Ġaladarba r-residenti qed isofru inkonvenjent kbir meta sewwieqa imorru iffitxu parking ġewwa s-Swieqi u dan b'atti vandali, ksur u imblokkar ta' driveways u garages, jista' il-Ministru u l-ADT jikkonsidraw ċerti miżuri ta' ħarsien lir-residenti, bħalma hemm f'ċerti zoni ta' Pembroke, li huma out of bounds għal nies barra minn Pembroke - ħdejn il-Luxol Ground?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Enforcement Officers ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta m'għandhomx id-dritt legali li jinfurzaw l-ordni pubblika u r-Regolamenti dwar il-vettura bil-mutur. Madankollu, huwa rakkomandat li l-problema ta' parking fis-Swieqi tkun indirizzata b'modi differenti bħal skema ta' residential parking scheme skond il-policy ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta.
Minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għal-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li s-sinjali tat-toroq f'Pembroke li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ma ġewx approvati mit-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku minħabba li m'humiex skond il-
policies
ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta. It-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku ħadet l-azzjoni meħtieġa f'dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, Ħal-Luqa kienet approvata mill-gvern biex tinbena mill-ġdid u tingħata t-tarmac? Jista' jgħid meta seħħet din l-approvazzjoni? Jista' jgħid għal liema raġuni ntgħażlet bħala priorita'? Jista' jgħid f'liema perijodu kien fil-ħsieb li din it-triq tingħata t-tarmac mill-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-triq imsemmija hija inkluża fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali li se jsir mill-Awtorita’ dwar it-Trasport bejn issa u l-2008.
Dan il-programm ġie finalizzat wara spezzjonijiet li saru f’kull lokalita’ minn uffiċjali ta’ l-ADT u tal-Ministeru u tħabbar iktar kmieni din is-sena.
Fil-ġimgħat li ġejjin tittieħed id-deċiżjoni meta eżatt ser isiru x-xogħlijiet fuq din it-Triq.
Jista' il-Ministru jikkonferma li Triq Ġużeppi Ellul, Ħal-Luqa kienet se ssir mill-gvern ċentrali mingħajr ma l-kunsill lokali joħroġ ċenteżmu spejjeż? Jista' jikkonferma li l-kunsill lokali Luqa beda x-xogħol fuq l-istess triq wara li din diġa' kienet ikkonfermata li ssir mill-gvern ċentrali? Huwa veru li l-kunsill qiegħed iħallas ix-xogħol fuq din it-triq mill-fondi tiegħu? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li ngħata mill-kunsill lokali Luqa biex dan qed jonfoq flus allokati lill-kunsill fuq proġett li kien se jħallas il-gvern?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20789 u jikkonferma jekk Prof. Semar tneħħiex minn direttur tad-dipartiment tat-toroq? Jekk fl-affermattiv, se jibqa' jagħmel xogħol bħala konsulent? Min ġie maħtur direttur ġdid tad-dipartiment?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li jsir xi tip ta' pedestrian crossing għall-istudenti universitarji fin-naħa tad-dħul antik ta' l-universita'?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali tat-Taqsimma għall-Immanniġġjar tat-Traffiku irriżulta li l-aħjar parti fejn tista’ tkun ikkunsidrata Pedestrian Crossing hi fi Triq Torri mill-By Pass sa kantuniera ma’ Triq Punent iżda bħalissa għaddejjin xi xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq art privata.
It-tul tal-parti ta’ fuq ta’ Triq Torri minn kantuniera ma’ Triq Punent sa kantuniera ma' Triq Esperanto hija ta’ 41 metru fejn jirriżulta li m’hemmx tul biżżejjed sabiex ikun hemm
visibility distance
adegwata għal raġunijiet ta’ sigurta.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi regoli li trakk u tagħbija ma jistgħux jiżnu aktar minn 16-il tunnellata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferih għall-Leġislazzjoni Sussidjarja bin-numru 65.21 li tirrigwarda "Motor Vehicles (Weights, Dimensions and Equipment) Regulations” u speċifikament l-ewwel skeda ta’ dan ir-regolament fejn għandu jsib id-dettalji kollha dwar id-domanda magħmula.
Kopja ta' dan l-avviż legali qiegħed jipoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jinformana għaliex Triq is-Sisla, Birkirkara - li tiġi wara l-Price Club - ma ġietx mogħtija l-asfalt minkejja li hemm residenti li ilhom joqogħdu hemmhekk aktar minn għaxar snin?
Jista' il-Ministru jirrimedja għal din l-inkonvenjenza kemm jista' ikun malajr?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li x-xogħol ta’ toroq fl-inħawi msemmija huwa maqsum f’diversi partijiet.
