Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – bord tal-inkjesta dwar il-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord tal-inkjesta li qed jinvestiga l-konkrit u l-istruttura tal-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport tal-inkjesta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – bord tal-inkjesta dwar il-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex parti mill-bord tal-inkjesta dwar il-bini tal-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista’ jgħid jekk jaqbilx li dan jikkostitwixxi kunflitt ta’ interess?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport tal-inkjesta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei – bord tal-inkjesta dwar il-bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx preżenti fil-bord tal-inkjesta dwar il-bini tal-Isptar Mater Dei u staqsiex mistoqsijiet? Jekk iva, il-Ministru ma jikkunsidrax dan bħala kunflitt ta’ interess doppju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport tal-inkjesta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #16589 Sitting 273 2015-06-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar – Triq Katerina Vitale Xemxija – problema ta’ ġrieden

Question

Billi jidher li fl-inħawi ta’ Triq Katerina Vitale, fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, qed ikun hemm problema ta’ ġrieden, jista’ l-Ministru, permezz tad-Dipartiment tas-Sanità jew ta’ xi dipartiment ieħor li jaqa’ taħtu, jieħu l-passi neċessarji biex jitqiegħed valenu f’postijiet differenti f’dawn l-inħawi u dan biex jitnaqqas dan il-periklu li jikkawżaw dawn l-istess ġrieden?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li fl-ewwel ta’ Ġunju, 2015 saret spezzjoni minn uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali fit-triq imsemmija fejn ma nstabu l-ebda akkumuli ta’ żibel li jistgħu jikkontribixxu għall-infestazzjoni tal-ġrieden. Fl-istess ġurnata sar ukoll trattament għal kontra l-ġrieden kemm fit-triq indikata kif ukoll fiż-żona tal-madwar minn ħaddiema fi ħdan il-Pest Control Unit fi ħdan l-istess Direttorat.

Ir-Rabat Malta – toroq bla dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Pjazza ta' quddiem il-Knisja ta' San Pawl, fir-Rabat, u parti minn Triq San Pawl, ukoll fir-Rabat, Malta, ilhom mitfija għal dawn l-aħħar xhur, eżattament minn Diċembru 2014? X'qed isir biex titranġa s-sitwazzjoni immedjatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-lampi jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali.

Ir-Rabat Malta – manutenzjoni tad-dwal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux qed issir manutenzjoni tad-dwal tal-ġnien f'Misraħ Patri Martin u Triq San Duminku fir-Rabat, Malta, fejn hemm bozoz li ilhom mitfija jew neqsin għal dawn l-aħħar xhur?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta plc ma kinitx infurmata b’dawn il-ħsarat. Issa li taf bihom qed issir il-manutenzjoni meħtieġa.

kont tad-dawl u ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt ma dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' kont tad-dawl u ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-passi kollha neċessarja.
Leg 12 PQ #16659 Sitting 273 2015-06-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq J. Quintinus u Triq il-Qawra - xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ġiet imsewwija l-ħsara fuq main tal-ilma fi Triq J. Quintinus u fi Triq il-Qawra, San Pawl il-Baħar? Jista’ jieħu l-passi biex it-triq fejn saru dawn ix-xogħlijiet tiġi rranġata sew, u fl-ewwel każ jitwaqqaf ukoll il-ħela tal-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsara fi Triq Quintinus qed tiġi nvestigata peress illi l-ħruġ tal-ilma mhuwiex kontinwu. Il-ħsara fi Triq il-Qawra ġiet imsewwija u t-triq ingħatat wiċċ ġdid fejn saru t-tiswijiet.
Leg 12 PQ #16660 Sitting 273 2015-06-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Testijiet fuq l-ilma baħar

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16424, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-siti li hemm referenza għalihom? Minbarra fil-perjodu msemmi, jista’ jgħid jekk f’perjodi oħra matul is-sena jsirux testijiet dwar il-kwalità tal-ilma tal-baħar? B’mod partikolari jista’ jgħid jekk fl-ewwel nofs ta’ Mejju 2015 sarux xi testijiet dwar l-ilma tal-baħar fl-inħawi tas-Sirens Waterpolo pitch u l-Menqa, f’San Pawl il-Baħar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni miltuba għadha qed tinġabar.

Garaxx tal-Ambulanzi — individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16379, peress li l-Ministru naqas milli jagħti l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat biex l-individwu jingħata din il-kariga?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ingaġġatha mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi.
Leg 12 PQ #16441 Sitting 272 2015-06-03 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Għawdex – main tal-ilma ġdid minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta’ Ċens fis-Sannat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16260, jista' l-Ministru jgħid, skont it-tender li ngħata biex isir main tal-ilma minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta' Ċenċ fis-Sannat, meta kellu jibda x-xogħol u meta kellu jispiċċa l-istess xogħol? Jista' jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 16260 u jgħid mil-liema toroq u f'liema lokalitajiet ġie mgħoddi dan il-main?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kellha tibda’ x-xogħol f’Lulju 2014 u tlestih f’Awwissu 2015. Il-main ġie mgħoddi minn toroq fil-Qala, Għajnsielem, ix-Xewkija u s-Sannat.

