Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21111 u 21246 u jagħti l-persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza lir-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21111
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-armata minħabba xogħol konness maż-żamma ta' immigranti irregolari din is-sena u kif intnefqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-ispiża li l-Forzi Armati ta’ Malta għamlu mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena fuq l-immigranti rregolari hija ta’ Lm1,649,463 (nofshom pagi). Din is-somma hi mqassma kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taċ-ċivil quddiem il-PSC illum? Għaliex u ta' liema grad u dipartiment huma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tlettax-il każ li huma pendenti quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
It-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm tkeċċew ħaddiema taċ-ċivil din is-sena u għaliex? Minn liema dipartimenti kienu u xi grad kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 20526 u nżid ngħid illi l-gradi tat-tlett uffiċjali li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku kienu dawn li se nsemmi hawn taħt :
Grad
Dipartiment
Raġuni
Watchman
Xogħolijiet
Traffikar illegali ta’ persuni
General Hand
Forzi Armati ta’ Malta
omiċidju
Labourer
Agrikultura
Repetuttament abbuża mis-
sick leave
Jista' il-Prim Ministru jgħid sa liema data jridu jiġu ppreżentati l-kontijiet għal proġetti li saru permezz tal-fondi mill-Protokoll Taljan sabiex dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-gvern Taljan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kontijiet għall-proġetti li saru permezz tal-fondi mill-Protokoll Taljan iridu jiġu ippreżentati lid-Dipartiment tat-Teżor Taljan qabel it-30 ta’ Settembru 2007.
S’issa, il-Gvern Malti għamel 16-il talba ta’ rimbors taħt il-Protocoll Taljan. Dawn it-talbiet jammontaw għal total ta’ Eur.64,649,188.
Sa llum, Malta irċeviet total ta’ Eur.62,518,007 mill-fondi tal-Protokoll Taljan.
Jista' il-Prim Ministru jgħid liema proġetti ġew finanzjati mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea (2005-2006)?
Sa meta jistgħu jiġu sottomessi l-kontijiet ta' dawn il-proġetti sabiex ikunu jistgħu jitħallsu minn dawn il-fondi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema taċ-ċivil illum? Kemm ħadu sick leave bejniethom sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fil-11 t’Ottubru, 2006 kien hemm total ta’ 27,524 impjegat fil-Ministeri u d-dipartimenti tas-Servizz Pubbliku. Din il-figura tinkludi impjegati full-time, part-time, każwali, u b’kuntratt.
L-aħħar dettalji kompleti tas-sick leave li jkopru l-impjegati tas-Servizz Pubbliku huma dawk għas-sena 2005. Matul din is-sena, 27,752 impjegat ħadu total ta’ 212,272 ġranet sick-leave bejniethom.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kumpanniji ta' reklamar mill-ministeru u dipartimenti tiegħu matul is-sena 2006? Jista' jgħid liema kienu l-aġenziji ta' reklamar li ġew użati u l-ispiża nvoluta f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul is-sena 2006 l-ammont imħallas kien ta’ Lm1,446 lill-BPC International.
L-informazzjoni relatata mal-Ministeru tal-Finanzi qed titpoġġa bħala tabella fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 20457, 21221 u 21245 u jgħid u jagħti s-segwenti figuri mitluba aktar 'l isfel kif rapportati lill-Kummissjoni Ewropea:
Kemm kien l-iżbilanċ finanzjarju tal-gvern (general government) fl-ewwel tliet xhur ta' l-2006 meta kkomparat ma' l-ewwel tliet xhur ta' l-2005?
Kif jikkomparaw il-figuri bħala proporzjon tal-GDP?
Kif l-istess figuri tal-general government jikkomparaw ma' tal-fond konsolidat għall-istess perijodu?
Jekk hemm differenza bejn il-figura tal-fond konsolidat u dik tal-gvern ġenerali, jista' il-gvern jispjega din id-differenza?
Nitlob li kemm il-figuri ta' general government u tal-fond konsolidat jingħatw biex wieħed ikun jista' isegwi aħja
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid meta se jiġu stallati dawk il-faċilitajiet, bħal showers u lockers kif ukoll jiġu mogħtija ilbies protettiv sabiex dawk inkarigati mill-klandestini, b'mod partikolari l-membri ta' l-Armata, u dan stante l-preżenza ta' mard li jista' jaffettwa lill-istess membri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21114 u jgħid kemm ġabar il-gvern taxxa tal-VAT fuq il-fuel kollu ta' kull tip importat f'Malta matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq servizzi soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sa Settembru?
Kemm ġabar VAT fuq il-kumplament ta' prodotti soġġetti għat-taxxa tal-VAT matul l-2004, l-2005 u l-2006 sat-30 ta' Settembru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21114
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21111 u jagħti l-persentaġġ ta' valur ta' VAT miġbur mill-industrija tal-kostruzzjoni matul l-2005 meta mqabbel mal-valur totali miġbur għall-istess sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 21111
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlet flus l-Enemalta mis-surcharge fuq il-konsum tad-dawl u l-ilma? Jista' jaqsam id-dħul mis-surcharge mid-domestic consumption, i.e. tal-familji, hotels u fondi kummerċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti u/jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mill-1 ta' Jannar, 2006 sal-lum? Fiex kien jikkonsisti s-servizz li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet għal kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20364, bil-kelma kontribuzzjoni qed nifhem il-kelma ħlas dovut, jista' issa għalhekk ġentilment iwieġeb din il-mistoqsija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li matul Jannar 2006 sa Ġunju 2006 kien hemm 1087 persuna li ma ħallsux it-taxxa tal-VAT kollha. Din kienet tammonta għal Lm1,902,912.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, kien hemm 165 persuna li kienu ukoll ma ħallsux kollox fl-2005.
Jista' il-Prim Ministru jagħti, sena b'sena mill-1976 sal-lum, in-nefqa kapitali taħt l-oqsma kollha ta' spiża differenti bħal ilma, biedja, edukazzjoni, ambjent eċċ.?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.