Ix-xogħol fi Triq it-Tempji Megalitiċi, Triq Grosseto u Triq il-Graffiti Navali tlesta iktar kmieni din is-sena. Fil-ġranet li għaddew inbeda x-xogħol tat-
tender
li tinkludi Triq il-Qattus, parti minn Triq is-Sisla u Triq il-Qanpiena.
Infurmat li x-xogħol fuq Triq is-Sisla għaddej bħalissa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk Triq Dun Alwiġ Psaila, f'Ħal Qormi li hi triq li tingħaqad ma' Triq Fonzu Meli u Triq Ġuże' Maria Camilleri (li t-tnejn li huma se jinbnew mill-ġdid mill-gvern), hix se tinbena wkoll mill-ġdid bħala parti mill-programm ta' aktar minn 450 triq li qed jibni l-gvern ċentrali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li l-ADT tirrikonsidra t-tweġiba negattiva li tgħat lil persuna mill-Gżira li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba l-mard kroniku li għandu kif ukoll minħabba l-fatt li hemm persuni oħra fit-triq li għandhom reservied parking li dettalji tal-karozzi qed jintbagħtu separatament, li spiss tintuża mit-tfal tagħhom kif ukoll minħabba li l-applikant għandu blue sticker fejn jista' jipparkja f'reserved bay mogħtija fl-istess triq? Tista' l-ADT tagħti spjegazzjoni ċara għat-tweġiba oriġinali tagħha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li l-applikant, li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari, mhux eleġibbli għal reserved parking għal persuni b’diżabilita’ minħabba li, skond ir-rapport tat-tabib ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta u skond ir-rapport tat-tabib ta’ l-applikant, il-problema ta’ mobilita’ mhux severa ħafna.
Rigward l-allegazzjoni ta’ abbuż minn
reserved parking
oħrajn fl-istess triq, minn riċerka li saret fir-
records
tat-Taqsima għal Immaniġġjar tat-Traffiku, irriżulta li hemm żewġ
reserved parkings
li ġew approvati fis-6 ta’ Mejju 2003 fit-22 ta’ Ottubru 2003 rispettivament.
L-applikant li għalih qed tirreferi din il-mistoqsija parlamenti kien diġa ressaq l-allegazzjonijiet tiegħu rigward l-abbuż li qed isir mir-
reserved parking
li kien approvat fit-22 ta’ Ottubru 2003. It-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku talab għal reviżjoni ta’ dan il-każ fejn hu allegat li qed isir abbuż u t-tabib ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta reġa’ għamel rapport bid-data’ 15 ta’ Settembru 2006 u tali reviżjoni tal-każ ser issir mill-Bord għal
reserved parking
fis-seduta li jmiss.
Peress li xi xhur ilu ntqal li l-proċess tal-Baċir nru. 1 kien miexi, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-affarijiet u meta se jinbdew ix-xogħlijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninfomra lill-Onorevoli Nterpellant li d-diskussjonijiet mall-konsorzju kkonċernat, għadhom għaddejja.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati vetturi bil-mutur, sena b'sena fl-aħħar ħames snin? X'tip kienu u kemm swew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm distinzjoni bejn importazzjoni ta’ vettura u reġistrazzjoni ta’ vettura. L-Awtorita' iżżomm informazzjoni dwar vetturi reġistrati.
Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika preċiżament l-informazzjoni li għandu bżonn minħabba l-fatt li din it-talba hi tant estensiva li mhux vijabbli li tinġabar.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet tat-toroq għandhomx ħsieb li jkomplu u jlestu Triq San Ġwann Farrugia, Żejtun? Jekk fl-affermattiv, meta hu mistenni li x-xogħiol jitkompla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq tagħmel parti mill-program ta’ toroq li jridu jsiru.
Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jara li minflok il-pelican lights li hemm f'D'Argens Road, Imsida qrib numru 109, isiru traffic lights billi d-dawl li hemm ftit juri filgħaxija u ħafna nies lanqas jintebħu li hemm zebra crossing?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġġjar tat-Traffiku u min analiżi tat-traffic count data fi Triq D’Argens irriżulta li t-talba sabiex iż-zebra crossing tkun upgraded għal pelican crossing għandha tkun ikkunsidrata.
Peress li l-Ministru qal li se jinbnew numru ta' toroq residenzjali, jista' il-Ministru jagħti lista ta' toroq li se jsiru fit-Tieni Distrett fis-sena 2006, 2007 u 2008 (sena b'sena)?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li fil-programm ta’ bini ta’ toroq residenzjali għas-snin 2006-2008 ġew inklużi dawn it-toroq:-
Cospicua
– Triq Alessandra u Triq is-Sur ta' Sta Liena
Vittoriosa
– Triq San Lawrenz
Kalkara
– Triq Mattew Sultana u Triq Ġanni Raimondo (p/o)
Xgħajra
– Toroq: Fabbriki (p/o), Awrat, Kolu Vella, Wied Glavan, A.G. Chesney, Malett, Frans Minuti u n/s fi Triq il-Knisja.
