Legislature:
Category:
Reset
Active:

Children’s Allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji u tfal li qed jibbenefikaw miċ-Children’s Allowance, sal-aħħar pagament, u kemm kienet in-nefqa fuq din l-allowance?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ familji u tfal li bbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal fl-aħħar pagament kif ukoll kemm kienet in-nefqa, huwa kif jidher hawn taħt: Numru ta' Familji Numru ta' Tfal Nefqa (3 xhur) 39,748 59,996 €9,065,566.43

In-work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni sallum li applikaw u ġew intitolati għall-In-Work Benefit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ familji u tfal li bbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal fl-aħħar pagament kif ukoll kemm kienet in-nefqa, huwa kif jidher hawn taħt: Numru ta' Familji Numru ta' Tfal Nefqa (3 xhur) 39,748 59,996 €9,065,566.43

Awtortà tad-Djar – infiq fuq manutenzjoni f’postijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadmu każi ta’ manutenzjoni mill-Awtorità tad-Djar ta’ kull sena mill-2011 sa tmiem l-2015? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa għal kull sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-informazzjoni li nġabret mill-Awtorita’ tad-Djar, in-numru ta’ każijiet ta’ tiswijiet f’postijiet residenzjali mikrija mill-Awtorita’ tad-Djar, mill-Gvern u mill-Uffiċju Konġunt, fejn tlestew u ġew imħallsa x-xogħlijiet meħtieġa, huma kif ġej: Sena 2011 2012 2013 2014 2015 Numru ta’ każijiet fejn tlestew tiswijiet 378 351 228 667 941 Nefqa €287,000 €366,000 €466,000 €1,165,000 €1,509,000

Awtorità tad-Djar – għajnuna lil inkwilini b’kirjiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefqet l-Awtorità tad-Djar biex isiru tiswijiet lill-inkwilini li qegħdin f’kirjiet u li m’għandhomx mezzi biżżejjed biex isiru dawn it-tiswijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm gawdew familji permezz ta’ din l-għajnuna?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, barra min-nefqa ta’ €1,509,000 li għamlet l-Awtorita’ tad-Djar fis-sena 2015 fuq tiswijiet ġewwa postijiet b’kirjiet tal-istess Awtorita’ jew tal-Gvern, permezz tal-Iskema tal-Irranġar u Titjib, l-Awtorita’ kompliet tipprovdi għotjiet sabiex l-inkwilini setgħu ukoll jagħmlu xogħlijiet oħra ta’ titjib fir-residenzi mikrija lilhom. Fis-sena 2015, l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet 120–il applikazzjoni mingħand inkwilini tal-Gvern taħt din l-iskema ta’ Irranġar u Titjib, fejn 17 minnhom kienu rtirati jew invalidi. S’issa ġew approvati 73–il applikazzjoni u hemm 30 oħra fil-proċess. Filwaqt li fl-2015 ġew approvati €237,903 f’għotjiet għal xogħlijiet taħt din l-iskema, in-nefqa tal-Awtorita’ tad-Djar f’għotjiet li ġew irrimborżati lill-inkwilini fl-istess sena 2015, dejjem taħt din l-iskema, laħqet is-somma ta’ €210,348.

Awtorità tad-Djar – stallazzjoni ta’ lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru lifts mill-Awtorità tad-Djar mill-2011 sa tmiem l-2015, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa għal kull sena?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, mill-informazzjoni li nġabret mill-Awtorita’ tad-Djar, in-numru ta’ lifts ġodda li ġew installati mill-Awtorita’ tad-Djar fil-komun ta’ blokki residenzjali li ġew mibnija mill-Awtorita’ tad-Djar jew mill-Gvern, flimkien mal-ispiża fuq dawn l-istess lifts, huwa kif gej: Sena 2011 2012 2013 2014 2015 Lifts installati ġodda 11 5 1 - 18 Spiża €407,506 €155,414 €47,711 - €577,458

Residenza San Vinċenz de Paul – koppji anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm koppji anzjani li qegħdin jistennew li jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul u li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba ma tinżammx fil-lista ta’ stennija għad-dħul fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern jew SVPR minħabba li din tkun ibbażata fuq il-ħtieġa u l-livell ta’ dipendenza tal-anzjan jew anzjana. Jekk issir talba minn koppja, din tiġi ikkunsidrata sa fejn ikun possibbli għaliex mhux dejjem ikun possibbli li koppja jiddaħħlu fl-istess Dar jew it-tnejn SVPR għax il-livell ta’ dipendenza tagħhom jista jvarja.

