Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20378 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Korpi Parastatali — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati nies ġodda mal-korpi parastatali/awtoritajiet/kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet tiegħek mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru ta' l-Agrikolutra u Sajd m'għandhux korpi parastatali, awtoritajiet jew kummissjonijiet li jaqgħu taħt ir-risponstabilita tiegħu.
Leg 9 PQ #20162 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Infiq fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għas-safar tal-Ministeru u tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-perjodu ta' Jannar u Settembru ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-nefqa totali għas-safar tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti tiegħu għall-perjodu ta' Jannar u Settembru 2000 kienet ta' LM 43,865.98.
Leg 9 PQ #20163 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Proġetti ġodda — Sussidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija f'ċifra ta' flus l-għajnuna li ġiet sussidjata lil bdiewa u raħħala fuq proġetti ġodda mill-5 ta' Settembru, 1998 sa l-5 ta' Settembru, 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor Interpellant huwa mitlub li jkun aktar ċar u speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jispjega għal liema għajnuna qed jirreferi.
Leg 9 PQ #20164 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Merħla Nazzjonali — Baqar u Għoġġiela

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-merħla nazzjonali tal-baqar u l-għoġġiela fil-prezent f'Malta u Għawdex separatament?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20165 Sitting 405 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Merħla Nazzjonali — Ngħaġ u Mogħoż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-merħla nazzjonali tan-ngħaġ u l-mogħoż fil-prezent f'Malta u Għawdex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor Interpellant li skond ir-records tat-testijiet li saru fuq il-mogħoż u nagħaġ in-numru fl-irziezet kien ta': Mogħoż Nagħaġ Malta 3715 7149 Għawdex 2063 5022
Leg 9 PQ #20293 Sitting 403 2000-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru tiegħu mill-1992 sal-lum? Jista' jgħid ukoll x'tip ta' karozza hi (d-ditta)?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1992 u llum inxtraw 11-il-karozza mill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilta` tçgħu, kif jidher hawn taht: Għ amla Uż u tal-Karozza Hyundai Lantra GLS “Public Officer on Performance Contract” Nissan Sunny 2.0 LX Peugeot 306 XTDT4 Hyundai Lantra Audi A4 Daewoo Racer BMW 528I Onor. Ministru Skoda Foreman Special Użu ġenerali ta’ l-uffiċju Skoda Foreman 135 GLX Skoda Felicia LX Skoda Foreman 135 GLX
Leg 9 PQ #20143 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Modifikazzjoni Ġenetika — Tadam

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-varjetajiet tat-tadam li ntużaw matul 1999 u qed jintużaw din is-sena li huwa ġenetikament modifikati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul l-1999 u f'din is-sena ma ġewx użati varjetajiet ta' tadam li kienu ġenetikament modifikati.
Leg 9 PQ #20144 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mosta — Ta' Mlit - Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19792 dwar il-qasam tad-djar Ta' Mlit li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jara li fl-inħawi tal-HE Ta' Mlit, fil-Mosta jsir landscaping aħjar ta' din l-area? Jista' l-Ministru jara li immedjatament jintbagħtu uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Ambjent sabiex iwettqu l-preparamenti meħtieġa għall-programm tal-landscaping f'dawn l-inħawi tal-Mosta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minkejja li r-responsabbilita għax-xogħol li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma taqax direttament taħt il-Ministeru tiegħi, qiegħed nieħu nota ta’ s-suġġeriment biex nirreferih lill-awtorita kompetenti.
Leg 9 PQ #20146 Sitting 402 2000-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Modifikazzjoni Ġenetika — Żriegħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-varjetajiet ta' żriegħ li daħlu f'Malta u kienu ġenetikament modifikati matul 1999 u din is-sena? X'riċerka saret mid-Dipartiment tal-Agrikoltura u jista' l-Ministru jpoġġi dawn ir-rapporti ta' riċerka fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul l-1999 u f'din is-sena ma ġewx irrapurtati varjetajiet ta' żriegħ li kienu ġenetikament modifikati. It-tieni parti tal-mistoqsija għalhekk ma treġġix.
Leg 9 PQ #20026 Sitting 401 2000-10-20 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/raħħala/sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li applikaw għal xi forma ta' għajnuna matul din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li applikaw għal xi forma ta' għajnuna matul din is-sena kienu ta' 1,089.
Leg 9 PQ #20017 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd — Watchmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa n-numru ta' watchmen mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u tas-Sajd? X'inhija l-pożizzjoni tagħhom illum u x'se jiġri minnhom fid-dawl li ħafna watchmen qed jiġu nformati li baqgħalhom biss erba' xhur u wara se jmorru jaħdmu xogħol ieħor? X'inhuma fil-fatt dan ix-xogħol ieħor li se jiġu mogħtija u kemm se titnaqqsilhom il-paga jekk jiġri dan?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiena nfurmat illi fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura hemm żewġ persuni li għandhom il-grad ta' watchman, filwaqt li fid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji hemm persuna waħda biss fl-istess grad. Fid-Dipartimenti l-oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd ma hemmx iżjed nies li għandhom il-grad ta' watchman. Hemm numru ta' ħaddiema li għażlu li jagħmlu x-xogħol ta' watchman għalkemm għandhom grad differenti. Għażlu hekk minn jeddhom. Il-pożizzjoni ta' dawn il-ħaddiema għad trid tiġi regolarizzata. Biss ma nafx li nħarġu x'instruzzjonijiet lil dawn il-ħaddiema li erba' xhur oħra ser jispiccaw. Min ma jibqax jagħmel xogħol ta' watchman, dak il-ħaddiem jibqa' jirċievi paga skond il-grad tiegħu u ma titnaqqaslu xejn mill-paga tiegħu. (Jitnaqqsu biss l-Allowances.)
Leg 9 PQ #20025 Sitting 400 2000-10-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa/raħħala/sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li qed jibbenefikaw minn skemi ta' sussidju finanzjarju fuq l-imgħax tad-diversi skemi li ħarġu fi snin differenti rispettivament? Kemm minnhom f'Għawdex u kemm f'Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19928 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Qbiela

