Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18164 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Prodotti — Roħs

Question

Fid-dawl tal-fatt li l-Ministru qal li kellhom jorħsu 40,000 prodott bl-introduzzjoni tal-VAT, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-prodotti li roħsu mill-05 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Jagħti wkoll l-istess breakdown għal prodotti li għolew matul l-istess perijodu?

Response (DALLI, JOHN)

M ghandi xejn x inzid mat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija parlamentari numru 3496.
Leg 9 PQ #18398 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

VRT — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu vetturi tad-dipartimenti li għalihom huwa responsabbli l-ministru, għall-VRT u kemm weħlu?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li minn 43 vettura li ttellu all-VRT, weħlu 2.
Leg 9 PQ #18465 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Valletta — Monte Di Pieta'

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'xogħlijiet saru ġewwa l-Monte' di Pieta', Strada Merkanti, Valletta u kemm flus intnefqu f'dan ir-restawr u abbelliment?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istat ta abandun u ta telqa fil-fergha tad-Dipartiment tat-Taxxi Nterni, l-Capital Transfer Duty Division fil-Monte di Pieta kien ilu jinhass. Ghalhekk inghata bidu ghall-progett ta rijabilitazzjoni u ristawr tal-fond numru 46 Triq il-Merkanti, Valletta, bl-iskop ewlieni li l-amenitajiet ambjentali jitjiebu kemm ghall-haddiema tad-dipartiment kif ukoll ghall-pubbliku in generali li jkollu bzonn izur dan id-dipartiment. Wara li nghata permess mill-Awtorita tal-Ippjanar beda x-xoghol ta ristawr li kien jinkludi tindifa generali tal-fond, fejn thallew u sahansitra anki nkixxfu l-karrateristici originali tal-fond. Tqaxxret hafna miz-zebgha mill-hitan li parzjalment thallew fuq il-gebla u ohrajn inzebghu u bhekk inholoq kuntrast helu - sar xoghol fuq saqaf ewlieni tal-entrata li kien kollu lavur. Kienu mikxufa arkati li kienu bblokati mal-milja tas-snin u bhekk nkixfu. Inbidel hafna mill-madum miksur izda nzamm still antik ta madum biex jikkomplementa l-ambjent tal-post. Xi travi thallew fuq l-injam u ohrajn inzebghu bkuluri addattati. Instabet rokna wkoll minfejn ikun jista jintrama u jintuza lift minghajr ma jistona biex l-ufficcju kollu jkun jista jintlahaq minn kulhadd. Tnehha l-aluminium kollu li ma kienx addatat mal-ambjent u kien sostwit binjam. Tnehhew il-partitions li kienu johonqu l-ispazju ristrett u jifgaw l-ambjent. Tbiddel il-plumbing kollu tad-dipartiment kif ukoll bdiet tinbidel is-sistema tal-elettriku li kienet ta periklu kontinwu. Sar dawl addatat mal-post. Qed isiru toilets godda biex jissostitwixxu ohrajn fi bnadi mhux addatati. Se jitwaqqghu t-toilets il-qodma biex l-ufficcju kollu jkun aktar imdawwal minn bitha interna li prattikament kienet tokkupa t-toilets ta qabel. Zdiedu ukoll xi air-conditioners fi kmamar minghajr distinzjoni. Inbniet kamra fuq is-sular ta fuq minhabba li nhasset il-htiega ta espansjoni tal-ufficcju u liema kamra nzammet fuq l-istess stil tal-fond kollu. Kull ufficcju li qed ikun ristawrat qed ikun mghammar bdesks addattabli godda li jghoddu ghaz-zmenijiet tal-lum. Sadanittant inhasset il-htiega wkoll li jinghata bidu ghall-komputerazzjoni tal-attivita kollha ta dan id-dipartiment. L-infrastrattura kollha tal-komputerazzjoni tlestiet waqt li ghaddej ix-xoghol ta ristawr u bdiet ukoll britmu l-organizzazzjoni - il-fergha kienet nieqsa minn kull informazzjoni teknologika u kien ilu jinhass il-bzonn li l-attivita tad-dipartiment tkun komputerizzata. Imma l-akbar sodisfazzjon hu li prattikament ix-xoghol kollu li sar professjonalment breqqa kbira sar mill-haddiema industrijali tal-istess dipartiment. Izda qatt ma naqas l-intervent minn wiehed mill-periti tal-Gvern li hu mixhut fuq ir-ristawrar tal-antikatijiet . L-ispiza totali sa issa lahqet madwar hamsa u erbghin elf lira.
Leg 9 PQ #18466 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Capital Gains Tax

