Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24846 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

X-RAY

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiet infurmata bir-riżultat ta' l-X-ray li ttieħdulha f'Novembru tas-sena l-oħra fl-14 ta' Marzu ta' din is-sena, meta ddaħlet mill-ġdid għall-kura fl-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567.
Leg 9 PQ #25017 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Allowances & Fringe Benefits

Question

Billi l-mistoqsija parlamentari nru. 18238 ġiet mwieġba li tweġiba tingħata f'seduta oħra, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija li għamilt dwar allowances u fringe benefits li qed jieħu ic-chairman tal-FMS?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għad-dokument li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta 393 tat-13 ta' Ottubru 2000.
Leg 9 PQ #25048 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' (a) angioplast (b) coronary artery bypass (c) angiograms is-sena l-oħra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li operazzjonijiet is-sena l-oħra saru: Angioplasty - 418 Angiograms - 1742 CABG - 304
Leg 9 PQ #25064 Sitting 532 2001-04-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile Phone Antennae — Riskji għas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif l-antennae tal-mobile phones ġew miżmuma milli jeħlu ma' l-iskejjel u fl-istess waqt ma ġewx miżmuma milli jeħlu ma' bjut ta' djar residenzjali? Jekk l-awtoritajiet ħassew il-ħtieġa li jwaqqfu t-twaħħil ta' dan l-appart ma ċertu bini minħabba xi riskji għas-saħħa, ma jidhirlux l-Ministru li għandhom jittieħdu 'l passi biex dan l-istess apparat ma jitwaħħalx fuq bjut f'areas residenzjali għaliex il-kriterji applikati fl-ewwel każ japplikaw għat-tieni każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa qatt ma` waqqaf it-twaħħil ta` antennae tal-mobile phone ma` l-iskejjel.
Leg 9 PQ #24734 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ħut Mejjet

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'investigazzjoni saret mid-dipartiment tas-saħħa dwar ir-rapport li deher fil-ġurnal "l-orizzont" f'paġna 3, nhar il-Ġimgħa 23 ta' Marzu, dwar ħut mejjet taħt il-gaġġeġ tat-tonn, kif esebit b'filmati, mill-koperattiva nazzjonali tas-sajd?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 24734, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kontroll fuq 'Coastal Waters' huwa responsabilita` tal-Ministru ta` l-Ambjent, waqt li l-kontrol fuq trobbija tal-ħut huwa tal-Ministru responsabbli minn l-Agrikoltura u Sajd. Għaldaqstant, nissuġġerixxi li tali mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministri kkonċernati.
Leg 9 PQ #25004 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Servizz Pubbliku — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 24718 li oriġinarjament kienet saret lil Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' jara li tiġi rranġata l-anomalija li qed isofru ħaddiema fil-yacht marina u l-port health office fejn, minkejja li jagħmlu l-istess xogħol, uħud minnhom għandhom grad ta' porter (health guard) filwaqt li oħrajn għandhom grad ta' timekeeper?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-salarju ta' l-impjegati fis-Servizz Pubbliku huwa relatat mal-grad tagħhom u mhux max-xogħol li jkunu qed jagħmlu. Hija ħaġa komuni fis-Servizz Pubbliku li mpjegati jagħmlu xogħol li mhux direttament relatat mal-grad li jkollhom. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati li għalihom qed jirreferi huma kollha fuq il-massimu ta' l-iskala tas-salarju tal-grad tagħhom.
Leg 9 PQ #25023 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Pawl Boffa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kull tabib u speċjalista li jaħdmu fl-isptar San Pawl Boffa, ħadu ġranet leave u study leave separatament.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għad-domanda parlamentari numru 25023.
Leg 9 PQ #25024 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Riklami

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ta permess biex jitpoġġew leaflets ta' riklami ta' mediċina fl-out patients tad-dermatoloġija

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija ma jkunx hemm reklami. Li jeżistu, huma 'Health Education Posters' u 'Patient Information Leaflets' fil-'Waiting Areas'.
Leg 9 PQ #25025 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Out Patients Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kull persuna li taħdem fl-out patients department tal-ontoloġija u dermatoloġija fl-Isptar Sir Paul Boffa, kemm ħadu siegħat ta' temporary absence fis-sena 1999 u s-sena 2000 separatament

Response (DEGUARA, LOUIS)

Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għad-domanda parlamentari numru 25025.
Leg 9 PQ #25026 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Out Patients Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull persuna li taħdem fl-out patients department tal-ontoloġija u dermatoloġija fl-isptar Sir Paul Boffa kemm ħadu ġranet sick fis-sena 1999 u s-sena 2000 separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-risposta għad-domanda parlamentari numru 25026.
Leg 9 PQ #25037 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tobba jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa illum u kemm suppost huma il-full-employment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' tobba (medical officers / general practitioners) li fil-preżent jaħdmu fiċ-Centru tas-Saħħa huwa 69. Fost dawn hemm ħamsa bir-reduced hours (50%) u tnejn bil-maternity leave. Ma' dawn hemm ukoll numu ta' part-timers li jaħdmu numru ta' sigħat varji (sa sittax-il siegħa fil-ġimgħa). Iżda dawn ma jidħlux għax-xogħol regolari u dejjem kif skedati u għalhekk is-sigħat maħduma jvarjaw minn ġimgħa għal ġimgħa. Fil-preżent hemm total ta' erbatax-il part timer. Il-"full complement" huwa ta' 95 tabib, li jiżdiedu għal 105 sabiex ikun jista' jibda' servizz ukoll miċ-Centru tas-Saħħa ta' B'Kara.
Leg 9 PQ #25137 Sitting 531 2001-04-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Operazzjoni — Foreign Body

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk pazjenta li kienet operata il-Ħamis, 29 ta' Marzu 2001 u l-Ġimgħa 30 ta' Marzu 2001 kellha terġa tiġi operata wara li tħalla foreign body ġo fiha xi ħin ta' qabel? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Filwaqt li nikkonferma dan l-inċident, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Amministrazzjoni ta` l-Isptar San Luqa, dakinhar stess ta` l-inċident ħadet il-passi neċessarji sabiex issir inkjesta.
Leg 9 PQ #25012 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Security Guards

Question

B'riferenza għar-risposta tal-Prim Ministrż għall-mistoqsija parlamentari nrż. 24909 dwar l-eżami bil-miktżb ta' secżrity gżards, jista' l-Ministrż jgħid x'passi ttieħdż mid-Dipartiment tas-Saħħa, peress li skond kif qal l-Prim Ministrż, d-dixxiplina issa ġiet delegata lid-dipartiment ż li l-Kap tad-Dipartiment ġie mitlżb jara x'passi għandhom jittieħdż f'dan il-każ

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li wara li d-Diviżjoni tas-Saħħa kienet infurmata bil-każ li kien ġara waqt l-eżami bil-miktub għall-mili ta` postijiet ta` Security Guards, irreferiet l-każ lill-Avukat Ġenerali skond it-Termini tar-Regolamenti tad-Dixxiplina tal-1999 tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. L-Avukat Ġenerali ssuġġerixxa li għandhom jibdew proċeduri kriminali f'dan il-każ. Id-Diviżjoni tas-Saħħa kitbet lill-Kumissarju tal-Pulizija dwar dan.
Leg 9 PQ #25022 Sitting 530 2001-04-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tad-Dermatoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma r-registrars u senior registrars fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija u f'kull każ xi kwalifiki għandhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtiequ ninformaw lill-Onor. Interpellant li r-'Registrars u s-Senior Registrars' fid-Dipartiment tad-Dermatoloġija, u xi kwalifiki għandhom f'kull każ huma kif ġejjin: Dr. Eileen Borg Colonel (Doctor) Edwin Mifsud L/RAMC Registrar Senior Registrar M.D. Dip. Derm. Sciences (Wales) M.D. Dip. Derm. (London) Dr. Stephanie Lateo Registrar M.D. M.R.C.P. (UK)
Leg 9 PQ #24941 Sitting 529 2001-04-04 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Security Guards

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu r-riżultati għal security guards mad-dipartiment tas-saħħa, liema riżultati ħarġu f'Diċembru 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għad-domanda parlamentari numru 24609.
Leg 9 PQ #24903 Sitting 528 2001-04-04 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ħal Farruġ — Ġrieden