Question

Jista' l-Ministru jinformana għaliex il-gvern huwa favur il-ħlas ta' Lm4.00 t-tomna għall-qbiela tal-bdiewa u kontra l-ħlas ta' Lm2.25c għal qbiela li l-gvern preċedenti kellu bħala rata ġdida għal ħlas tal-qbiela?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-iskema ġdida tal-qbiela tar-raba’ tal-Gvern, mħabbra dan l-aħħar u li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija intiża biex tirregolarizza lil dawk li qed jaħdmu r-raba tal-Gvern mingħajr titlu, jiġifieri b’mod irregolari. Dawn qed jingħataw l-opportunita li jġibu l-affarijiet tagħhom skond ir-regola billi jidħlu f’din l-iskema. Nixtieq hawnhekk nispjega illi għall-kuntrarju taż-żjidiet proposti fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, din l-iskema ma hiex ser taffettwa lil dawk il-bdiewa li għandhom titlu regolari tal-qbiela tagħhom. Sadanittant ninsab infurmat illi ż-żjidiet maħsuba fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti, li kienu ser jaffettwaw anki lil min kellu titlu għar-raba tiegħu, kienu ser ikunu ferm iżjed minn Lm4 it-tomna. Niġbed l-attenzjoni ta' kulħadd illi min qed iħallas qbiela b'titlu regolari ser jibqa jħallas l-istess ammont ta' qbiela.
Leg 9 PQ #19932 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Qbiela

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex aċċetta li l-ħlas tal-qbiela tal-bdiewa jkun ta' Lm4 kull tomna u ta ' Lm3 metru fuq imħażen li huma aktar minn 30 metru kwadru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Wara li saru d-diskussjonijiet bejn id-Dipartiment ta’ l-Uffiċċju Konġunt, id-Dipartiment ta’ l-Artijiet u d-Dipartiment ta’ l-Agrikultura, ġew stabbiliti ir-rati li permezz tagħhom, dawk li kienu qed jaħdmu raba tal-Gvern mingħajr titolu, jirregolarizzaw il-posizzjoni tagħhom billi jidħlu f’din l-iskema. Peress li din l-iskema qiegħda tiġi introdotta issa, u t-titoli ser jiġu regolarizzati issa, hija ħaġa loġika li r-rati ikunu jirriflettu l-qbiela u l-kera ta’ dawn iż-żminijiet.
Leg 9 PQ #19938 Sitting 398 2000-10-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Prezzijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformana għaliex ma ddiskutiex ma' l-għaqdiet tal-bdiewa l-problema li qed tikkawża l-iskema l-ġdida tal-prezzijiet għolja tal-qbiela u ta' l-imħażen tar-raba'? Jista' jgħid f'liema paġna tal-programm elettorali l-Gvern Nazzjonalista kien qal li se jgħolli l-ħlas tal-qbiela u ta' l-imħażen?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-ispjegazzjoni li tajt fir-risposti għall-domandi parlamentari numru 19928 u 19933. Nixtieq inżid illi ma kienx ikun għaqli li jsiru diskussjonijiet ma dawk li kienu qed jokkupaw art mingħajr titolu minħabba fil-possibilita’ li setgħa jinħoloq lok għal xi abbużi.
Leg 9 PQ #19862 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Deroga mal-Fillandja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19576, jista' l-Ministru ġentilment jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-deroga li l-UE tat jew għamlet mal-Fillandja għar-rigward ta' l-industrija tal-ħalib li l-Ministru għamel riferenza għaliha fit-tweġiba tiegħu f'Seduta Nru. 369?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-dettalji kollha ta' fejn din id-deroga ġiet pubblikata tajthom fir-risposta għad-Domanda Parlamentari Numru 19576. Għaldaqstant ma narax il-bżonn li npoġġi materja pubblikata, u li hija aċċessibli għal kulħadd, fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19863 Sitting 397 2000-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tuna Farma — Esportazjoni

Question

Meta mistenni li jiġi esportat aktar tonn permezz ta' kummissjonar ta' tuna farms? Kemm gie esportat tonn sa issa u kemm mistennija li tkun il-produzzjoni ta' tuna farms fis-snin li gejjien?

