Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm persuni ttellgħu l-qorti akkużati li biegħu alkaħol lil tfal taħt l-eta' din is-sena u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illli matul din is-sena, s'issa il-Pulizija ressqet persuna quddiem il-Qorti talli serva xorb alkoħoliku lill-persuni taħt is-sittax il-sena. Din il-persuna kienet misjuba ħatja u weħlet Lm25 multa.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-fingerprinting tat-tfal, u jekk din teżisti minn liema eta' huwa tal-fehma li għandha tiġi applikata?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern m’għandux ħsieb li fil-futur qarib jintroduċi il-fingerprinting tat-tfal. Imma ta’ min jgħid li l-esperti tekniċi qegħdin janalizzaw l-implikazzjonijiet kollha involuti fl-isfond tar-Regolament tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropeja 2544/2004/KE dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta’ sigurta` u għall-bijometriċi f’passaporti u dokumenti ta’ l-ivjaġġar maħruġa mill-Istati Membri. Tali diskussjoni fuq livell tekniku għadha fl-istadju inizjali tagħha.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jsir upgrading tal-ġnien tal-foss ta' l-Imdina u possibbilment jinfetah aċċess għall-pubbliku u t-turisti?
Response (BORG, TONIO)
Qed nassumi illi l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-masġar li hemm fil-foss. Nitlob lill-Onor. Membru biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux milqut minn possession and use? Jekk le, jista' jinxtara?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-post indikat mill-Onorevoli Interpellant huwa mibni fuq art li qiegħda taħt esproprju bil-metodu ta' xiri assolut. Peress li l-proċess ta' esproprju għadu mhux konkluż il-fond in kwistjoni ma jistax jinbiegħ lill-inkwilin.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni bejn it-18 u l-21 sena li għandhom liċenzji tal-kaċċa u kemm hemm pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 1,078 persuna taħt il-21 sena li għandhom liċenzja sabiex iġorru arma tan-nar għal skop ta' kaċċa, filwaqt li 134 oħra għandhom l-applikazzjoni tagħhom qed tkun proċessata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew towed u clamped vetturi din is-sena? Fejn saru?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta' vetturi li ġew towed u clamped minn Jannar sa Awissu ta' din is-sena hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 20344 u jgħid bħalissa kemm hemm kawżi ta' separazzjoni pendenti quddiem il-qorti? Kemm daħlu kawżi ġodda fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? Kemm-il kawża ġiet irtirata fl-istess żmien u kemm ġew deċiżi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' kawżi ta' separazzjoni li hemm pendenti sat-30 ta' Ġunju 2006 quddiem il-Qorti ta' Malta huwa ta' 476 - 470 separazzjoni personali, 5 separazzjoni alimenti u 1 separazzjoni dei beni.
Fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena ġew introdotti 66 kawża ta' separazzjoni.
Fl-istess perijodu ġew irtirati 32 kawża, filwaqt li ġew deċiżi 40 kawża (39 separazzjoni personali u 1 separazzjoni dei beni).
Infurmat ukoll illi l-figuri rikjesti rigwardanti l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) huma s-segwenti:-
Kawżi ta' Separazzjoni pendenti quddiem il-Qorti: 28
Kawżi Ġodda fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena: 3
Kawżi Rtirati fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena: 1
Kawżi Deċiżi fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena: 1
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu rappurtati f'Malta u Għawdex, kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006, inċidenti tat-traffiku lill-pulizija? Kemm minnhom kienu fatali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
SenaNumru totali ta’ rapportiNumru ta’ inċidenti fatali
200113,37219
200214,06215
200313,98217
20045,86612
20054,18113
2006*2,2324
*sat-30/06/06.
Kif diġa’ kelli l-okkażżjoni nispjega fi tweġibiet preċedenti dwar is-suġġett, minn Marzu 2004, l-inċidenti tat-traffiku fejn ma jkunx hemm feruti jew ħsara lill-proprjeta’ tal-Gvern, bdew ikunu nvestigati mill-Gwardjani Lokali.
Gwardjani lokali — Rapporti dwar inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu rappurtati f'Malta u Għawdex, kull sena mill-2001 sa l-aħħar ta' Ġunju 2006, inċidenti tat-traffiku lill-gwardjani lokali?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-delega biex il-Gwardjani Lokali jirrapurtaw inċidenti tat-traffiku ingħatatilhom fl-2004.
