Jista' l-Ministru jgħid kemm il-gvern qed jippjana li jiftaħ ambaxxati fil-ġejjieni qarib? Kemm mistennija tkun in-nefqa totali fuq dawn?
Response (BORG, JOE)
Il-pjan tal-Gvern, dejjem jekk il-fondi jkunu jippermettu, hu li fis-snin li ġejjin jiftaħ Ambaxxati oħra f'pajjiżi terzi, sew f'pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja, bħalma diġa għamel f'dawn l-aħħar sentejn bil-ftuħ ta'Ambaxxata f'Stokkolma u dik f'Ateni, u wkoll f'pajjiżi oħra fejn ikun ta' benefiċċju politiku w ekonomiku għal Malta li jkollha rappreżentanza permezz ta' Ambaxxata fil-pajjiż.
L-ispiża tiddependi mill-kapitali fejn tinfetaħ Ambaxxata izda mill-esperjenza li għandna, kieku l-Ambaxxata kellha tinfetaħ illum l-ispiża tkun tvarja bejn Lm125,000 u Lm200,000 fis-sena.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jatu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ingħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjonijiet intgħażlet?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru fit-trattattivi li qed isiru bħalissa mal-Gvern Taljan dwar protokol ġdid jara li issir enfasi fuq scholarships għal korsijiet akkademiċi fl-universitajiet Taljani għal studenti Maltin fejn l-Universita' ta' Malta ma tipprovdix dawn it-tip ta' korsijiet? Partikolarment tista' ssir enfasi fuq il-kors ta' veterinarji?
Response (BORG, JOE)
L-ischolarships li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalihom jaqaw iktar milli taħt il-Protocol ġdid Taljan, taħt il-ftehim kulturali li diġa jezisti bejn Malta u l-Italja. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni bħalissa qed ifassal l-abbozz tal- proposti l-ġodda li ser jiġu diskussi mill-Kummissjoni mħallta bejn iż-żewġ pajjiżi iktar tard din is-sena.
Barra minn hekk, ta' min isemmi li proġett dwar scholarships ġie sottomess lill-awtoritajiet Taljani għal finanzjament taħt il-Ħames Protocol finanzjarju. Wieħed irid jgħid ukoll illi dawn il-korsijiet mhumiex ristretti għall-qasam specifiku, iżda huma miftuħa għall-dawk l-oqsma ta' studju, li mhumiex offruti mill-Universita ta' Malta, u li huma identifikati mill-istudenti nnifishom,bħal per ezempju,korsijiet fil-medicina veterinarja.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-avukati, għaqdiet ta' avukati jew konsulenti legali li taw jew qegħdin jagħtu servizz lil dipartimenti, awtoritajiet jew korpi/entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, f'xool relatat ma' monitoring, screening, addozzjoni, kompatibilita' etc. ta' liġijiet, direttivi, deċiżjonijiet, regoli etc. ta' l-Unjoni Ewropea u li taw dan is-servizz minn Jannar, 1999 sal-lum? X'tip ta' servizz ingħata f'kull każ? X'kienet in-nefqa jew ħlas li ngħata u li qiegħed jingħata f'kull każ? Jekk ħarġet sejħa, min kienu l-applikanti? Min jew liema bord ta' għażla jew xort'oħra għażel din il-konsulenza u abbażi ta' liema kriterji u kundizzjoni intgħażlet?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jitħallas is-Sur Richard Cachia Caruana bħala ko-ordinatur ewlieni għan-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea? Jista' jitqiegħed kopja tal-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, JOE)
Ma sar l-ebda kuntratt ġdid mas-Sur Richard Cachia Caruana oltre l-kuntratt kurrenti tiegħu bħala Assistent Personali tal-Prim Ministru. Huwa, pero ser jirċievi 'allowance' ta' Lm 4,000 fis-sena għad-dmirijiet addizzjonali li assuma bħala 'Chairman tal-Core Negotiating Group'
Jista' l-Ministru jgħid liema studji ta' economic impact assessment ġew iffinanzjati mill-Ministeru tiegħu dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma jridx jagħti informazzjoni dwar iċ-ċentru informazzjoni Malta-EU, skond kif wieġeb f'mistoqsija parlamentari numru 16617 u dan minkejja li dan iċ-ċentru qed jiġi miżmum finanzjarjament minn flus il-poplu Malti, li għandu kull dritt ikun jaf l-informazzjoni kollha?
