Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29440 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Water Services Corporation

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan kellha l-Water Services Corporation sabiex tieħu ħsieb tipproteġi l-hydrological cycle (l-ilma tax-xita) fil-gzejjer tagħna matul dawn l-aħħar tlett snin? Liema kienu dawn il-ġibjuni f'Malta u Għawdex maħsuba sabiex jilqgħu l-ilma tax-xita li ġew żviluppati u jew irranġati matul l-istess perjodu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Hydrological Cycle tikkonsisti f'ċiklu ta' l-ilma naturali li fih jinkludi l-evaporazzjoni, ix-xita, l-infiltrazzjoni ta' l-ilma tax-xita għal taħt l-art u l-ilma li jiġri fuq l-art, li eventwalment jispiċċa jew fil-baħar, jew fid-drenaġġ jew inkella f'xi ilqugħ biex eventwalment jiġi użat għal skopijiet sekondarji. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma timmaniġġja l-Hydrological Cycle b'mod effettiv billi timmoniterja l-elementi, bħall-ammont ta' xita, l-ammont li jevapora, l-ammont li jmur bħala run-off kif ukoll dak li jinfiltra. Bħal kull sistema, huwa diffiċli li jkollok effiċjenza kif mixtieqa peress li ħafna mill-elementi huma dipendenti fuq l-użu u l-iżvilupp ta' l-art. Rigward l-iStormwater Run-off, tajjeb jingħad li matul dawn l-aħħar snin saru studji preliminari sabiex jiġi formulat pjan nazzjonali għall-iStormwater. Ma jistax jingħad li saru xi żviluppi u manutenzjoni speċjali fuq ġibjuni ta' l-ilqugħ peress li pjan bħal dan jeħtieġ investiment mhux żgħir li hemm il-ħsieb li jsir fil-futur anke bil-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #29527 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29379?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li hija proċedura tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma li kull meta jsir xi abbuż jew xogħol ħażin minn kuntrattur, dan jiġi mwissi u mitlub jirranġa n-nuqqasijiet. F'dawn il-każijiet il-kuntrattur ikun responsabbli għall-ispejjeż involuti. Kien hemm każijiet fejn ġew applikati penali skond il-kuntratt. F'każijiet oħra l-kuntratturi twaqqfu milli jkomplu x-xogħol.
Leg 9 PQ #29528 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29385?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-prezz għal kull servizz li l-kuntrattur jagħmel mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma hu madwar ħamsa u erbgħin lira (Lm45).
Leg 9 PQ #29530 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29384?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-1997 'l hawn, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet bdiet tadotta skema dwar l-ingaġġ ta' kuntratturi biex jitħaffru t-trinek. F'din l-iskema t-tariffi tax-xogħolijiet huma fissi. Matul dawn l-aħħar tmien xhur ma daħal ebda kuntrattur ġdid. Meta jkun hemm il-ħtieġa għal servizz jew xiri ta' materjal, il-kuntratturi jintgħażlu b'sistema ta' sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #29539 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Baċir Nru 1 — Crane

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jiżżarma l-crane l-kbir li hemm fil-baċir nru 1?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa l-ħsieb tat-Tarzna ta' Malta li jitneħħew iż-żewġ krejnijiet li bħalissa hemm fil-baċir numru wieħed.
Leg 9 PQ #29554 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 29183, peress illi jidher ċar illi min ta' l-informazzjoni lill-Ministru ta' informazzjoni m'hijiex korretta għaliexit-twaħħil ta' l-brackets m'għandu x'jaqsam xejn mal-għoli tas-servizz d-dawl lill-applikanti, jista' għalhekk l-Ministru jivverifika li fir-realta' is-servizz tad-dawl diġa jie installat sa ġol-garage ta' l-applikant (u fil-fatt il-fuses diġa ġew imwaħħla? u jonqos biss li jitwaħħal il-meter relattiv?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li kuntrarjament għal dak li qed jgħid l-Onorevoli Interpellant, dak li ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 29183 huwa korrett. Huwa meħtieġ li jitwaħħlu l-brackets biex ix-xogħol li għad fadal isir ikun jista' jiġi finalizzat.

Telephone Pubbliku — Credit Card

Question

Jista' l-Ministru b'referenza għad-domanda nru 8643 jinforma lill-Kamra dwar jekk hemmx il-ħsieb li jidħol apparat tat-telephone pubbliku permezz tal-credit card fuq bażi reġolari u kull fejn jaqbel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li wara stħarriġ li għamlet il-Maltacom dwar il-proposta ta' l-Onorevoli Membru, u fid-dawl tal-fatt li s-suq tal-payphones huwa liberalizzat, il-Kumpanija ma tħossx li għandha tintroduċi dan is-servizz għalissa. Madanakollu ma teskludix li tidħol f'dan il-qasam fiż-żmien opportun. Il-Maltacom dejjem lesta tikkunsidra faċilitajiet ġodda kif u meta dawn jidħlu fis-suq, iżda l-introduzzjoni ta' dawn il-faċilitajiet tiddependi minn ħafna fatturi, mhux l-anqas l-ispiża u l-validita' tal-prodott għas-suq Malti.
Leg 9 PQ #29599 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Water Hardness

