Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm djar magħrufa bħala ex-officers f'Ħal-Luqa (dawk id-djar li huma biswit il-head offices ta' l-Air Malta)? Min huma l-inkwilini ta' dawn id-djar jekk huma okkupati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-sit li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant hu proprjeta’ tad-Dipartiment ta’ l-Artijiet. Għalhekk nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorita' tad-Djar — Manutenzjoni ta' post tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tara li l-persuna mill-Isla li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li diġa' għandha applikazzjoni quddiem l-awtorita' tad-djar, tiġi megħjuna biex jinstabilha kuntrattur biex jagħmlilha x-xogħol meħtieġ minħabba li qed issibha ferm diffiċli biex issib kuntrattur u jagħmlilha l-irċevuta fiskali tal-VAT, b'konsegwenza li ma tistax tirranġa l-post tal-gvern fejn qed tgħix?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar għandha lista ta' kuntratturi li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tista tagħmel użu minnha. Kopja ta' din il-lista ser tintbgħat mill-Awtorita' lill persuna konċernata biex tagħżel il-kuntrattur li jagħmel ix-xogħol meħtieġ.
Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex is-saqaf ta' post tal-gvern li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, ma jibqax ta' periklu għar-residenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt id-dettalji tal-post indikat mill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga l-ilment u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jsir l-upgrading fil-parti komuni ta' Blokk A, B u C, Dockyard Terrace, l-Isla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li tlesta x-xogħol ta' tikħil u restawr tal-faċċata u li qed isir ix-xogħol tal-house connections fil-blokki ndikati mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmata wkoll li xogħol ieħor f'partijiet komuni ta' dawn il-blokki maħsub li jsir aktar tard din is-sena.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex jixtri l-fond tiegħu f'Bormla? Meta mistenni jsir il-konvenju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tipproduċi d-dokumenti mitluba biex isir it-test tal-mezzi skond l-iskema li taħtha saret l-applikazzjoni.
Ninsab infurmata wkoll li, kif tirċievi dawn id-dokumenti l-Awtorita' tkun tista' tipproċessa l-applikazzjoni.
B'riferenza għall-iskema "Sir Sid Darek", skema għax-xiri ta' djar ta' abitazzjoni tal-gvern, tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li appartament bi tliet kmamar tas-sodda ma jistax jinbiegħ inqas minn Lm18,000? Nixtieq inkun naf jekk is-sussidju hux inkluż f'dak il-prezz jew le. Kemm saru talbiet mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena, biex jinxtraw appartamenti b'kamra tas-sodda waħda? Kemm-il talba ġiet milqugħa? Kemm kien il-prezz kummerċjali u l-prezz sussidjat ta' kull unit? Nistedinha tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Standard Contract bil-kondizzjonijiet imposti mill-Awtorita' tad-Djar, ix-xerrejja l-ġodda tal-proprjeta'.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-emendi għall-Iskema Sir Sid Darek, ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’ Mejju 2006, li jikkonfermaw li ebda appartament bi tlett kmamar tas-sodda ma jinbiegħ b’anqas minn tmintax-il elf lira. Dan il-prezz hu bis-sussidju mnaqqas.
Dwar il-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19710 f’Seduta Numru 399.
Tista' il-Ministru tgħid mill-bidu li bdiet topera l-Aġenzija Sapport kemm kien hemm impjegati li rriżenjaw minn din l-aġenzija? Xi grad kienu dawn l-impjegati? Kien hemm minn dawn l-impjegati li tkeċċew mix-xogħol u għaliex tkeċċew? Kemm hemm impjegati full-time u part-time ma' l-Aġenzija Sapport? X'inhi r-raġuni li din l-Aġenzija tħaddem ħafna part-timers milli full-timers?
Billi jidher li ttieħdet id-deċiżjoni li l-ATC s sejrin mal-fondazzjoni għall-ħarsien soċjali, meta sejra din il-fondazzjoni tikkonsulta mal-ġenituri tal-persuni b'diżabilita' li qed jattendu fl-ATCs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel ħames partijiet tal-Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-trasferiment tar-responsabbilta’ taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali hu proċess amministrattiv li m’għandux ikollu xi impatt negattiv fuq il-klijenti. Fil-fatt dan it-trasferiment hu ntenzjonat biex ikompli jġib il-quddiem is-servizz li jingħata lil dawn il-klijenti. F’dan ir-rigward, ninsab infurmata li konsultazzjonijiet informali mall-ġenituri tal-klijenti bdew xhur ilu.