Question

Jaf il-Ministru bl-infestazzjoni tal-ġrieden li hemm fl-area ta' Ħal Farruġ, Ħal Luqa, għad-detriment ta' saħħet in-nies, minħabba l-ħmieġ u l-iżdingar li hemm fl-area? X'qiegħed isir biex din il-problema tingħeleb?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li saru spezzjonijiet minn Uffiċċjali ta` dan id-Dipartiment fl-area ta` Ħal Farruġ Luqa. L-ebda akkumulu ta` ħmieġ ma` ġie nnotat, għalkemm jeżistu akkumuli ta` ġebel u materjal ieħor ta` kostruzzjoni li tħalla wara l-bini ta` ċertu djar/flats. Dwar infestazzjoni ta` ġrieden jien infurmat li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control' ta` l-istess Dipartiment, għamlu trattament intensiv ta` tqiegħid ta` velenu fil-lok indikat. Trattamenti simili fl-istess lokalita` kienu saru f'Lulju 2000 u Frar ta` din is-sena. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita regolarment, sakemm l-infestazzjoni tiġi kkontrollata.
Leg 9 PQ #24199 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Medical Stores — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li bejn Settembru 1998 u l-aħħar tas-sena 2000 intnefqu biex jiġi refurbished il-bini tal-medical stores fi Gwardamanga (inkluż infrastruttura, soft furnishings, għamara, computers, eċċ.) Jista' l-Ministru jgħid minn liema vot jew voti ttieħdu dawn il-finanzi u min awtorizza din l-ispiża? Kemm kien l-ammont li tħallas sa l-aħħar tas-sena 2000? Fl-aħħar tas-sena 2000 kemm kien l-ammont ta' flus li kienu għadhom ma tħallsux?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ammont ta' flus li ntefaq bejn Settembru 1998 u Diċembru 2000 mid-Dipartiment tal-GPS kemm fl-uffiċini kif ukoll fl-istores kien ta' LM80,047.41. Il-finanzi ttieħdu mill-voti Materials & Supplies u Repair & Upkeep. L-ispiża ġiet awtorizzata mid-Direttur u l-Assistenti Diretturi tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern skond ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti. L-ammont ta' flus li tħallas sa l-aħħar tas-sena 2000 kien ta' Lm79,341.13 u l-ammont pendenti li sa s-sena l-oħra kien għadu ma tħallasx, jammonta għat-total ta' Lm706.28.
Leg 9 PQ #24200 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Medical Stores — Refurbishing

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u l-aħħar tas-sena 2000 kemm mix-xogħol ta' refurbishing li sar fil-bini tal-medical stores fi Gwardamanga ħareġ wara sejħa ta' tender? Kemm mix-xogħol sar b'direct order? Kemm mix-xogħol sar wara li ntalbu quotations?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li minn Settembru, 1998 sa l-aħħar tas-sena 2000, xogħol ta' refurbishing li sar fil-bini tal-GPS kien imqassam hekk: B'sejħa ta' tender: 0 Direct orders 25 Quotations 25 Sealed quotations 44 skond kif pprovdut fil-Public Service Procurement Regulations 1996.
Leg 9 PQ #24896 Sitting 527 2001-04-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Diamox

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli tal-Glaucoma Diamox huma out of stock?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix xi nżid aktar mar-risposti dwar l-istess suġġett li tajt għad-domandi 24314 tat-12/03/2001 u 24527 tal-21/03/2001.
Leg 9 PQ #24750 Sitting 526 2001-04-03 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istaff ta' l-Isptar Monte Carmeli huwiex biżżejjed u humiex qed ilaħħqu max-xogħol? Jikkonferma l-Ministru li pazjenti b'mard mentali qegħdin jagħmlu xogħol ta' tindif kif ukoll użu u xogħol tal-laundryette?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-istaff li hemm ġewwa Monte Karmeli huwa biżżejjed biex ilaħħaq mal-ħtiġijiet normali tax-xogħol. Nikkonferma wkoll li pazjenti li hemm fl-isptar Monte Karmeli jew li xi darba ħadu l-kura hemm ġew, ilhom snin jagħmlu xogħol volontarju bħal p. eż. muntaġġ ta' rubber rings u assembly ta' plastic tubing. Dan l-aħħar ukoll bdew jagħmlu xi xogħol volontarju ta' tindif u fil-launderette. Ta' dan ix-xogħol volontarju, li jifforma parti mill-kura terapewtika tagħhom qegħdin jieħdu allowance b' l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.