Question

Jista' l-Ministru jgħid xżinhi l-water hardness ta' Malta? Jekk din tvarja minn lokalita' għal-oħra, jista' l-Ministru jagħti l-water hardness ta' l-ilma f'lokalitajiet differenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-water hardness ta' Malta tvarja minn lokalita' għall-oħra. Lista li turi l-water hardness values ta' l-ilma ta' lokalitajiet differenti f'Malta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29602 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29370?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tagħrif mitlub huwa kif ġej: Ministeru (inklużi tlitt Segretarjati Privati u l-Kummissjoni għal Kompetizzjoni Ġusta) L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm29,085. Minn dan l-ammont, Lm9,439 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea. Diviżjoni tal-Kummerċ L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm6,285. Minn dan l-ammont, Lm2,064 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea. Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm6,866. Minn dan l-ammont, Lm4,997 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea. Diviżjoni Ippjanar Ekonomiku L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm14,620. Minn dan l-ammont, Lm11,680 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea. Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika L-ammont ta' flus li ntefaq f'safar bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' Settembru 2001 huwa ta' Lm24,800. Minn dan l-ammont, Lm17,210 intefqu fuq safar relatat ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #29616 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet fi ħdan id-dekasteru li għalih jiena responsabbli huwa ta' tlieta u sebgħin. Dawn huma ffurmati minn 433 persuna apparti l-konsulenti legali. Kif jista' jara l-Onorevoli Interpellant, sabiex jingħataw id-dettalji kollha li qed tintalab fit-tieni parti tal-mistoqsija, ikun meħtieġ ammont ta' żmien u riżorsi umani li jistgħu jiġu utilizzati aħjar. Għaldaqstant sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata, ma nħossx li għandi nordna li din tinġabar.
Leg 9 PQ #29660 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwassal il-main ta' l-ilma fi Triq il-Magħsar, Żabbar fejn jemm għadd ta' residenti li għadhom mingħajr dan is-servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma flimkien ma' talbiet simili oħra li għandha.
Leg 9 PQ #29678 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-bozza imkissra ta' viċin il-fond indikat under separate cover għadha ma ssewietx għalkemm saru diversi rapporti biex din tissewwa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #29432 Sitting 636 2001-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

B'riferenza għall-każ li qed nibgħat separatament u tal-fatt li t-talba pendenti għas-servizz ta' l-ilma qed itellef l-għixien tal-persuna u l-familja tiegħu, jista' l-Ministru jinvestiga u jirrimedja b'deċiżjoni immedjatamet ? Jekk fl-affermativ meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni li hemm bżonn. Dwar data, dan jiddependi min-numru ta' talbiet simili li l-Korporazzjoni għandha pendenti.
Leg 9 PQ #29337 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28983 minħabba li l-informazzjoni mitluba hi ta' interess nazzjonali, għar-raġuni li wieħed jara l-kompożizzjoni tal-bordijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-etajiet, nerġa nitlob lill-Ministru sabiex jew mill-karta' ta' l-identita', jew inkella minn sorsi ta' informazzjoni oħra bħal computer, jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #29337 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28983 minħabba li l-informazzjoni mitluba hi ta' interess nazzjonali, għar-raġuni li wieħed jara l-kompożizzjoni tal-bordijiet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-etajiet, nerġa nitlob lill-Ministru sabiex jew mill-karta' ta' l-identita', jew inkella minn sorsi ta' informazzjoni oħra bħal computer, jagħti l-etajiet tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed tintalab m'hijiex faċilment aċċessibbli. Barra minn hekk, biex tinġabar din l-informazzjoni, f'ħafna każi irid isir kuntatt dirett ma' l-individwu, li f'dan il-każ ikun ifisser kuntatt ma' madwar erba' mitt persuna. Naħseb li l-Onorevoli Membru japprezza li dan ix-xogħol jitlob ammont ta' żmien u riżrosi umani li jistgħu jiġu utilizzati aħjar.
Leg 9 PQ #29418 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #29418 Sitting 634 2001-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 9 PQ #29101 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Postijiet Vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment? Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-postijiet vakanti li hemm bħalissa fid-diversi dipartimenti li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi huma dawn: Assistent Direttur (Liċenzji u Levies) 1 Assistent Direttur (Policy u Servizzi Regolatorji) 1 Assistent Direttur (Support Services) 1 Assistent Direttur (Riżorsi Umani) 1 Kap Uffiċċjal Informazzjoni 1 Uffiċċjal ta' l-Ekonomija 1 Uffiċċjal tal-Komunikazzjoni 1 Uffiċċjal Xjentifiku 2 Case Officer 2 Uffiċċjal Prinċipali Anzjan 5 Uffiċċjal Prinċipali 2 Uffiċċjal Eżekuttiv 2 Segretarja tad-Direttur 1 Skrivan 4 Technician (Kompjuter u Disinn) 1
Leg 9 PQ #29329 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Ilma b'riħa ta' Chlorine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk waslulux ilmenti li l-ilma f'Bormla qed ikollu riħa ta' chlorine? Jista' jgħid jekk tistax issir xi ħaġa sabiex dan l-inkonvenjent jispiċċa?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #29333 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bdil ta' Cable tad-Dawl

Question

Peress li f'risposta parlamentari, l-Ministru kien qal li cable tad-dawl ma Blokk 14, Triq ix-Xatt, Bormla (naħa tal-Baċir) kellu jinbidel, jista' l-Ministru jgħid meta ser issir dan ix-xogħol peress li issa għadda żmien mhux ħażin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol li hemm bżonn isir għandu jitlesta flimkien ma' xogħolijiet simili oħra fil-futur qrib.