Residenza San Vinċenz de Paul – anzjani li huma aħwa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx anzjani li huma aħwa u li qegħdin li jistennew li jidħlu flimkien fir-Residenza San Vinċenz de Paul u li qegħin fuq il-lista ta’ stennija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-informazzjoni mitluba ma tinżammx fil-lista ta’ stennija għad-dħul fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern minħabba li din tkun ibbażata fuq il-ħtieġa u l-livell ta’ dipendenza tal-anzjan jew anzjana. Iżda jekk żewġt aħwa juru din ix-xewqa it-talba tagħhom tiġi ikkunsidrata sa fejn ikun possibbli għaliex mhux dejjem ikun possibbli li żewġ aħwa jiddaħħlu fl-istess Dar għax il-livell ta’ dipendenza tagħhom jista' jvarja.

servizzi residenzjali – live in carer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk anzjan jew anzjana li jkunu fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi residenzjali u li japplikaw għall-proġett pilota tal-live in carer u li jkollhom qarib li jgħix fl-istess dar magħhom, jekk jibbenefikax minn dan is-sussidju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-formola hemm il-kriterji ta’ eliġibilta’ u d-Dipartiment jevalwa kull applikazzjoni skond dawn il-kriterji.

Servizz residenzjali – live in carer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk koppja anzjana li tkun fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi residenzjali u li tapplika għall-proġett pilota ta’ live in carer humiex intitolati għas-sussidju ta’ nofs il-paga ta’ żewġ carers?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sussidju permezz tal-proġett pilota ta’ Live in Carer huwa limitat għal sussidju ta’ massimu ta’ nofs paga minima jew prorata jekk tkun taħdem a bażi ta’ part time.

Residenza San Vinċenz de Paul – menu ta’ ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-menu tal-ikel fir-Residenza San Vinċenz de Paul nhar it-3 ta’ Jannar 2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 22465.

Ikel servut – party menu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk nhar it-3 ta’ Jannar 2016, l-ikel li ġie servut filgħaxija kienx jikkonsisti f’party menu? Jista’ jgħid x’ingħataw jieklu l-anzjani li ma jistgħux jieklu dan it-tip ta’ ikel?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħal ma jsir kull sena, fi żmien il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, fis-swali kollha ta’ San Vinċenz, isiru festini għar-residenti u l-qraba tagħhom. F’okkażjonijiet bħal dawn issir ordni ta’ ikel b’menu ta’ ‘party food’ għal min jiekol ikel solidu u normali, filwaqt li jibqa’ jiġi servut ikel speċjali għal dawk ir-residenti li huma fuq ikel artab jew likwidat. F’kull każ, anke għal dawn l-okkażjonijiet li qed jissemmew fil-mistoqsija parlamentari, jiġi assigurat li l-ikel li ser jingħata lil kull resident ikun idonju għall-kundizzjoni u bżonnijiet tiegħu jew tagħha.

Xiri ta’ proprjetà tal-Gvern – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward xiri ta’ proprjetà tal-Gvern?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-appartamenti maħruġa għall-bejgħ fit-triq u l-lokalita’ li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, huma kollha allokati u għalhekk m’hemm l-ebda post battal.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – każi ta’ abbuż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati każi ta’ abbużi fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fl-2013, fl-2014 u sa tmiem Novembru 2015? Jista’ fl-istess waqt jgħid kemm kien in-numru ta’ każi f’kull sena li nstab li kien hemm abbuż?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-informazzjoni mitluba, li toħroġ mill-operat tad-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji, hija kif tidher fit-tabella t’ hawn taħt: SenaNumru ta’ każijiet investigatiNumru ta’ każijiet fejn instab abbuż 20131040379 2014721291 2015 (sa Novembru) 875315

