Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kuntratt iffirmat bejn Kunsill Malti għall-Isport u Naxxar Lions FC

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li kien iffirmat bejn il-Kunsill Malti għall-Isport u Naxxar Lions FC nhar it-23 ta’ Ottubru 2012 għadux jgħodd?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ġranet uffiċċjali mill-kumitat ta' Naxxar Lions FC kellhom laqgħa mas-Segretarju Parlamenatri responsabbli mill-iSport u flimkien iddiskutew it-triq ‘il quddiem dwar art li fuqha jista' jinbena grawnd minn Naxxar LFC.

Żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara li spiċċaw l-iskola sekondarja fl-aħħar tal-2014? Jista’ jindika l-ammont li ġew klassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19878.

Direttorat tal-Edukazzjoni – Counselling Supervision

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-counselling supervision ma baqax jiġi offrut lill-counsellors u lill-counselling trainees fid-Direttorat tal-Edukazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-counsellors u t-trainee counsellors qatt ma ġew infurmati li l-counselling supervision ser jiġi mwaqqaf. Infurmat li l-persuna li kienet tipprovdi dan is-servizz tat ir-riżenja tagħha u sadanittant sar pjan ta’ peer supervision u kulħadd ġie infurmat b’dan il-programm fit-12 ta’ Novembru, 2015.
Leg 12 PQ #20899 Sitting 325 2015-11-16 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Għalliema ta’ nazzjonalità barranija – skejjel primarji, sekondarji u post sekondarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hawn għalliema ta’ nazzjonalità barranija li qegħdin fl-iskejjel primarji, sekondarji u post sekondarji Maltin, skola b’skola? Jista’ jgħid kemm hemm għalliema li kisbu ċ-Ċittadinanza Maltija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-iskejjel statali hemm żewġ għalliema ta’ nazzjonalità barranija, waħda qiegħda shared fl-iskola Sekondarja ta’ Santa Venera u l-Middle School ta’ Birkirkara, u għalliema oħra li qiegħda fl-iskola Sekondarja tal-Handaq. Id-Direttorat m’huwiex f’pożizzjoni jgħid kemm hemm għalliema li kisbu ċ-Ċittadinanza Maltija. L-informazzjoni dwar għalliema ta’ nazzjonalità barranija fl-iskejjel primarji, sekondarji u post sekondarji tal-Knisja u Indipendenti, skola bi skola, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.. Infurmat ukoll li fl-MCAST hemm żewġ Lecturers ta’ nazzjonalità barranija u tnejn oħra li kisbu ċ-Ċittadinanza Maltija, filwaqt li l-Junior College m’għandux għalliema ta’ nazzjonalità barranija.

Għawdex – Investiment infrastrutturali fi skejjel statali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien l-investiment infrastrutturali fl-iskejjel statali u istituzzjonijiet edukattivi oħra f’Għawdex mill-2013 ‘l hawn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-investiment infrastrutturali fl-iskejjel statali u istituzzjonijiet edukattivi oħra f’Għawdex mill-2013 ‘l hawn kien ta’ €4,280,397.77.

Inizjattivi ta’ qari — adulti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ adulti li attendew inizjattivi ta’ qari organizzati mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta' adulti li attendew attivitajiet tal-qari minn mindu twaqqfet l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu f'Lulju 2014 sal-4 ta' Settembru 2015 meta spiċċat il-kampanja 'Aqra fis-Sajf' kien ta' 14,500 għall-programm 'Aqra Miegħi/Read with Me' li qiegħed isir bi sħab mal-entità tal-Libreriji Maltin, u 250 għall-programm Nwar, b'kollox 14,750 persuna. Barra minn hekk, 100 persuna attendew għal 'Attivitajiet ta' Story Telling' li ġew organizzati fil-Librerija Pubblika Ċentrali.

Klassijiet bi struttura ta’ Ko-Edukazzjoni fi Skejjel Statali — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student se jkun hemm f’din is-sena skolastika fi klassijiet bi struttura ta’ ko-edukazzjoni fl-iskejjel statali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f'din is-sena skolastika fl-iskejjel statali hemm 4,415-il student fi klassijiet bi struttura ta' ko-edukazzjoni. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kif inhuma mqassmin dawn l-istudenti skont l-iskola u l-kulleġġ.

