Legislature:
Category:
Reset
Active:

MCAST

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm applikaw studenti għal xi kors jew ieħor ġewwa l-MCAST għal din is-sena 2006 li għadha kemm bdiet? Jista' jgħid ukoll kemm ġew magħżula għal kull kors separatament skond l-istitut rispettiv?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din l-informazzjoni għadha qed tiġi kompilata minħabba li għad hemm studenti li qed jiġu aċċettati biex jibdew il-korsijiet.

ETC — Ħaddiema ta' 'il fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni llum ta' 'il fuq minn 61 sena li qed jaħdmu? Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm minnhom huma impjegati u kemm huma self-employed?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta' Marzu 2006. Informat li kien hemm 4,422 persuna 'il fuq minn 61 sena jaħdmu, minn dawn 3,525 kienu rġiel filwaqt li 897 kienu nisa. Minn dawn il-4,422 persuna, 2,763 kienu mpjegati filwaqt li 1,659 kienu 'self-employed'.

Facilitators

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal, subien u bniet, kemm fil-primarja u kemm fis-sekondarja separatament li għandhom facilitator magħhom? Kemm huwa n-numru ta' facilitators fl-iskejjel tal-gvern kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' tfal, subien u bniet, kemm fil-primarja u kemm fis-sekondarja li għandhom facilitator magħhom hu kif indikat hawn taħt: Subien Bniet TOTAL Primarja 650 198 848 Sekondarja 352 139 491 TOTAL 1002 337 1339 Informat ukoll li n-numru ta' Learning Support Assistants(Facilitators) huwa 1050.

Skejjel — Computers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' computers fl-iskejjel primarji tal-gvern, separatament, għal kull skola? Jista' jgħid ukoll meta kienu nxtraw dawn il-computers u kemm kienu nxtraw bħala kwantita'?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — Laboratorji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji tax-xjenza u t-teknoloġija fl-iskejjel sekondarji tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern, in-numru ta' laboratorji tax-xjenza huwa ta' 118, u n-numru ta' laboratorji tat-tekonoloġija huwa ta' 42.

Gżira — Triq Manoel de Vilhena

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta uffiċjali ta' l-awtorita' tas-saħħa u ħarsien se jżuru l-istabiliment tal-mechanic/sprayer fi Triq Manoel de Vilhena, Gżira biex jaraw jekk hux attrezzat kif suppost biex ma jkomplix jifga u jagħmel ħsara lis-saħħa tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt li l-uffiċjali ta' l-Awtorita' għas-Saħħa u Sigurta' fuq il-post tax-xogħol jagħmlu spezzjoni fil-post imsemmi mill-aktar fis.

Każ dwar Student

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jingħata l-għajnuna meħtieġa l-istudent li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li skond ir-rapport ta' l-istatementing moderating panel tat-28 ta' Jannar 2005 kien hemm rakkmandazzjoni li jirrevedu l-każ tiegħu qabel l-ewwel sena tiegħu fil-primarja? Issa li beda l-ewwel sena tiegħu, jista' il-Ministru jara għaliex ma saret l-ebda reviżjoni tal-każ u issa tħalla mingħajr l-għajnuna meħtieġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-każ ta' dan l-istudent ser jiġi rivedut fil-ġejjieni qarib.

Universita' u MCAST — Riċerki

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-budget ta' l-universita' u l-MCAST għar-riċerka din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-budget ta' l-Universita' għar-riċerka għas-sena 2006 huwa ta' Lm126,000. Informat ukoll li l-MCAST ma kellu l-ebda budget għal riċerka din is-sena minħabba li bħala istituzzjoni edukattiva u taħriġ għadha qed tiżviluppa biex tasal għall-livell ta' għoti ta' Degrees.

Universita' u MCAST — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti, maqsum lokal b'lokal: a) fl-universita' u b) fl-MCAST?

Response (GALEA, LOUIS)

Tagħrif mitlub dwar l-Universita' ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li dawn il-figuri ma jinkludux uħud minn dawk li daħlu l-Universita' wara r-riżultat ta' l-eżamijiet supplementari ta' Settembru. Ir-reġistrazzjoni ta' dawn l-istudenti għada qed tinħadem. Barra minn dawn hemm ukoll 502 student barrani jattendu l-Universita'. Informat ukoll li l-informazzjoni mitluba dwar l-MCAST għadha qed tiġi kompilata minħabba li għad hemm studenti li qed jiġu aċċettati biex jibdew il-korsijiet.