Sptar Mater Dei – rapport ikkummissjonat fl-1996

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika r-rapport tal-periti kif kien ikkummissjonat fl-1996 mill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien? Peress li wara dan ir-rapport, il-Gvern kien iddeċieda li jżid mill-inqas żewġ sulari oħra u blokka ta’ bini oħra ma’ dawk eżistenti, u r-rapport tal-1996 kien wasal għall-konklużjonijiet li dan seta’ jsir, jista’ l-Ministru jippubblika dawn il-konklużjonijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor Interpellant biex tispeċifika għal liema rapport qed tirreferi.

Sptar Mater Dei – kostruzzjoni fil-perjodu 1996-1998

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, il-kostruzzjoni fuq l-Isptar Mater Dei tkompliet biż-żieda ta’ sular fuq il-bini oriġinali u blokka oħra mal-wards ta’ Block D u li dan il-proċess kien jinkludi l-użu ta’ konkos?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni li qed titlob l-Onor. Interpellant tinsab fir-rapport tal-inkjesta li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Xogħlijiet li saru wara l-perjodu msemmi, taħt id-Design and Build Cost Plus, estendew l-istruttura fosthom D.1.3 li ġiet estiża vertikalment u D.1.1 li ġiet estiża vertikalment u oriżżontalment.

Sptar Mater Dei – xogħlijiet fuq il-Helipad – drittijiet tal-Gvern fuq l-istruttura

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li x-xogħol fuq il-helipad ġdida fuq Block D1 kien beda wara li ġie ppubblikat it-tender u li dan ix-xogħol kien qed jiġi mmanniġat mill-istess kumpanija ta’ periti li kienu responsabbli għall-istruttura tal-Isptar Mater Dei? Jista’ jikkonferma li din il-kumpanija tqabbdet mill-Foundation for Medical Services għar-raġuni speċifika li d-drittijiet legali kollha tal-Gvern fuq l-istruttura jiġu mħarsa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Proġett tal-Medical Assessment Unit — structural intergrity testing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru qattx irċieva rakkommandazzjonijiet mill-Foundation for Medical Services li l-periti tal-proġett tal-Medical Assessment Unit għandhom ikunu l-istess periti li kienu responsabbli għall-istruttura tal-Isptar Mater Dei u dan sabiex id-drittijiet legali kollha tal-Gvern fuq l-istruttura jiġu mħarsa? Jista’ jgħid jekk tali rakkommandazzjonijiet kenux jinkludu tal-Blokk tal-Emerġenza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda bini fuq il-blokk tal-emerġenza.

Sptar Mater Dei — Proġett tal-Medical Assessment Unit – structural intergrity testing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender pubbliku li nħareġ għall-proġett tal-Medical Assessment Unit kienx jinkludi provvedimenti dwar structural intergrity testing?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender pubbliku għall-proġett tal-Medical Assessment Unit kien jinkludi l-ħtieġa li jsir provvediment dwar survey tal-istruttura eżistenti.

Sptar Mater Dei — Proġett tal-Medical Assessment Unit – Periti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-tender tal-Medical Assessment Unit kienx jinkludi provvedimenti speċifiċi li l-periti tal-proġett iridu jinfurmaw lill-periti responsabbli tal-Isptar Mater Dei sabiex isir proċess ta’ change of architect?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm provvedimenti speċifiċi, iżda bini fuq l-istrutturi eżistenti qatt ma sar minħabba l-konkrit inferjuri li nstab.

Enemalta — inġiniera li spiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inġinier spiċċa minn mal-Enemalta bejn Marzu 2013 sad-data ta' din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni l-għala li spiċċaw?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn Marzu 2013 spiċċaw 18-il inġinier minn mal-Enemalta. Ir-raġunijiet kienu irtirar u karigi ġodda.

Enemalta plc — fuel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li issa hi l-policy tal-Enemalta plc li dawk mislufa mal-Enemalta plc biss għandhom dritt jieħdu fuel mill-pompa tal-petrol tal-Enemalta plc? Liema kategorija ta' ħaddiema għandhom dritt jieħdu fuel għall-vetturi tagħhom personali? Hemm xi impjegati li qed jingħataw fuel minkejja li mhumiex mislufa mal-Enemalta plc? Hemm xi impjegati li qed jingħataw fuel għaliex huma impjegati diretti jew huma konsulenti mal-Enemalta plc? Hemm xi impjegati mislufa lill-entitajiet oħra li qed jingħataw fuel ukoll? Jekk iva, taħt liema kriterja qed jingħataw il-fuel?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Enemalta — managers

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma l-policy tal-Enemalta li kien hemm u li permezz tagħha biex impjegat ikun manager dan ried ikollu grad universitarju, illum m'għadhiex operattiva? Jista' jgħid jekk hemmx managers mal-Enemalta (anke jekk daħlu tramite l-ERL) li m'għandhomx grad universitarju? Jekk iva, jista' jgħid f'liema kumpanija jew dipartiment qegħdin u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-managers kollha li jaħdmu mal-Enemalta plc għandhom grad universitarju.