Zabbar
– Toroq: Ġuzeppi Micallef, Alofju Wignacourt, Għasel, Bieb is-Sultan, Bieb is-Sultan (n/s in), Baħrija (
widening – part of
), Nicholas Cottoner, Sienja, San Patrizju, San Franġisk (
part of
), Xgħajra (
part of
), Dun Salv Sciberras (n/s in), Farfett tal-Fejġel (
part of
), Patri Feliċjan Grech, Professor J.G. Baldacchino, Victor Cauchi, Patri Taddew Schembri, Tal-Ħofra (
widening – part of
), San Nikola, A. Caligari (
part of
), Fustan, Qoton (
part of
), Misqa, Krexxuni, Felice (
part of
), Hawt, Dun Frans Buhagiar, Għadiba (
part of
), Kaħwiela, Saqwi, Santa Marija (
Alley
no.1
), Santa Klara, Żabra, Serrer, Ċimiterju (
part of
), Barumbara (
part of
), Pawlu Scicluna, L-Istellarju, Ħadd in-Nies u Mitħna (
part of
).
Fil-ġimgħat li għaddew inħargu sejħiet għall-offerti għax-xogħlijiet fi Triq is-Sur ta, Santa Liena Cospicua u Triq San Lawrenz Vittoriosa.
Jista' il-Ministru jara li l-karozzi tal-linja jibdew jidħlu sa Għar Barka minħabba li ħafna mit-tfal u l-anzjani tagħna kif ukoll ir-residenti jridu jimxu mixja ta' nofs siegħa biex jirkbu l-karozza tal-linja mit-terminus tas-Saqqajja fir-Rabat? Jista' jagħmel dan fl-immedjat?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jiena nfurmat li bħalissa fost diskussjonijiet oħra għaddejin diskussjonijiet bejn id-Direttorat tat-Trasport Pubbliku u l-Assoċjazjoni tat-Trasport Pubbliku biex fil-ġejjieni qarib jinbeda bi prova servizz tat-trasport pubbliku li jservi Għar Barka
Jista' il-Ministru jgħid għala ġie deċiż li fir-Rabat isiru biss tliet toroq li huma Triq San Martin, Triq il-Mitħna, Triq Doni l-Qadima u parti minn Triq in-Namura fil-Baħrija u l-bankina ta' Ribu Well meta wieħed iqabbel in-numru ta' toroq li saru fil-lokalitajiet oħra li anke huma ferm iżgħar mir-Rabat? Jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex jiġu stabiliti n-numru ta' toroq li se jsiru f'kull raħal?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Meta wieħed iqis it-Toroq arterjali iffinanzjati mill-Protokoll Taljan kif ukoll il-patching estensiv li sar fi Triq tas-Saqajja, kif ukoll fir-Rabat stess ma nistax naqbel mal-konklużjoni tal-Onorevoli Interpellant anzi ngħid li fir-Rabat saru numru konsiderevoli ta' xogħlijiet ta' Toroq.
Jista' il-Ministru jikkonfermali kemm se joħroġ flus il-gvern ċentrali għal Triq Santa Marija, Tas-Sliema li qiegħda issir bi sħab mal-kunsill lokali ta' Tas-Sliema?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinvestiga l-periklu li jinsab ġewwa Triq Burma f'Pembroke peress li taħt l-imsemmija triq jinsab parkeġġ u bandli u kien hemm każi fejn karozzi li jkunu ġejjin minn Triq Burma spiċċaw li saħansitra waqgħu fuq din iż-żona, u għalhekk jidher li jeħtieġ li ssir crash barrier ġewwa Triq Burma?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-triq imsemmija hija waħda mit-toroq li ser tinbena bħala parti mill-program ta’ toroq li għandha l-Awtorita’ tat-Transport ta’ Malta għas-sentejn li ġejjien. Ix-xogħlijiet kollha meħtieġa jsiru waqt il-kostruzzjoni ta’ din it-triq.
Jista' il-Ministru jara li tkun irranġata s-sitwazzjoni ta' Triq San Pawl, it-triq li tieħu minn Bormla għall-Isla, liema triq saret dan l-aħħar u minħabba x-xogħlijiet li saru fuqha ngħalqu l-ispralli, b'konsegwenza li meta tagħmel ix-xita din it-triq qed tegħreq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-triq imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant mhijiex triq arterjali u anqas distributorja u b’hekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabilta’ tal-Kunsill Lokali.
Xorta waħda saru l-ispezzjonijiet meħtieġa mid-Direttorat u wara li saru r-rapporti, dawn l-ispralli ġew imnaddfa.