Sheltered Employement Training — inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont u figuri relatati tal-inizjattiva tas-Sheltered Employment Training?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’kollox 207 persuni applikaw biex jagħmlu taħriġ taħt is-sistema ta’ Sheltered Employment Training. Kien hemm 53 persuna li rrifjutaw it-taħriġ filwaqt li 154 persuna bdew taħriġ taħt din is-sistema. Infurmat ukoll li 102 persuni għadhom għaddejjin b’dan it-taħriġ – 68 minnhom rġiel u 34 nisa. Tnax minn dawk li bdew ma komplewx għax bdew jaħdmu filwaqt li 40 minn dawk li bdew taħriġ taħt is-sistema ta’ Sheltered Employment Training waqfu mit-taħriġ.

Inizjattivi ta’ apprentistati, traineeships u work exposures — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-inizjattivi tal-apprentistati, traineeships u work exposures? Kemm kien l-investiment ta’ dan il-Gvern u kemm-il persuna gawdew minn dawn il-miżuri?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li l-persuni li bbenefikaw mill-iskema tat-Traineeship (TRN) u mill-iskema tal-Work Exposure (WES) huma kif se nsemmi: L-isem tal-iskema Persuni li l-ETC sabitilhom intrapriża għat-taħriġ prattiku (Placements) Persuni li għadhom għaddejjin bit-taħriġ offrut permezz tal-iskema Persuni li temmew l-iskema Persuni li ddeċidew li jieqfu jew li ma jieħdux sehem fl-iskema Work Exposure Scheme 345 92 183 70 Traineeship Scheme 561 257 81 223 Total 906 349 264 293 Minn April 2015 sa Settembru 2015, il-flus maħruġa għal parteċipanti ta’ dawn iż-żewġ skemi jammonta għal €621,089 (WES = €162,011 + TRN = €459,078). Peress li dawn l-iskemi jagħmlu parti minn proġett ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew bit-titlu “Enhancing Employability through Training”, il-Gvern ħa jkun investa 15% tal-ammont globali jiġifieri €93,163.35. Rigward l-apprentistat, in-numru ta’ persuni li bbenefikaw mill-iskema minn mindu l-MCAST, f’Ottubru 2014, saret l-istituzzjoni responsabbli minnha hu ta’ 661. Minn Diċembru 2014 sa Settembru 2015, il-flus maħruġa għall-istudenti tal-iskema tal-Apprentistat jammonta għal €652, 911.

Inizjattivi favur il-Litteriżmu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-inizjattivi favur il-litteriżmu abbażi tad-dokument politiku li kien ġie mniedi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex ġiet imnedija f’Ġunju tal-2014 bil-għan li t-tfal, iż-żgħażagħ, u l-adulti kollha jkollhom l-opportunità jiksbu l-kompetenzi meħtieġa fit-taħdit, is-smigħ, il-fehim, il-qari u l-kitba biex b’hekk ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fis-soċjetà. Din l-Istrateġija tfasslet wara proċess ta’ konsultazzjoni ta' sena u nofs li fih ħadu sehem tmien gruppi ta’ ħidma magħmula minn nies speċjalizzati fil-litteriżmu u l-pubbliku inġenerali. Wara t-tnedija tal-Istrateġija, f’Lulju tal-2014 twaqqfet l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu biex ixxerred u żżid il-prattiki tajbin tal-litteriżmu, u tara li jitwettqu l-għanijiet proposti fl-Istrateġija. F’Settembru 2014 ġew ukoll imwaqqfa għaxar Timijiet tal-Litteriżmu, wieħed għal kull kulleġġ f’Malta u Għawdex, magħmula minn Kap tad-Dipartiment tal-Litteriżmu, għalliema tal-Litteriżmu, rappreżentanti tat-Taqsima tal-Assesjar (AFL), tal-SPLD, tal-għalliema kumplimentari, u tal-LSAs, il-koordinaturi tal-INCO u edukaturi oħra. It-timijiet qegħdin jindirizzaw l-isfidi u l-ħtiġijiet tat-tfal li jeħtieġu bżonn l-għajnuna fil-qari u l-kitba skola skola. Barra minn hekk, inxtraw u nħolqu numru sostanzjali ta' riżorsi biex jintużaw mill-għalliema mal-istudenti tagħhom. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu titkellem fuq mudell ta’ tagħlim imsejjaħ ‘Il-Litteriżmu Bilanċjat’. Fil-kuntest ta’ pajjiżna dan jitlob li jkollna wkoll politika u strateġija fil-qasam tal-użu tal-lingwi fit-tagħlim. Għal dan il-għan twaqqaf Kumitat Nazzjonali tal-Politika Lingwistika fl-Edukazzjoni li qiegħed jaħdem biex jissaħħaħ il-bilingwiżmu f’Malta. F’Mejju tal-2015 ġie mniedi profil fuq is-sitwazzjoni lingwistika fl-Edukazzjoni f’Malta u dan offra numru ta' rakkomandazzjonijiet. Il-profil ġie ppreżentat lill-edukaturi u lill-pubbliku wara proċess estensiv ta' stħarriġ u konsultazzjoni fosthom ma' esperti lokali u delegati tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-Malta Libraries b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzaw sessjonijiet ta’ Aqra Miegħi f’diversi libreriji. Barra minn hekk il-Librerija Pubblika Ċentrali torganizza Orientation Visits fejn tagħti informazzjoni fuq information literacy li jfisser kif persuna titgħallem tfittex, tevalwa, tipproċessa u tuża l-informazzjoni li ssib. L-oqsma trattati fl-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu, u l-miżuri u l-azzjonijiet ewlenin li ttieħdu mis-sena l-oħra 'l hawn qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — Identity Malta persuni jirreġistraw u jaħdmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont ir-reġistru tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u t-Taħriġ kemm mill-14-il elf persuna li ngħataw permess ta’ residenza minn Identity Malta huma impjegati full-time, kemm minnhom huma impjegati part-time u kemm minnhom qed jirreġistraw sabiex ifittxu xogħol? Dawn tal-aħħar, jista’ jindika f’liema parti tar-reġistru qegħdin jirreġistraw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li persuni barranin japplikaw ma’ Identity Malta biex jingħataw permess ta’ residenza għal raġunijiet differenti. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ m’għandhiex il-lista tal-erbatax-il elf persuna msemmija fil-mistoqsija u għaldaqstant m'għandhiex l-informazzjoni mitluba.