Talba għal facilitator

Question

Jista' il-Ministru jara l-każ ta' studenta li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha titlob għall-facilitator għal diveri snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenta msemmija li ilha snin li ġiet statemented b'Full Time Facilitator u llum qiegħda fil-Form II. Informat li anke meta kienet fl-iskola primarja kellha facilitator ukoll.

ETC — Persuni 'il fuq minn 61 sena

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn persuni 'il fuq minn 61 sena li għadhom jaħdmu u x'tip ta' xogħol jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f’Marzu 2006, kien hemm 4,422 persuna ‘il fuq minn 61 sena jaħdmu. Hawn taħt issib tabella li turi x-xogħol li kienu qed jagħmlu. Occupation Total Armed forces 4 Clerks 286 Crafts and related trade workers 350 Elementary Occupations 882 Legislators, Senior Officials and Managers 936 Plant and machinery operators and assemblers 309 Professionals 637 Service Workers and shop and market sales workers 484 Skilled agriculture and fishery workers 208 Technicians and Associate Professionals 326 Total 4422 Nixtieq ninforma lil Onorevoli interpellant, li l-aħħar statistika ippublikata hi dik ta’ Marzu 2006.

Skejjel Indipendenti — Miżati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 20357, jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm skejjel oħra indipendenti li għollew il-miżati tagħhom għas-sena skolastika li jmiss? Kemm kienu qabel?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti, subien u bniet li qed jattendu l-iskejjel ta' l-Istat f'kull sena, fil-kindergarten, primarja u sekondarja, fis-sena skolastika 2006/7? Kemm hemm studenti barranin u kemm minn dawn huma mill-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fis-sena skolastika li jmiss (Estimated Population) huwa hekk: Subien Bniet TOTAL Kindergarten 2203 2149 4352 Primarja 9144 7878 16962 Sekondarja 8718 8685 17403 Informat ukoll li n-numru ta' studenti barranin fl-iskejjel ta' l-Istat huwa ta' 483, u n-numru minn dawn li ġejjin mill-Unjoni Ewropea huwa ta' 175.

Skejjel tal-Knisja

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull sena li qed jattendu l-iskejjel tal-Knisja fis-sena 2006/7? Kemm minn dawn huma barranin u kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li hu kkalkulat (Estimated) li ser jattendu fl-iskejjel tal-Knisja fis-sena skolastika li jmiss huwa ta' 16,980. Informat ukoll li hemm 34 barrani li minnhom 13 huma mill-Unjoni Ewropea. Mhux possibli li jingħataw il-figuri ezatti ta' studenti għal kull sena, peress li l-istatistika għadha qed tinġabar, minħabba li l-iskejjel għadhom jibdew is-sena skolastika.

Skejjel Indipendenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-iskejjel indipendenti f'kull sena għas-sena skolastika 2006/7? Kemm minn dawn huma barranin u kemm minnhom huma minn pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li hu kkalkulat (Estimated) li ser jattendu fl-iskejjel Indipendenti fis-sena skolastika li jmiss huwa ta' 8,095. Informat ukoll li hemm 558 barrani li minnhom 323 huma mill-Unjoni Ewropea. Mhux possibli li jingħataw il-figuri ezatti ta' studenti għal kull sena, peress li l-istatistika għadha qed tinġabar, minħabba li l-iskejjel għadhom jibdew is-sena skolastika.

Għalliema ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema ġodda mal-gvern għal din is-sena skolastika? F'liema sena qed jgħallmu fl-iskejjel primarji, sekondarji, eċċ.? X'suġġetti qed jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla — Skola G. Despott

Question

Issa li bdew ix-xogħlijiet fl-iskola G. Despott Bormla, jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar xogħlijiet li se jsiru fl-istess skola u timeframes ta' meta jitlestew ċertu xogħlijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħlijiet fl-iskola F. Despott, Bormla ser iwasslu biex ikun hemm skola ġdida. Informat ukoll li x-xogħlijiet għandhom ikunu lesti fi żmien sentejn u nofs.