Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tribunal Industrijali — tnaqqis fil-budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tat-Tribunal Industrijali approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se nagħti tweġiba għal din il-Mistoqsija f'xi seduta oħra.

Mediċini – roħs fil-prezzijiet

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' mediċini/farmaċewtiċi li roħsu fil-prezzijiet mill-bidu ta' Marzu 2013 sal-lum permezz tal-ħidma tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Tista' l-Ministru tippubblika l-prezzijiet ta' dawn il-mediċini/farmaċewtiċi li roħsu u b'kemm roħsu?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord li qed tagħmel referenza għalih kien twaqqaf mill-amministrazzjoni preċedenti u minn Marzu 2012 sa Frar 2013 ltaqa’ darba. Dan il-Bord reġa tlaqqa din is-sena u bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bil-għan li jwassal li l-konsumatur igawdi minn sistema ta’ prezzijiet aħjar.

Mediċini

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu kontra dawk l-importaturi tal-mediċini li rriżulta, jekk inhu l-każ, li mill-bidu ta' Marzu li għadda biegħu mediċini bil-għoli?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor Interpellant li ma ttieħdu ebda passi kontra importaturi tal-mediċini li biegħu mediċini bil-għoli u dan minħabba r-raġunijiet li diġà semmejt fit-tweġiba tiegħi għall-mistoqsija parlamentari numru 4822.

MCCAA — kumitat biex jittratta l-prezzijiet tal-mediċini

Question

B'referenza għall-kumitat li jeżisti fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex jittratta l-prezzijiet tal-mediċini, tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat mill-bidu ta' Marzu 2013 sal-lum?

Response (DALLI, HELENA)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 4822

Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — konsulenti

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha għamlet użu minnhom matul 2013? Fiex jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f’kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista’ l-Ministru tgħid jekk kull servizz mogħti ngħatax b'direct order jew wara sejħa pubblika?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — laqgħat

Question

Peress li skont l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur li twaqqaf f’Mejju li għadda, irid jiltaqa’ mill-anqas darba fix-xahar, tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba ltaqa’ s’issa dan il-Kunsill minn Marzu 2013 sal-lum u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aġenda tal-laqgħat li saru?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur iltaqa’ erba’ darbiet. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Aġenda ta’ dawn il-laqgħat

Malta National Laboratory – proċess ta’ likwidazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn wasal il-proċess ta’ likwidazzjoni u kemm se jdum l-istess proċess ta’ dak li kien il-Malta National Laboratory li llum jagħmel parti mill-MCCAA? Tista’ tgħid jekk id-diretturi tal-Malta National Laboratory irċevewx ir-remunerazzjoni tagħhom għas-sena 2012 – 2013? Tista’ tgħid x’inhu l-futur tal-Laboratorju Nazzjonali u jekk dan huwiex se jkun parti mill-Bio Science Park kif kien ippjanat?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-likwidazzjoni huwa f’idejn is-Sur John Busuttil li kien appuntat likwidatur. Fil-mument l-awdituri tal-Malta National Laboratory, Busuttil & Micallef qegħdin jagħmlu awditjar biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni finanzjarja fid-data tat-22 ta’ Mejju 2011. Wara dan, il-likwidatur ikun jista jikkonkludi xogholu. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għal kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) qatt ma ħallset lid-Diretturi tal-Malta National Laboratory u mhux se tkun parti mill-Bio Science Park.

MCCAA — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tad-Data — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tal-Informazzjoni u tad-Data approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra

Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra

Tribunal Industrijali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta nħatar it-Tribunal Industrijali? Għalfejn dam daqshekk biex inħatar? Min huma l-membri tat-Tribunal Industrijali?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tribunal Industrijali li huwa mwaqqaf skont l-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg qatt ma waqaf jiffunzjona minn meta l-Att daħal fis-seħħ fl-2002. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ persuni li qed iservu fil-mument bħala chairpersons/membri tat-Tribunal Industrijali.

