu kotba li ma jwasslux għal tip ta' metodi ta' tagħlim li jrid il-Kurrikulu Nazzjonali. F'każ li jsir kif imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, l-inizjattiva tkun ittieħdet mill-iskola waħedha. Tlabt lid-Dipartiment tal-Kurrikulu jkompli jsegwi l-materja.
Leg 9 PQ #35809 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Restawr ta' Pitturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu stmat li sewa x-xogħol ta' restawr tal-pitturi ta' Mattia Preti tal-kappella ta' Sarria fil-Furjana?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat illi l-kwadru ta' San Sebastjan ta' Mattia Preti, li kien ittieħed mill-knisja ta' Sarria għall-Mużew ta' l-Arti ġie rrestawrat mis-Sur George Farrugia, Senior Restorer tal-pittura. Ix-xogħol sar fuq medda ta' xi erba' snin mingħajr ma ġew ingaġġati barranin b'xi ħlas. Għalhekk m'huwiex possibbli li tikkwantifika kemm sewa dan ir-restawr partikolari peress li ma kienx l-uniku proġett tas-Sur Farrugia. Ir-rapport finali dwar ir-restawr għadu qed jinkiteb.
Leg 9 PQ #35548 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema oqsma u korsijiet hemm nuqqas ta' għalliema fl-istituti tal-MCAST, istitut b'istitut, suġġett b'suġġett? X'qed isir biex jimtlew dawn il-vakanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u l-Kommunikazzjoni f'Malta kif ukoll fiċ-Ċentru ta' l-MCAST f'Għawdex u fl-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ hemm nuqqas ta' għalliema fis-suġġetti tal-Matematika u l-Ingliż. Hemm ukoll nuqqas ta' għalliema fl-Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika fis-suġġetti - Technical English u Electrical Technology. Fl-Istitut Marittimu, fl-Istitut ta' l-Arti u d-Disinn u fl-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni m'hemmx nuqqas ta' għalliema f'ebda suġġett ta' ebda kors. Iżda f'l-Istitut ta' l-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni jista' jiġri li xi korsijiet ser jibdew aktar tard peress li xi għalliema taw in-notice fejn kienu jaħdmu u jistgħu jiġu interpretati li huma neqsin. Informat ukoll li saret sejħa oħra għal applikazzjonijiet biex jimtlew dawn il-vakanzi.