Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar San Luqa — Pilloli Aredia

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-isptar San Luqa ngħataw struzzjonijiet biex ma jingħatawx aktar pilloli Aredia għall-każi ta' acute bone density problems?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda struzzjonijiet ġodda fuq l-użu ta' l-Aredia. Il-protokol indikat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5838 għadu qed jiġi osservat mill-Isptar San Luqa.

Tiġieġ tas-simna

Question

Jista' il-Ministru jgħid skond il-kalkoli tal-ministeru, kemm huwa n-numru ta' tiġieġ tas-simna li fil-ġimgħa qed jinqatlu f'Malta mill-proċessuri lokali konformi mar-regoli kollha ta' l-Unjoni Ewropea? Kemm hija l-qatla li qed issir mill-proċessuri li għadhom mhux konformi 100% mar-regoli ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kċina ta' ristorant

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12758, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk ir-ristorant li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għandux il-kċina kif suppost biex minnha ma joħorġux irwejjah qawwija fl-inħawi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret riċenti minn uffiċjali ta' l-istess Dipartiment fil-fond indikat, ġie kkonfermat li l-ventilazzjoni tal-post ta' l-ikel hija regolari u m'hemm l-ebda ksur ta' regolamenti f'dan ir-rigward. Dwar l-allegat irwejjaħ fl-inħawi tali responsabilita' ma taqax taħt il-kompetenza ta' dan id-Dipartiment u għalhekk il-Mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.

Diviżjoni tat-trasfużjoni tad-demm

Question

Jista' il-Ministru jgħid lill-Kamra jekk id-diviżjoni tat-trasfużjoni tad-demm hijiex qiegħda tbiegħ demm għat-trasfużjonijiet lill-isptarijiet jew kliniċi privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni tat-Trasfużjoni tad-demm tagħmel cost recovery charges tal-prodotti tad-demm li tibgħat lill-isptarijiet jew kliniċi privati kif stipolat fil-legal notice LN360 ta' 2003. Id-demm jingħata b'xejn u ma hemm l-ebda charges fuq id-demm. Iċ-charges huma fuq l-ispejjeż li jsiru fuq kull borża u prodott tad-demm għall-analiżi, u pproċessar. Dawn jammontaw għal Lm38.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tiegħu għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — EU Funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

SVPR — Rapport dwar l-ikel u l-istat tal-kċina

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu wara r-rapport ta' l-awditur fuq l-ikel u l-istat tal-kċina fir-residenza San Vincenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment qed jieħu l-passi kollha meħtieġa sabiex permezz ta' programm ta' xogħol, jirratifika n-nuqqasijiet li ġew identifikati mill-Ispettorat tas-Saħħa u dan invista wkoll tal-proċess biex fil-futur is-servizz tal-catering ġewwa San Vinċenz jiġi out-sourced lill-privat.

Gżira — Ċentru tas-saħħa

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira lanqas għandhom boroż tal-karti biex ipoġġu l-pilloli fihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda nuqqas ta' boroż żgħar għall-pilloli iżda kien hemm xi nuqqassijiet fid-delivery ta' boroż kbar li jingħataw biex jinġarru l-affarijiet fihom. Dan għandu jittranġa fil-jiem li ġejjin.

Pazjenti bid-dijabete

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li pazjenti bid-diabete li għandhom bżonn żewġ alcohol wipes kuljum qed jingħataw biss 30 wipes fix-xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Pazjenti bid-dijabete huma intitolati għal alcohol wipe waħda għal kull applikazzjoni, jiġifieri: pazjenti bid-dijabete japplikaw l-insulina darba kuljum u b'hekk jingħataw 30 alcohol wipes fix-xahar mill-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa. Dawk il-pazjenti li japplikaw l-insulina darbtejn kuljum jingħataw 60 alcohol wipes fix-xahar mill-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa.

Sptar San Luqa — Emerġenza

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilmenti li fl-emerġenza ta' l-isptar San Luqa ġieli jkun hemm min idum sitt sigħat biex jinqeda, per eżempju mill-11.00 p.m. sal-5.30 a.m.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma neskludix il-possibilita' li jkun hemm xi nies li jdumu ħin twil biex jinqdew mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza. Wieħed irid isemmi li meta pazjent jilmenta li dam sa kemm inqeda, ħafna drabi jirriżulta illi jew ma kienet emerġenza xejn, jew kien hemm numru ta' emerġenzi veri f'salt bħal meta ikun hemm M.V.A. (inċident tat-traffiku), jew jkunu saru numru ta' eżamijiet mit-tobba; X-Rays, testijiet tad-demm u kultant anke perjodu ta' osservazzjoni fl-Emerġenza. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ speċifiku nitolbu jgħaddili d-dettalji biex dan jiġi investigat.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12698, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant, jista' il-Ministru jirrispondi din id-domanda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-uniċi żewġ diretturi fis-servizz pubbliku li din is-sena kienu waslu għat-tiġdid jew konferma tal-ħatra rispettiva tagħhom huma Dr.Raymond Busuttil fil-kariga ta' Direttur-Ġenerali (Saħħa) u s-Sur Michael F.Beżżina fil-kariga ta' Direttur, Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita'. Fiż-żewġ każi, l-imsemmija ħatra għadha ma ħarġitx, iżda l-Performance Agreement rispettiv tagħhom ġie estiż sakemm jimtlew il-positions rispettivi fuq bażi ta' Performance Agreement ġdid.