Response (BORG, JOE)
M'għandi xejn x'inżid ma' l-informazzjoni li tajt fil-Mistoqsija Numru 16617.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm studenti Maltin li se jgawdu minn boroż ta' studju tal-gvern Taljan u jibdew korsijiet universitarji fl-Italja fis-sena akkademika 2000-2001? F'liema suġġetti?
Response (BORG, JOE)
Fis-sena akkademika 2000/2001 ser ikun hemm 27 studenti li ser igawdu minn boroż ta' Studju tal-Gvern Taljan. Dawn huma kollha studenti li l-borża ta' studju tagħhom ġiet imġedda mis-sena ta' qabel.
Is-suġġetti huma kif ġej:
Chemical Engineering
Psychology
Restoration of:- Paintings
Wood
Monuments
Ph.D. Zootechnological Science
Conservation of monuments
Anglo-Italian Literary Relations
Veterinary Medicine
Music Composition
Construction in Cemento Armato
Music: Pianoforte
Harp
Painting
Communications
Billi l-Ministru responsabbli mill-Ambjent qal illi rappreżentanti ta' l-għaqdiet tal-kaċċaturi se jkunu nvoluti fid-diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid jekk l-għaqdiet tal-kaċċaturi humiex se jkunu rappreżentanti fin-negozjati li qed isiru ma' l-Unjoni Ewropea fuq dan is-suġġett, meta dan jiġi diskuss barra minn Malta?
Response (BORG, JOE)
Nikkonferma dak li qal il-Ministru tal-Ambjent illi r-rappreżentanti tal-għaqdiet tal-Kaċċaturi se jkunu involuti fid-diskussjonijiet mal-Unjoni Ewropeja, u dan oltre l-involviment li diġa għandhom fil-Malta- EU Steering and Action Committee.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer fuq xogħol tal-gvern taħt din l-amministrazzjoni? X'kien l-iskop ta' kull safra u fejn kienet id-destinazzjoni f'kull każ? Kemm swew flus b'kollox?
Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-Ditta Borg Bros ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi minn Settembru 1998 sal-ġurnata tal-lum inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, JOE)
Minn Settembru 1998 sal-lum ma ngħata l-ebda tender lid-ditta Borg Bros. Nixtieq inżid ngħid iżda li matul din is-sena finanzjarja din id-ditta tqabbdet iġġor xi affarijiet għall-Ministeru u għal Malta-EU Information Centre għas-somma globali ta' Lm115 inkluż il-VAT.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16555?
Response (BORG, JOE)
L-ispiża ta' kull safra kienet kif ser jingħad:
Data tas-Safra Pajjiż Spiża ta' kull Safra
25-28 Jannar Renju Unit Lm 255.69
04-05 Frar Spanja NIL
14-17 Frar Belġju Lm2,365.40
16-17 Marzu Franza Lm 548.62
27-29 Marzu Belġju Lm1,231.63
12-14 April Repubblika Ċeka Lm 635.79
25-28 April Svezja/Portugal Lm3,346.88
17-19 April Franza Lm 587.26
03-05 Mejju Italja Lm 422.77
10-12 Mejju Ġermanja Lm 421.98
24-27 Mejju Belġju/Olanda/Lussemburgu Lm1,017.50
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kenitx fost il-pajjiżi nklużi fis-survey li għadu kif sar mill-UNICEF rigward il-faqar fost it-tfal?
Jista' jitpoġġa kopja tar-rapport ta' dan is-survey fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, JOE)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 16877, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
Malta ma kienetx fost il-pajjiżi nklużi fis-survey li għadu kif sar mill-UNICEF rigward il-faqar fost it-tfal.
Is-survey sar mill-UNICEF Innocenti Research Centre f'Firenze l-Italja u kien jinkludi biss pajjiżi membri tal-OECD.
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għad m'għandux kopja tar-rapport ta' dan is-survey. Kif jirċievi kopja, ikun jista' jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-ħaddiema li ġew impjegati ma' l-EU Information Centre u minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?