Konferenza Mediterranja fuq is-sitwazzjoni tal-mara fir-reġjun

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’ħareġ mill-konferenza Mediterranja fuq is-sitwazzjoni tal-mara fir-reġjun u xi rwol kellha Malta f’din il-konferenza?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-12 ta’ Settembru 2013 jiena attendejt it-Tielet Konferenza Ministerjali tal-Unjoni għall-Mediterran dwar it-Tisħiħ tar-Rwol tal-Mara fis-soċjeta’. F’din il-konferenza Malta tat sehemha kemm permezz ta’ laqgħat informali mal-Ministri parteċipanti kif ukoll permezz ta’ diskors li kien jittratta l-ħtieġa ta’ koperazzjoni bejn il-pajjiżi tar-reġjun tal-Mediterran u s-sehem tan-nisa f’dan il-kuntest. Fi tmiem din il-konferenza inħarġet dikjarazzjoni fejn ġew imġedda l-obligazzjonijiet u l-isfidi li għandna fir-rigward tad-drittijiet tal-mara b’enfasi speċjali dwar: (i) Id-drittijiet indqas bejn in-nisa u l-irġiel li jipparteċipaw fil-ħajja politika, ekonomika, ċivili u soċjali (ii) Il-ġlieda kontra kull forma ta’ vjolenza u diskriminazzjoni kontra l-mara u tfal bniet; (iii) Li nkattru kultura dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fejn din tkun realta’ fil-ħajja ta’ kuljum u mhux biss għax noħolqu drittijiet legali

Nazzjonijiet Uniti — Guiding Principles Action Plan 2014

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi pjan għandu dan il-Gvern biex pajjiżna jilħaq il-miri stipulati fil-UN Guiding Principles Action Plan 2014 tal-Unjoni Ewropea fuq id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Gvern jemmen bi sħiħ f'socjeta’ demokratika bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem. Gvern li jemmen f'socjeta' ħielsa, gvern li jiċċelebra d-diversita’, Gvern li jgħaraf l-iżvillup u r-realtajiet soċjali ta’ madwarna, Gvern li jgħożż l-identita’ tagħna l-Maltin, mingħajr ma niddiskriminaw, Gvern li jassigura l-ugwaljanza u r-rispett lejn il-minoranzi u li fuq kollox iħares id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-bniedem. Għaldaqstant, bdejna b'ħidma biex nagħmlu lill-Malta l-aqwa fl-Ewropa fejn jidħlu drittjiet tal-bniedem u l-ugwaljanza. Nemmnu li nistgħu nkunu l-katalisti tal-bidla, bħala best-practice, fir-reġjun tal-Mediterran.

MCESD – budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’ kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lil Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-Mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

MEUSAC — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

NCPE — budget

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-budget tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni ta' l-Ugwaljanza (NCPE) approvat f’April ġiex imnaqqas wara l-approvazzjoni tal-istess budget? Jekk iva b’kemm u x’kienet ir-raġuni?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'xi seduta oħra.

Tribunal Industrijali — chairman

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tneħħa minn chairman tat-Tribunal Industrijali b’effett mit-8 ta’ Lulju 2013? Jekk dan huwa veru x’inhi r-raġuni? Hija konxja li l-ħidma tat-Tribunal Industrijali waqfet ħesrem għad-detriment ta’ ċittadini li qed jiġġieldu għad-drittijiet tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant u nikkonferma li fil-każ tal-persuna msemmija ġiet aċċettata l-offerta tar-riżenja li bagħat lil-Ministeru. Nikkonferma li ġie appuntat Chairman ieħor biex b’hekk ix-xogħol tat-Tribunal ikun jista jitkompla, għalkemm iċ-chairperson in kwestjoni bħal dawk kollha li r-riżenja tagħhom ġiet aċċettata seta jkompli jisma l-każi li kellu mibdija u jkompli jitħallas pro rata. Iċ-chairperson tat-Tribunal Indusrijali jiġi maħtur għal terminu ta’ żmien. It- Tribunal jista jinbidel meta tinħass il-ħtieġa. Meta qed titkellem fuq id-detriment lejn iċ-ċittadin, jidher li l-Onor Interpellant mhix konxja tal-fatt li hemm każi tat-Tribunal li damu s-snin biex jinqatghu. Ix-xogħol tat-Tribunal ilu jaqa’ lura għal ħafna snin u hemm bżonn li din il-problema tkun indirizzata.