Question

Jista' l-Ministru, in vista, tad-domanda parlamentari numru 13727, jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement kwestjonijiet pendenti ta' capital gains tax u kemm ġew meħlusa minnhom mill-15 ta' Frar, 2000 sat-30 ta' Ġunju, 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' każijiet pendenti hu ta' 3418. Bejn il-15 ta' Frar u t-30 ta' Ġunju inħadmu 2650
Leg 9 PQ #18467 Sitting 356 2000-07-21 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Bini tal-Borża l-ġdida

Question

Jista' l-Ministru, in vista, tad-domandi parlamentari preċedenti jinformana l-Kamra f'liema pożizzjoni jinsab il-bini tal-Borża l-ġdida u jistax jaġġorna l-Kamra fuq il-miżuri li ttieħdu sabiex is-saqaf ta' l-injam jiġi effettivament preservat?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li x-xool fuq il-bini l-ġdid tal-Borża jinsab fit-tieni fażi, jiġifieri issa beda x-xool fuq l-istruttura nterna li sa tkun komposta minn frame ta' l-azzar. Qed isir xool ukoll dwar is-substation u t-toilets pubbliċi qdin jiġu spostati sabiex tinata dehra ġdida all-entratura tal-Barakka ta' Fuq. Kif diġa' ntqal fir-risposta all-PQ 11852 il-parti tas-soffit li nstab f'kondizzjoni tajba qed jinżamm fiċ-Chambers taħt l-istess bini sabiex jerġa jintuża f'Conference Room maħsuba fi ħdan il-bini stess.
Leg 9 PQ #18010 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Lotteriji — Bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kemm kien il-bejgħ fi flus ta': (1) biljetti tas-Super Five; (2)Lottu tas-Sibt; (3) Lotterija Nazzjonali; (4) lotteriji oħra bħal Presto?

Response (DALLI, JOHN)

N#arraf lill-Onorevoli Interpellant li l-bejgħ fi flus ta' biljetti matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena kien kif ġej: 1. Super Five - Lm4,014,5892. Lottu tas-Sibt - Lm5,660,8433. Lotterija Nazzjonali - Lm 543,2204. Tiritombla - Lm 215,6745. Presto - Lm 415,317
Leg 9 PQ #18293 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartimenti — Ħlasijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħlasijiet pendenti dovuti lill-kuntratturi mid-dipartimenti kollha tal-gvern, in partikolari d-dipartiment tad-drenaġġ, għal xogħlijiet li diġa' saru mill-1995 'il hawn? X'inhu jżomm lill-gvern milli jħallas dak dovut meta ħafna mill-kuntratturi qegħdin lura is-snin fil-ħlasijiet mill-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilta' all-ħlas lill-kuntratturi hija ta' dak id-Dipartiment li alih ikun sar ix-xool. F'dan il-każ partikolari d-Dipartiment tad-Drenaġġ jamel parti mid-Diviżjoni tax-Xoolijiet fil-Ministeru ta' l-Ambjent. Narraf lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilta' all-ħlas lill-kuntratturi hija ta' dak id-Dipartiment li alih ikun sar ix-xool. F'dan il-każ partikolari d-Dipartiment tad-Drenaġġ jamel parti mid-Diviżjoni tax-Xoolijiet fil-Ministeru ta' l-Ambjent.
Leg 9 PQ #18302 Sitting 355 2000-07-21 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Lm10 tal-ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha sal-lum ma ħaditx Lm10 tal-ħobż kif imħabbar fl-aħħar budget?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Teżor ħa l-passi neċessarji biex il-pagament ta' Lm10 jitħallas mill-aktar fis possibli. Narraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Teżor ħa l-passi neċessarji biex il-pagament ta' Lm10 jitħallas mill-aktar fis possibli.
Leg 9 PQ #18157 Sitting 354 2000-07-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar u riċevimenti fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2000 fil-ministeru, dipartimenti u korporazzjonijiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-taghrif mitlub huwa kif gej: Dipartiment Entita Safar Ricevimenti LM LM Ministeru tal-Finanzi 29,195.00 1,650.00 Lottu 1,386.53 Xejn VAT Xejn Xejn Tezor 1,539.96 Xejn Dwana 3,340.00 295.00 Kuntratti Xejn 30.00 Taxxi Interni 1,560.00 Xejn Borza ta Malta 22,958.00 Xejn Centru ghas-Servizzi Finanzjarji 14,420.00 Xejn Bank Centrali 32,625.88 1,173.00
Leg 9 PQ #18077 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti barranin li qed jagħtu servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u x'kondizzjonijiet għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-taghrif mitlub qieghed jitpogga fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #18228 Sitting 353 2000-07-19 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru għal Finanzi — Korporazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm awtoritajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, istituti u kwalunkwe organizzazzjoni oħra kważi non-governemental li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ull entita' meta ġiet imwaqqfa? Jista' jgħid x'salarji u fringe benefits li jieħdu f'kull każ iċ-chairpersons u d-diretturi ta' kull entita'? Jista' jgħid kemm minn dawn iċ-chairpersons u diretturi kienu mpjegati fi-Ċivil qabel ma marru ma' dawn l-entitajiet u f'liema grad kienu l-aħħar?