Response (ZAMMIT, NINU)

Sa issa ġie kkummissjunat tuna farm wieħed privat li beda’ jopera din is-sena. Sa issa dan il-farm għadu fl-istadju li qiegħed iħaxxen il-ħut li nqabad żgħir u qed jitrabba fil-gaġeġ. Dan mistenni jinqatel għall-esportazzjoni iktar tard din is-sena. Peress li ċ-ċifri totali ta’ pajjiżna juru ċ-ċifri ta’ farm wieħed biss, liema ċifri huma ta’ natura kummerċjali, ma naħsibx li jkun għaqli li nippublikahom f’dan l-istadju.
Leg 9 PQ #19849 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Suq Olandiż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz li ġabet il-varjeta' Sante' fl-ewwel erba' ġimgħat ta' din is-sena u kemm kien il-prezz li l-Alpha bikrija ġabet fis-suq Olandiż fl-ewwel erba' ġimgħat ta' din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Dwar il-prezz tas-Sante miksub din is-sena, nixtieq nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17658. Din is-sena, fl-ewwel erba' ġimgħat li l-Alpha waslet l-Olanda, ġabet prezz medju ta' NLG28.92.
Leg 9 PQ #19851 Sitting 396 2000-10-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bar Coding

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar xogħol fuq il-bar coding mill-5 ta' Settembru, 1998 sa Settembru 2000? Kemm saru laqgħat ta' preparazzjoni, fejn u ma' min saru matul l-istess perijodu? X'punti tqanqlu, kemm intnefqu flus sa issa u kemm huwa mistenni li jkomplu jintnefqu fuq dan il-proġett? Kif se jiġi affettwat aħjar id-dħul tal-bdiewa mill-prodotti tagħhom b'din is-sistema? Meta se jiġi finalizzat dan il-proġett?

Response (ZAMMIT, NINU)

Matul il-perjodu imsemmi saru diversi laqghat bejn il-MITTS, ufficjali tal-Ministeru kif ukoll ufficjali tal-Pitkalija. Sal-lum tħaffru it-trinek kollha li hemm bżonn biex jiġi nstallat il-Fibre Optic bejn il-Block Amminstrattiv u diversi postijiet fil-Pitkalija. Dawn jinkludu il-Pitkala kollha, il-Gate, l-FCCS u l-APS Bank. Sa issa barra ix-xiri tal-Fibre Optic (li sar mill-MITTS) intefqu madwar Lm20,000 għat-trinek u tqegħid ta' katusi. Il-MITTS qabdu Kuntrattur sabiex jgħaddi il-Fibre Optic sal-postijiet hawn fuq imsemmija u wara jsir ix-xogħol l-ieħor konness mal-proġett. Bis-saħħa ta' dan il-proġett, il-bidwi jkun jista' iserrah rasu li jieħu ħlas tal-prodott li huwa tassew tiegħu u bil-prezz verament miftiehem.
Leg 9 PQ #19835 Sitting 395 2000-10-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura — Ħaddiema tal-bowzers

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-1997 il-ħaddiema tal-bowzers tad-dipartiment ta' l-agrikoltura ħadu Lm9,350 overtime u fl-1999 ħadu Lm1,665 f'overtime għal ġarr ta' l-ilma? Jista' jinformana kemm inġarru bowzers bl-ilma matul is-snin imsemmija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ma jaf wisq tajjeb l-Onor. Interpellant, il-ħlasijiet mhux bilfors isiru fl-istess sena meta jsir ix-xogħol. Ir-risposta kienet dwar ħlasijiet li saru mill-fondi ta' l-overtime ta' dan id-Dipartiment. Qed nagħti lill-Onor. Interpellant spjegazzjoni aħjar kif ġej. Il-vjaġġi li jsiru jiddependu fuq kemm tkun għamlet xita u, għall-parti l-kbira, l-bżonn għat-tisqija f'diversi postijiet taħt il-maniġġ tal-URL. Is-sezzjoni tal-bowsers tal-URL, l-unika sezzjoni ħlief għall-dik tal-watchmen li baqgħet tagħmel sara tul iż-żmien, fil-1997 għamlet 4135 vjaġġ wara l-ħin normali tax-xogħol, u minn dawn tħallsu 3,758 vjaġġ, waqt li l-oħrajn ingħataw bħala time-in-lieu. Fil-1998 kien hemm bżonn għall-3602 vjaġġ u sar ħlas għal 1022 minnhom u fil-1999 kien hemm bżonn għall-4365 vjaġġ u sar ħlas għal 2103 minnhom. Il-kumplament jingħata bħala time-in-lieu. Tajjeb hawnhekk inżid ukoll li l-ħaddiema ta' din is-sezzjoni ġieli tħallsu flus bħala overtime għal xogħol li jkun għamlu għal dipartimenti oħrajn minn fondi li ġejjin minn dawn l-istess Dipartiment.