Response (BORG, JOE)
Il-ħaddiema li ġew impjegati mal-Malta-EU Information Centre huma dawn:
- Abela Celine
- Cordina Elaine
- Demicoli Edward
- Fiorini Karen
- Grech Robert
- Mallia Faye
- Pace Brian
- Pirotta Fabio
- Sciberras Anne Marie
- Zahra Romina
Il-Lokalitajiet li ġejjin minnhom dawn l-impjegati huma kif ġej:
- Mosta
- Haż Żebbuġ
- San Ġiljan (2)
- Hal Balzan (2)
- Sliema
- Msida
- Hal Qormi
- Kalkara
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati konsulenti biex jagħmlu economic impact assessments għall-gvern dwar l-applikazzjoni Maltija għal sħubija sħiħa fl-UE? Kif ġew magħżulin? Liema suġġetti speċifiċi qed jiġu riċerkati? X'timeframe ingħataw biex ilestu xogħolhom? Ma liema korpi kostitwiti iltaqgħu in konnessjoni ma' l-assessments li qegħdin jagħmlu?
Response (BORG, JOE)
Il-Ministeru li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma kkummissjona l-ebda economic impact assessment dwar l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja. Madankollu, il-Ministeru iffinanzja xi studji li ġew ikkummissjonati minn Ministeri oħra fejn pero it-terms of reference u dettalji u kundizzjonijiet oħra ġew speċifikati u approvati mill-Ministeru li kkummissjona l-istudju. Irrid inżid ukoll li l-kuntratti sabiex jitħejjew l-assesments imsemmija ġew ikkummissjonati mill-Ministeri skond is-suġġett li dwaru jkun intalab l-economic impact assessment. Għalhekk nitlob l-Onorevoli Interpellant jistaqsi din il-mistoqsija lill-Ministeri relevanti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement ta' l-EU Directorate bħalissa? F'liema gradi u postijiet jinsabu l-personnel tad-direttorat?
Response (BORG, JOE)
Il-complement ta' l-EU Directorate bħalissa huwa ta' 43 impjegat li jikkonsistu fil-Kap tad-Direttorat, Direttur (Policy) u Direttriċi (Legal), 1 First Counsellor li qiegħed ma' l-EU Negotiating Secretariat, 2 Principal Economics Officers li wieħed minnhom qiegħed fis-Segretarjat Privat tiegħi, 4 Senior Legal Officers li tnejn minnhom qed iservu fl-Ambaxxata Maltija fi Brussels, 3 Junior Legal Officers, 4 Senior Policy Officers, 4 Policy Officers li wieħed minnhom qiegħed fl-EU Negotiating Secretariat, 1 Counsellor, 2 First Secretary li wieħed minnhom qed isegwi kors ta' studju l-Universita u l-oħra qed tagħmel xogħol fil-Head Office, 1 Second Secretary, 1 Advisor li qegħda ma' l-EU Negotiating Secretariat, 1 Teacher, 2 Principals, 1 Senior Printer, 1 Executive Officer, 7 Clerks li waħda minnhom qegħda fis-Segretarjat Privat tiegħi, 1 Bookbinder, 1 Casual Substitute Clerk, 1 Casual Typist, 1 Messenger II u 1 Labourer.
Boroz ta' studju — Korsijiet Universitarji Taljani
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 16539 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jikkonferma li minn din is-sena l-gvern Taljan waqqaf kull borza ta' studju li kien joffri fit-tul f'korsijiet universitarji Taljani liż-żgħażagħ Maltin? Kemm marru studenti Maltin fuq dawn il-boroz ta' studju Taljan fl-aħħar erba' snin?
Response (BORG, JOE)
Il-Gvern Taljan ma waqqafx il-boroż ta' studju. Il-fondi allokati għall-boroż ta' studju għal din is-sena intużaw biex ikopru l-istudenti li kienu diġa qed jistudjaw l-Italja u li kellhom bżonn iġeddu il-borża ta' studju tagħhom għas-sena 2000 / 2001.
In-numru ta' studenti Maltin li marru fuq boroż ta' studju fl-Italja dawn l-aħħar erba' snin kienu kif ġej:
- 1996 / 1997: 49
- 1997 / 1998: 45
- 1998 / 1999: 45
- 1999 / 2000: 42
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ittri li jinsabu maqbuda fil-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali kontra l-miżuri anti-soċjali mħabbra fl-aħħar budget mill-GWU?
Response (BORG, JOE)
Fil-Ministeru, direttorati u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħi, bħalissa m'hemm l-ebda ittra maqbuda b'riżultat ta' l-azzjonijiet industrijali tal-GWU.