Tista' il-Ministru tara jekk persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li waqfet mix-xogħol għax mhijiex tajba għax-xogħol u m'għandha l-ebda dħul, tinħarġilha xi forma ta' benefiċċju soċjali? Tista' tiġi informata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
B'riferenza għall-avviżi nri. 151, 152, 153 u 154 magħmula miċ-chairperson ta' l-awtorita' tad-djar u liema avviż deher fil-Gazzetta tal-Gvern tas-16 ta' Ġunju 2006, tista' il-Ministru tgħid jekk dan il-bejgħ hux outright sale miftuħ għal kulħadd jew altrimenti hux se jkun hemm sistema ta' punteġġ li permezz tagħha jiġu preferuti koppji żgħażagħ Għawdxin jew nies li normalment jirrikorru għall-għajnuna ta' l-istess awtorita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-bejgħ ta' l-erba plots skond l-avviżi li għamlet referenza għalihom l-Onor. Interpellanti qed isir bl-offerta miftuħa għall-pubbliku kollu.
Tista' il-Ministru tara li jinħareġ xi forma ta' benefiċċju soċjali lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għaddiet bord u għadha m'hi tirċievi l-ebda benefiċċju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tinforma lill-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li kellha tieħu Lm1871.25 f'arretrati għaliex fil-fatt ħadet biss Lm901.00?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tieħu l-pensjoni kif suppost? Tista' tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tara li jsiru t-tiswijiet meħtieġa tal-ħsarat strutturali fil-garage tal-gvern f'Ta' Ġiorni li hu mikri għand il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tiswija ta' bini tal-Gvern li mhux residenzjali ma jaqgħax taħt ir-responsabbilta' ta' xi dipartiment jew entita' fid-dekasteru tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid lil kemm persuni ntbagħtu avviżi li l-post fejn jgħixu tneħħietlu r-rekwiżizzjoni li kien hemm fuqu? Kemm kien hemm persuni li oġġezzjonaw? X'passi ħa d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali dwar dawn l-oġġezzjonijiet?
Bit-tneħħija ta' rekwiżizzjoni kif se jintlaqtu l-inkwilini dwar dritt li jibqgħu jabitaw fil-post u dwar rati ta' kera?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.
Dwar it-tieni u t-tielet parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmata li ma tinżammx statistika kif mitluba u li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jikkunsidra kull oġġezzjoni fuq il-mertu partikolari tagħha.
Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-Mistoqsija l-inkwilin konċernat xorta jibqa' protett bil-liġi tal-kera minkejja li tkun tneħħiet ir-rekwiżizzjoni.
Tista' il-Ministru tgħid hux possibbli biex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tibbenefika mill-iskema care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b'dankollu fil-futur qarib l-Awtorita' ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' il-Minsitru tgħid hux possibbli biex il-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tibbenefika mill-iskema care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
B'riferenza għall-iskema "Sir Sid Darek", skema għax-xiri ta' djar ta' abitazzjoni tal-gvern, tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li appartament b'kamra tas-sodda waħda ma jistax jinbiegħ inqas minn Lm12,000? Nixtieq inkun naf jekk is-sussidju hux inkluż f'dak il-prezz jew le? Kemm saru talbiet mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena, biex jinxtraw appartamenti b'kamra tas-sodda waħda? Kemm-il talba ġiet milqugħa? Kemm kien il-prezz kummerċjali u l-prezz sussidjat ta' kull unit? Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Standard Contract bil-kondizzjonijiet imposti mill-awtorita' tad-djar, ix-xerrejja l-ġodda tal-proprjeta'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-emendi għall-Iskema Sir Sid Darek, ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’ Mejju 2006, li jikkonfermaw li ebda appartament b’kamra tas-sodda waħda ma jinbiegħ b’anqas minn tnax-il elf lira. Dan il-prezz hu bis-sussidju mnaqqas.
Dwar il-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19710 f’Seduta Numru 399.
B'riferenza għall-iskema "Sir Sid Darek", skema għax-xiri ta' djar ta' abitazzjoni tal-gvern, tista' il-Ministru tgħid jekk hux minnu li appartament b'żewġt ikmamar tas-sodda ma jistax jinbiegħ inqas minn Lm14,000? Nixtieq inkun naf jekk is-sussidju hux inkluż f'dak il-prezz jew le. Kemm saru talbiet mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena, biex jinxtraw appartamenti b'kamra tas-sodda waħda? Kemm-il talba ġiet milqugħa? Kemm kien il-prezz kummerċjali u l-prezz sussidjat ta' kull unit? Nistedinha tpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Standard Contract bil-kondizzjonijiet imposti mill-Awtorita' tad-Djar, ix-xerrejja l-ġodda tal-proprjeta'.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-emendi għall-Iskema Sir Sid Darek, ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’ Mejju 2006, li jikkonfermaw li ebda appartament b’żewġ kmamar tas-sodda ma jinbiegħ b’anqas minn erbatax-il elf lira. Dan il-prezz hu bis-sussidju mnaqqas.
Dwar il-kumplament tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant nirreferih għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 19710 f’Seduta Numru 399.