Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31837 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Serq

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm ġie imwettaq serq f' Ħaż-Żebbug, Ħad-Dingli, Ħ'Attard, is-Siġġiewi, l-Imdina, Ħal-Qormi, Ħal-Kirkop, Ħal-Luqa u f' St. Venera matul 1998, 1999, 2000, 2001? Jista l-Ministru jikklassifika s-serq? Kemm minnhom ġew solvuti riferibbilment għal kull lokalita wieħed wieħed.

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant, fl-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija huwa kif jidher fuq it-Tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi dan it-tagħrif hekk kif mitlub ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata.
Leg 9 PQ #31863 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ispecialization Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex n-nies li qegħdin il-prosecutions unit tal-Pulizija m'humiex qed jieħdu l-Ispecialization Allowance? Jista' jgħid jekk jaqbilx li dawn in-nies gradwati fil-liġi stazzjonati f'din it-taqsima speċjalizzata tal-Korp għandhomx jieħdu l-Ispecialization Allowance jew le? Jista' jgħid mit-twaqqif ta' dan il-unit speċjallizat sal-lum x'kien ix-xogħol ewlieni ta' din l-iskwadra u x'qiegħed isir konkretament minn naħa tal-Korp biex dawn il-membri ma jħallux il-Korp biex isibu xogħol aktar diċenti?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31723.

Protezzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ta' prevenzjoni qed jittieħdu mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fir-rigward ta' postijiet li jiffrekwentaw it-tfal fosthom i) faċilitajiet sportivi indoor u outdoor ii) postijiet kulturali bħall-postijiet fejn jingħataw lezzjonijiet tad-duttrina mill-MUSUEM fid-diversi bliet u irħula f'pajjiżna? B) Hemm fire emergency exists f'dawn il-faċilitajiet indoor? C) Fil-każ tal-MUSUEM għall-bniet f'231, Triq Sant' Orsla l-Belt jinżammu cleared minn vetturi, l-bibien għal-raġunijiet ta' siġurta?

Response (BORG, TONIO)

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa dejjem lest biex jagħti pariri dwar safety kull meta jiġi mitlub, u dan jinkludi lil dawk il-persuni li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi quddiem il-bieb tal-post imsemmi, hemm imwaħħla barrier tal-ħadid taħt il-bankina li sservi kemm sabiex it-tfal ma jibqgħux ħerġin jiġru għall nofs it-triq kif ukoll sabiex il-bieb ma jkunx imblukkat mill-vetturi.
Leg 9 PQ #31869 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jindaga dwar fond f'Ħaż-Żebbuġ - propjeta tal-Joint Office b'reġ. nru. 9702-0001-0006 li wara li l-okkupant miet, dan il-fond minkejja li nġibdet l-attenzjoni diversi drabi, illum, jinsab okkupat minn squatter? X'passi normalment jiġru f'każijiet bħal dawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li l-Uffiċċju Konġunt talab iċ-ċwievet tal-fond imsemmi lil oħt il-mejjet, ġew prodotti dokumenti li wieħed mill-qraba tal-mejjet kien jgħix fil-fond in kwistjoni meta miet il-kerrej. Il-veraċita` ta` dawn id-dokumenti qed tiġi mistħarġa u meta jiġu stabbiliti il-fatti tittieħed azzjoni meħtieġa jekk ikun il-każ.
Leg 9 PQ #31872 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema postijiet inqabdu l-aktar żgħażagħ bid-droga matul din is-sena u x'qed isir biex inaqsu din id-densita minn dawn il-postijiet magħrufin f'Malta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Jannar u Frar 2002, żgħażagħ inqabdu bid-droga kif ġej:- San Ġwann - 3 B`Kara - 1 G`Mangia - 1 Għaxaq - 1 San Ġiljan - 1 Paola - 1 Msida - 1 Ħamrun - 1 Qawra - 1 Sliema - 1 B`Bugia - 1 Bormla - 1 Ta` Xbiex - 1 Pieta` - 1 Infurmat ukoll illi jsiru spezzjonijiet ta` kuljum f`diversi lokalitajiet mill-Iskwadra ta` Kontra d-Droga, partikolarment f`postijiet fejn l-aktar huma magħrufa li jinġabru ż-żgħażagħ.
Leg 9 PQ #31875 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Sptar Ġdid tal-Qroqq

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm barranin jaħdmu bil-permess fuq ix-xogħol ta' l-isptar il-ġdid ta' Tal-Qroqq? X'inhi in-nazzjonalita ta' dawn il-ħaddiema u x'inhu x-xogħol li qegħdin suppust jagħmlu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm madwar 190 persuna barranija bil-permess tax-xogħol li qegħdin jaħdmu fuq is-sit ta` l-Isptar il-Ġdid f`tal-Qroqq. In-nazzjonalita` ta` dawn il-persuni hija varja: Svediżi, Jugoslavi, Taljani, tal-Bosnija-Herzegovina, Latvja u diversi oħrajn. Dwar ix-xogħol li għalih ingħataw permess, ninforma lill-Onor. Membru li lista aġġornata ta` dawk il-persuni barranin li għandhom Liċenzja ta` Impjieg tiġi ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern l-ewwel Tnejn ta` kull xahar (minn din is-sena il-lista qed tidher fuq il-Website tad-DOI) - u din tispeċifika fejn qed taħdem u x-xogħol li qed tagħmel kull persuna li tinħarġilha liċenzja ta` impjieg.
Leg 9 PQ #31890 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi progress fl-għoti ta' kumpens lill-persuna indikata under separate cover tal-propjeta li ttieħdet lilha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet qiegħed fi stadju li jibda l-proċedura sabiex il-fond in kwistjoni li l-persuna indikata under separate cover qed titlob kumpens għalih, jiġi rilaxxat.
Leg 9 PQ #31920 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga is-sena l-oħra u x'tip kienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ammont u t-tip ta' droga li nqabdet mill-Pulizija matul is-sena 2001 huwa kif ġej:- Cocaine 4kg 549grms Heroin 2kg 848grms Cannabis plants 20 plants Cannabis grass 32.4 grms Cannabis resin 3kg636grms Cannabis seeds 3 seeds Ecstasy 2,458 tablets DHC 2 tablets Valium 15 tablets Dalmaine 3 tablets
Leg 9 PQ #31921 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

ID Cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intilfu ID Cards is-sena l-oħra u kemm instabu mill-mitlufa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 2,971 karta ta' l-identita mitlufa, filwaqt li matul l-istess sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 32 karta ta' l-identita misjuba.
Leg 9 PQ #31922 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni barranin li għandhom 'il fuq minn 60 sena illi għandhom permess jgħixu Malta u minn liema pajjiż jiġu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #31954 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Serq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie irrapportati serq ta' karozzi u/jew min ġo fihom is-sena l-oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 ġew irrapurtati lill-Pulizija 859 karozza misruqa, filwaqt li matul l-istess sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 3,369 każ ta` serq minn karozzi.
Leg 9 PQ #32009 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Disco

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm l-istabiliment ġo Marsascala għandhom permess tal-Pulizija jew persuni oħra biex jiggestixxu disco? Jista' jagħti wkoll l-ismijiet tas-sidien u fejn qegħdin l-istabbilimenti li għandhom dan il-permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-lokalita` msemmija mill-Onorevoli Interpellant hemm post wieħed li għandu liċenzja tan-negozju maħruġa mill-Pulizija bħala diskoteka.