Ninsab infurmat illi n-numru ta' inċidenti li ġew irrapurtati mill-Gwardjani Lokali, sena b'sena, kemm ilhom b'din id-delega hu kif jidher hawn taħt:-
2004 10,437
2005 11,597
2006 (sa Ġunju) 5,946
Jista' il-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari tiegħi 12541 u 15122 u jgħid x'kienu l-marki u r-rimarki ġenerali li ngħata l-Kunsill Lokali ta' Sta. Venera fuq il-funzjonijiet tiegħu f'kull rapport, rapport rapport, sa l-aħħar ta' Marzu 2005?
Jista' il-Viċi Prim Minstru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet wara l-mewt ta' persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li miet fit-3 ta' April 2006 wara l-inċident stradali li seħħ fis-27 ta' Marzu 2006? Peress li jidher li kien hemm xi cameras fil-viċin, hemm recording ta' l-inċident? Jista' jara jekk il-pulizija hijiex qed teskludi jew tinkludi li kien hemm xi vettura tal-pulizija involuta?
Response (BORG, TONIO)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba il jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W240, li għadha tgħodd.
Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni għal freedom of movement ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li żżewġet fis-sena 2004 lil persuna ta' nazzjonalita' Maltija li isimha u n-numru ta' l-identita' tagħha wkoll qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-talba li saret dwar l-'exempt person' status (u mhux "Freedom of Movement") tal-persuna kkonċernata għadha qed tiġi eżaminata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti matul l-2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005 u sa l-1 ta' Settembru, 2006 akkużati b'moħqrija jew maltrattament ta' annimali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
2000
2001
2002
2003
2004
2005
2006*
15
11
30
16
1
10
8
*sal-31 ta' Awissu 2006.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm ġew rapportati serqiet. ġlidied, ħsara fi proprjeta' jew ksur ta' paċi pubblika f'Ħal Kirkop tul l-2005 u sa l-1 ta' Settembru, 2006?
Possibbli jingħata breakdown skond it-tip ta' kull rapport, eżempju ġlied, serq, eċċ.?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ħarġitx xi ordni lix-xuffiera tad-direttur tal-ħabs, li dawn ma jistgħux jużaw il-karozzi la tad-direttur u lanqas ta' l-ispettur tal-ħabs, iżda qed jużaw karozza tat-tip Renault Clio li għandha l-liċenzja mhux imġedda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li għalkemm id-Direttur, kif ukoll l-Ispettur iħallsu it-taxxa fuq il-Fringe Benefit fir-rigward tal-karozzi li jużaw huma, il-karozzi tagħhom, meta jkun hemm il-bżonn, jintużaw anke għal xogħol ieħor.
Fir-rigward tal-karozza Renault Clio, ingħataw struzzjonijiet biex din ma tintużax sakemm isirulha t-tiswijiet neċessarji u tkun liċenzjata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kontrollur tal-finanzi li qiegħed stazzjonat il-ħabs u li għandu skala ta' assistent direttur mhux jiġi assenjat lilu x-xogħol li suppost jagħmel, iżda qed jagħmel il-ġurnata tax-xogħol tiegħu idur u jippassiġġa ġewwa l-istess ħabs?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-persuna imsemmija qatt ma kellha interess fix-xogħol li kien jagħmel skond il-grad tiegħu, tant li matul is-sena 2005 ħa 58 ġurnata sick leave u matul is-sena 2006 ħa mitt ġurnata sick leave.
Matul l-assenza tiegħu x-xogħol ta' l-uffiċċju ġie mgħoddi lill-uffiċjal ieħor.
Meta huwa irritorna għax-xogħol ingħata xogħol relatat mal-grad tiegħu iżda xorta ma wettqux.
F'dan ir-rigward ser jittieħdu passi dixxiplinari kontra l-uffiċjal imsemmi.
Jaf il-Viċi Prim Ministru li għal dawn l-aħħar snin il-kunsill lokali ta' l-Isla ilu japplika sabiex numru ta' imħażen biswiet il-maċina ta' l-Isla jiġu devoluti f'idejh? Jaf li dawn l-imħażen illum jinsabu fi stat ta' abbandun totali u m'huma qed iservu ta' ebda utilita' ta' xejn? Jaf il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk u meta t-talba tal-kunsill se tiġi milqugħa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-talba tal-Kunsill Lokali Isla biex jieħdu dawn l-imħażen biex ikunu jistgħu jikruhom għall-ħażna ta' karrijiet tad-dgħajjes kif ukoll, għal 'gymnasium' għaż-żagħżagħ għadha qiegħda tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' talbiet oħra għall-istess fondi speċjalment dawk għal 'alternative accomodation' magħmula minn Dipartimenti u entitajiet tal-Gvern.