ETC — Identity Malta – persuni impjegati maċ-ċivil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont ir-reġistru tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u t-Taħriġ kemm mill-14-il elf persuna li ngħataw permess ta’ residenza minn Identity Malta, , huma impjegati maċ-ċivil jew ma’ entità pubblika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 19468.
Leg 12 PQ #20697 Sitting 323 2015-11-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti Għawdxin li applikaw biex jattendu l-MCAST f’Malta

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19177, jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw u ġew aċċettati studenti Għawdxin f'kulleġġi tal-MCAST f'Malta għas-sena skolastika 2015/2016? Jista' jgħid għal liema korsijiet applikaw dawn l-istudenti Għawdxin u f’liema kulleġġi ser ikunu qed jattendu dawn l-istudenti Għawdxin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Miżura tal-Baġit – ħlas għall-kontribuzzjoni għall-fond ta’ maternità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19902 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għall-miżura mħabbra fil-baġit li ġie ppreżentat fis-sena 2014 fejn employers fis-settur privat qed jiġu obbligati jħallsu kontribuzzjoni għall-fond ta’ maternità, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx esklużi ċertu intrapriżi, speċjalment dawk żgħar li fihom diffiċli jekk mhux impossibli li jkunu jaħdmu nisa bħal xogħol ta’ bennejja, panel beaters, ħaddieda u xogħol ieħor simili li ma ssibx nisa jaħdmu fih? Jaħsibx li b’din il-miżura qed jgħabbi intrapriżi inkluż dawk żgħar bi spejjeż żejda meta dawn ma jimpjegawx nisa mhux b’għażla imma għax ix-xogħol tagħhom huwa xogħol li minħabba n-natura tiegħu jsir mill-irġiel?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-miżura saret biex jiġi assigurat li l-att diskriminatorju kontra n-nisa jitneħħa. Fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropeja l-leave tal-maternità jitħallas kollu mill-Gvern, liema spiża tiġi ffinanzjata mill-ħlas tal-bolol. Tajjeb li jiġi nnutat li l-piż li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għalih huwa ta’ ftit ewro fis-sena. Jekk bħala eżempju nieħdu ħaddiem li għandu paga medja ta’ madwar €16,400, il-ħlas addizzjonali ta’ bolla fis-sena minn min iħaddmu huwa ta’ €49, iġifieri anqas minn €1 fil-ġimgħa.

Ħaddiema ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa, tindif jew sigurtà — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull siegħa għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fl-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà wara sejħa għall-offerti fil-bidu tas-sena 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn il-ħaddiema f’każ ta’ overtime matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi dejjem għal kull siegħa u għall-istess snin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

ETC – unlicensed foreigners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) sabet persuni Unlicensed Foreigners fl-ispezzjonijiet li għamletl- tul din is-sena sa Ottubru 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet 358 Unlicensed Non-EU Nationals fl-ispezzjonijiet li għamlet minn Jannar sa Settembru 2015.