Response (DALLI, JOHN)

M hemm l-ebda awtorita , korporazzjoni, jew agenzij, ecc kwazi non-governmental fil-ministeru tieghi.
Leg 9 PQ #18020 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxpayers — Unjoni Ewropea

Question

Peress li rapporti uffiċjali ta' l-OECD jikkonfermaw li transfer from consumers u transfers from tax payers fil-pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropa huma fil-livelli ta' 127.5 billion Euro fis-sena ( u dan at farm fate level), jista' l-Ministru jinfurmana kif dawn it-taxxi se jaffetwaw lill-poplu Malti u Għawdxi wara li pajjiżna jsir membru ta' l-Unjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #18165 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa — Refunds

Question

Wara r-risposta tal-mistoqsija parlamentari mumru 17371, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni personalment lil familja konċernata?

Response (DALLI, JOHN)

Il-persuna kkoncernat tista tmur il-Customer Helpdesk tad-Dipartiment biex tinghata l-informazzjoni necessarja.
Leg 9 PQ #18225 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Witholding tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal il-gvern witholding tax mill-banek mill-1996 sal-lum, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

Id-dhul tal-Gvern mill-Withholding Tax mill-banek kien hekk: 1996 Lm6,260,851 1997 Lm5,730,483 1998 Lm9,770,874 1999 Lm8,846,661 2000 (Jan-Gunju) Lm6,095,289
Leg 9 PQ #18244 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxa — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa fuq: (a) prodotti tat-tabakk (sigaretti, sigarri, eċċ.); u (b) alkoħol matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

It-taxxi migbura fuq is-sigaretti, tabakk u alkohol matul l-ewwel sitt xhur ta din is-sena(2000) huma kif gej: 2000 Lm Jannar-Gunju Tabakk 654,213 Sigarri 46,039 Sigaretti 6,868,921 Alkohol (Spirti) 1,831,890 Dawn il-figuri jinkludi, kull fejn japplika, id-dazju fuq l-importazzjoni, levy, vat, u taxxa tas-sisa.
Leg 9 PQ #18250 Sitting 352 2000-07-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-gvern utilizza parti mir-riżervi tal-Bank Ċentrali fl-aħħar tliet xhur ta' l-1998?

Response (DALLI, JOHN)

Nixtieq nitlob lil-Onorevoli Interpellant jispjega ghal liema rapporti qed jirreferi sabiex inkun nista nifhem ahjar id-domanda.
Leg 9 PQ #18067 Sitting 351 2000-07-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?

Response (DALLI, JOHN)

Naghrraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ghal-din il-mistoqsija ser tinghata f xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #17806 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Rapport

Question

Issa li l-uffiċċju nazzjonali ta' l-awditur għadda lill-Ministeru tal-Finanzi, ir-rapport dwar it-trasport governattiv, meta se jitħejjew il-kummenti tal-ministeru li qed jistenna l-uffiċċju nazzjonali ta' l-awditur biex ikun jista' jtemm ir-rapport tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi bi ħsiebu jagħti l-kummenti tiegħu fuq ir-rapport tal-awditur dwar it-trasport governattiv fi żmien qasir. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi bi ħsiebu jagħti l-kummenti tiegħu fuq ir-rapport tal-awditur dwar it-trasport governattiv fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #18060 Sitting 350 2000-07-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw in-numru ta' konsulenti lokali u barranin li taw servizz lill-ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-31 ta' Mejju 2000? Jista' jgħid min kienu u x'tip ta' xogħol qed jagħmlu? Jista' jgħid x'salarju u kondizzjonijiet irċevew?

Response (DALLI, JOHN)

Naghrraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ghal din il-mistoqsija ser tinghata f xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #17896 Sitting 349 2000-07-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

ħMinisteru tal-Finanzi — Karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi li huma mikrija mid-dipartimenti u l-ministeru nkluż is-segretarjat privat? F'liema dipartiment jservu dawn il-karozzi? Kemm huwa n-numru ta' karozzi impressed fil-mument u f'liema dipartimenti jservu?

Response (DALLI, JOHN)

Narraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dekasteru ti m'hemmx karozzi 'impressed' u karozzi mikrija hemm tnejn, waħda all-użu ti u l-oħra mikrija al perjodu qasir sakemm isiru tiswijt fuq il-karozza uffiċċjali tas-Segretarju Permanenti.