Kunsill mediku Malti — Tobba

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12476, jista' il-Ministru jagħti l-istess informazzjoni mill-1 ta' Mejju 2004 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta' Mejju 2004 sal-lum il-Kunsill Mediku rċieva 132(mija u tnejn u tletin) talba għaċ-ċertifikati msemmija.

Djar ta' l-anzjani — Waiting list

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' anzjani, maqsumin f'maskili u femminili, fuq il-waiting list għal kull lokalita' ta' Malta u għal liema djar ta' l-anzjani qegħdin jistennew, bejn l-2000 u l-2005? Jista' il-Ministru jaqsam l-applikazzjonijiet għal kull lokalita' sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tiġieġ tas-Simna

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12364 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jinformana fuq liema raġunijiet il-Ministeru tas-Saħħa qed jieħu azzjoni kontra l-proċessuri tat-tjur lokali? Kemm fil-fatt huwa n-numru tal-proċessuri involuti u minn liema lokalitajiet f'Malta u Għawdex ġejjien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika qiegħed jieħu l-azzjonijiet neċessarji kontra xi proċessuri tat-tjur lokali b'kollaborazzjoni mal-Food and Veteriary Regulatory Division tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura peress li dawn ma jikkonformawx mal-Liġijiet ta' Malta. Hemm sbatax (17)-il proċessur involut minn tlettax (13) -il lokalita' f'Malta u Għawdex.

Kontaminazzjoni ta' bajjiet

Question

Jista' il-Ministru jinformana liema huma l-bajjiet li s-sena l-oħra kienu projbiti għall-għawm minħabba kontaminazzjoni ta' drenaġġ, żjut jew ħmieġ, eċċ.? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant diġa' ġiet mgħoddija lilu bil-posta eletronika matul l-istaġun ta' l-għawm mis-sezzjoni tas-Saħħa Ambjentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Kull informazzjoni li għandha x'taqsam mal-kwalita' ta' l-ilma baħar qiegħda tindbagħat regolari lil kull membru parlamentari bil-posta eletronika u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-informazzjoni mibgħuta lilu, nkluż dik li ntbagħtitlu nhar it-Tlieta filgħodu.

Saħħa — Inkonvenjent kawżat minn ħmieġ ta' ħanut

Question

Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex is-sid ta' ħanut li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma jibqax jikkaġuna inkonvenjent għall-ġirien bi ħmieġ u ġrieden għax jiftaħar li ħadd ma jista' għalih?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi waqt li d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika riċentament ma kellu l-ebda lment dwar il-post indikat saru diversi spezzjonijiet fil-fond bħala parti mill-ispezzjonijiet li jsiru regolari fi stabilimenti ta' l-ikel. Ittieħdu passi legali fit-13 ta' Awissu 2001 u fis-6 ta' April 2005 rigward irregolaritajiet dwar il-liġijiet ta' l-ikel. Saru wkoll żewġ garanziji bil-miktub għall-finijiet ta' l-artikolu 39 ta' l-Att ta' 2002 dwar is-Sigurta ta' l-Ikel fit-30 ta' Ġunju 2004 u fit-28 ta' Jannar 2005. L-aħħar spezzjoni li saret fil-fond indikat kien fl-24 ta' Mejju 2005 fejn ġie kklassifikat bħala Grade C u ma ġew innutati l-ebda ġrieden fl-inħawi ta' l-istess post. Ninforma ukoll, li l-istess negozju ta' l-ikel temporanjament mexa minn post għal ieħor minħabba l-fatt li qed isiru xi xogħlijiet strutturali fil-fond li għal dawn l-aħħar snin l-operatur kien qed jaħdem minnu. Dan qed isir minħabba l-fatt li l-operatur irid li l-post tiegħu jkun konformi mal-liġijiet ta' l-ikel.

Dipartiment għal kura ta' l-anzjani — Helpers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ġara mis-sejħa li kien għamel id-dipartiment għall-kura ta' l-anzjani dwar helpers nisa li kienu applikaw matul is-sena li għaddiet? Jista' jgħid x'ġara mill-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara li kienet attendiet għall-interview u aċċettat il-kundizzjonijiet li offrilha d-dipartiment, u wara li ma semgħat xejn aktar għal diversi xhur?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara sejħa u interviews li saru għall-Part Time Social Assistants, id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' irċieva l-lista ta' l-applikanti skond l-order of merit fis-16 ta' Settembru 2004. Is-sezzjoni tal-Home Help jibgħat għal dawn il-Part Time Social Assistants skond din il-lista meta tinħoloq xi vakanza jew ikun hemm aktar domanda għas-servizz fil-komunita'. Wara talba mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita' lill-Employment and Training Corporation il-validita' ta' din il-lista ġiet estiża sat-12 ta' Lulju 2005. Il-persuna li l-Onor. Interpellant irrefera għaliha ġiet offruta xogħol bħala Part Time Social Assistant fl-24 ta' Mejju 2005.

Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onor. Interpellant għandha tiċċara ukoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Sptarijiet — Attakki mill-annimali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' pazjenti li ddaħħlu għal kura fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex bħala riżultat ta' attakki minn annimali jew ġrieħi kkawżati minn annimali, sena b'sena mill-2003 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Dipartiment ta' l-Emerġenza fl-Isptar San Luqa ma jżommx din l-informazzjoni