Persuni EU Nationals — jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li huma EU Nationals li kienu jirreġistrawgħax-xogħol regolarment f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Ottubru 2015? Jista’ jindika ta’ liema nazzjonalità huma (dejjem jekk l-informazzjoni hi disponibbli)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li huma EU Nationals (il-Maltin mhumiex inklużi), TCNs Dependants on EU Nationals* u EEA Nationals** li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad sal-aħħar ta’ Settembru 2015 (l-aħħar ippubblikat) kien ta’ 101 persuna. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma: -Awstrija -Belġju -Brażil* -Bulgarija -Repubblika Ċeka -Danimarka -Franza -Ġermanja -Greċja -Ungerija -Irlanda -Italja -Latvja -Libja* -Litwanja -Olanda -Norveġja** -Polonja -Portugal -Rumanija -Spanja -Svezja -Sirja* -Renju Unit *It-TCNs Dependants on EU Nationals huma dawk il-persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropeja imma minħabba li huma miżżewġa lil ċittadini tal-Unjoni Ewropeja jgawdu mill-istess drittijiet. ** In-Norveġja tifforma parti mill-EEA Agreement u dawn iċ-ċittadini jgawdu mill-istess drittijiet ta’ ċittadini Ewropej.

Persuni EU Nationals jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li huma EU Nationals li kienu jirreġistraw għax-xogħol regolarment f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Diċembru 2014? Jista’ jindika ta’ liema nazzjonalità huma (dejjem jekk l-informazzjoni hi disponibbli)?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li huma EU Nationals (il-Maltin mhumiex inklużi) u TCNs Dependants on EU Nationals* li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 kien ta’ 133 persuna. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma: -Awstrija -Belġju -Brażil* -Bulgarija -Kanada* -Ċipru -Repubblika Ċeka -Danimarka -Finlandja -Franza -Ġermanja -Greċja -Ungerija -Irlanda -Italja -Latvja -Olanda -Polonja -Rumanija -Federazzjoni Russa* -Slovenja -Spanja -Svezja -Sirja* -Trinidad u Tobago* -Renju Unit *It-TCNs Dependants on EU Nationals huma dawk il-persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropeja imma minħabba li huma miżżewġa lil ċittadini tal-Unjoni Ewropeja jgawdu mill-istess drittijiet.

Livell ta’ dottorat – boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borza ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 f’livell ta’ dottorat u l-istima tal-valur kumplessiv tagħhom sa ma dawn jiġu fi tmiem l-istudji tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn Marzu 2013 u Settembru 2014 ingħataw 89 borża ta’ studju fil-livell ta’ dottorat taħt l-iskema Malta Government Scholarships Scheme – Postgraduate (MGSS PG) għall-valur kumplessiv ta’ madwar sitt mitt elf Euro (€600,000).

Skema ta’ post doctoral – valur ta’ investiment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-iskema tal-post doctoral inkluż il-valur tal-investiment ippjanat għalih?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l-ewwel darba li l-gvern Malti qed joffri l-opportunità ta’ għoti ta’ boroż ta’ studju għal riċerka permezz tal-iskema REACH HIGH Scholars Programme fil-livell ta’ Post Dottorat. Din l-iskema, li ġiet imħabbra f’April 2015, qed tilqa’ proposti għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li jistgħu jkunu parzjalment finanzjati minn fondi tal-Unjoni Ewropeja. Taħt din l-iskema qed jiġu offruti boroż ta’ studju f’seba` (7) oqsma ta’ riċerka li huma kumplimentari mal-istrateġija Nazzjonali għar-Riċerka u Innovazzjoni, u mal-istrateġija ta’ Specjalizzazzjoni SMART, kif ukoll ma’ oqsma oħra li huma relevanti għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku ta’ pajjiżna. L-oqsma prinċipali huma:  Xjenza u Inġinerija  ICT  Edukazzjoni  Mediċina u Farmaċewtika  Xjenza Soċjali, Antropoloġija, kultura u xjenza fl-imġieba  Enerġija u ambjent  Kull qasam ieħor li jikkontribwixxi lejn l-ekonomija, qasam socjali, ambjent, l-iżvilupp kulturali u l-istrateġija 2020 tal-Unjoni Ewropeja.