Pensjoni tal-Invalidità — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità, xahar b’xahar, fl-2015 u kemm minnhom ingħataw din il-pensjoni?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li applikaw għall-Pensjoni tal-Invalidità, xahar b’xahar matul is-sena 2015, kif ukoll kemm eventwalment ingħataw l-istess tip ta’ pensjoni, kien kif muri fit-tabelli t’hawn taħt: Applikazzjonijiet għall-Pensjoni tal-Invalidità Sena 2015 NMIP IP Total Jannar 37 16 53 Frar 34 17 51 Marzu 25 19 44 April 34 17 51 Mejju 21 30 51 Gunju 22 13 35 Lulju 15 28 43 Awwissu 22 25 47 Settembru 9 30 39 Ottubru 4 33 37 Novembru 0 33 33 Dicembru 0 27 27 Total 223 288 511 Ingħataw Pensjoni tal-Invalidità Sena 2015 NMIP IP Total Jannar 19 1 20 Frar 13 0 13 Marzu 22 1 23 April 14 2 16 Mejju 29 4 33 Gunju 14 1 15 Lulju 23 0 23 Awwissu 31 0 31 Settembru 19 3 22 Ottubru 16 2 18 Novembru 13 1 14 Dicembru 3 0 3 Total 216 15 231 Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-280 każ differenza bejn kemm daħlu applikazzjonijiet u kemm ingħataw pensjoni, kien hemm 106 –il applikazzjoni li kienu rifjutati, 41 –il applikazzjoni li għadhom fi stadju li jridu jkunu awtorizzati u hemm 133-il applikazzjoni li għadhom pendenti biex jibdew il-proċess ta’ assessjar mediku u/jew kontributorju, biex finalment tingħata deċiżjoni. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet li jidħlu f’xahar partikolari, jitħallsu fix-xhur ta’ wara minħabba l-istennija biex jarawhom it-tobba tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

Adozzjonijiet — pajjiżi barranin

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm u ma' liema pajjiżi barranin saru adozzjonijiet ta' tfal fl-2014 u fl-2015 minn koppji/individwu Maltin?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul is-sena 2014 saru ħdax 11– il adozzjoni ta’ tfal mir-Russja, filwaqt li matul is-sena 2015 saru tnax 12–il adozzjoni mir-Russja, 4 adozzjonijiet mis-Slovakkja u adozzjoni 1 mill-Albanija. Ta’ min jirrimarka illi, jekk koppja tkun addottat tewmin, dawn jitqiesu bħala żewġ adozzjonijiet. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, l-informazzjoni għas-sena 2015 mhijiex kompluta minħabba l-fatt li għadna qed nistennew informazzjoni minn żewġ aġenziji li għadhom ma tawniex ir-reġistri tat-tieni parti tas-sena; jiġifieri minn Lulju sa Diċembru 2015.

Pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jieħdu pensjoni talli jduru bil-ġenituri jew persuna b’diżabilità u wara li mietu mhux qed jieħdu l-pensjoni talli daru bihom mis-sena 2000 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma jżommx din it-tip ta’ informazzjoni rikjesta mill-Onor. Interpellant. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, meta persuna tkun qed tibbenifika mill-Pensjoni tal-Wens, u l-pazjent jiġi nieqes, il-pensjoni tieqaf u l-individwu jkun irid, jew imur jirreġistra u japplika għall-Għajnuna Soċjali, jekk ikun taħt l-età tal-pensjoni, jew inkella japplika għall-pensjoni mhux kontributorja jekk ikollu l-età, jew għall-pensjoni kontributorja jekk ikollu biżżejjed kontribuzzjonijiet. Sabiex persuna tkun ikkunsidrata bħala eleġibbli għall-benefiċċji mhux kontributorji, trid l-ewwel tissodisfa t-test tal-mezzi. Ikun hemm każi fejn wara li jiġi nieqes il-pazjent, il-benefiċjarju jiret u għal din ir-raġuni, jista’ ma jkunx intitolat aktar għall-benefiċċji mhux kontributorji.

Tiswijiet – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħlijiet fuq gallarijiet u twieqi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Persuni li applikaw għall-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li applikaw għall-pensjoni u ġiet irrifjutata: (a) għax ma ħallsux bolol; u (b) għax qabżu l-ammont ta’ flus jew proprjetà li jrid ikollhom?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-bidu ta’ din is-sena sa issa, kien hemm 810 applikazzjonij għal Pensjoni Kontributorja li ġiet miċħuda, filwaqt li kien hemm 59 applikazzjoni għal Pensjoni Mhux Kontributorja li ġiet miċħuda. Pensjoni kontributorja tingħata lil min ikun ħallas numru ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u l-Pensjoni mhux Kontributorja titħallas lil min ma jeċċedix it-test tal-mezzi.

SVPR – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta’ anzjana li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament rigward dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paule?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Għajnuna supplimentari – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward problema bl-għajnuna supplimentari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwa konkluż.