Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36010 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Clerks — Applications

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw għall-entrance examination ta' clerks in the Malta public service - 2002 li ġiet notifikata fil-gazzetta tal-Gvern ta' Malta no. 17287 fl-10 ta' Settembru 2002? Kemm minnhom kienu ġuvintur u kemm tfajliet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd tar-reġistrazzjonijiet ta' applikazzjonijiet għall-entrance examination ta' clerks in the Malta public service - 2002, huwa ta' 1178. L-informazzjoni dwar kemm minnhom huma eliġibbli u kemm huma ġuvintur u kemm huma tfajliet tkun tista' tingħata kif tinġabar l-istatistika dettaljata mill-applikazzjonijiet wara li dawn jiġu verifikati.
Leg 9 PQ #36019 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MRC — Restawr

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn iċ-ċentru Malti tar-restawr u ċ-ċentru tar-restawr Taljan? Kemm kienet l-għotja tal-Gvern Taljan lil MRC u kif intefqu dawn il-flus? Kemm għandu rappreżentanti l-Gvern Taljan fuq il-bord tad-diretturi u bħalissa min huma dawn il-persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36022 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MRC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm laboratorji fil-MRC? Għal-liema skop jintużaw dawn il-laboratorji? Dawn il-laboratorji kollha qegħdin jintużaw u jekk fin-negattiv, għaliex m'humiex qegħdin jintużaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36024 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MRC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati full-time u part-time fil-MRC u x'inhu r-rwol ta' dawn l-impjegati? Kemm minn dawn l-impjegati huma barranin? Kemm jiġu visiting lecturers barranin matul is-sena? Kemm tħallsu l-impjegati barranin taċ-ċentru? Kif ġew impjegati l-ħaddiema Maltin fiċ-ċentru peress li darba waħda biss deher avviż għall-ingaġġ ta' ħaddiema fil-MRC? X'inhuma l-kwalifiki tal-impjegati akkademiċi taċ-ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #36092 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

B.Ed. Technology — Riżultati ta' Interviews

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se joħroġ ir-riżultat ta' l-interview tal-B.Ed Technology li sar f'Settembru? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jimpjega minn dawn il-persuni intervistati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-riżultat ta' l-'interview' għall-għalliema B.Ed Technology li sar f'Settembru 2002 joħroġ hekk kif il-"Public Service Commission" tapprovah u tibghatu lura lid-Diviżjoni biex jiġi espost fin-'notice board'. Informat ukoll li persuni jiġu impjegati skond il-ħtiġijiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #36097 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

WAB Board

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-WAB board matul din is-sena? Jista' jgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem il-board u kemm-il talba ġiet approvata f'dan l-istess perjodu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jispeċifika għalxiex qiegħed jirreferi meta jgħid "WAB Board".
Leg 9 PQ #35578 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Taħdidiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk għadhomx għaddejjin it-taħditiet bejn it-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali u l-awtoritajiet ta' l-universita' dwar min għandu d-dritt li jmexxi l-pixxina u faċilitajiet oħra tal-madwar? Kemm saru laqgħat s'issa matul din is-sena u meta saru?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31901.
Leg 9 PQ #35579 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Formazzjoni tal-Kumitat

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn min hu fformat il-kumitat tat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm minnhom għandhom salarju/allowance? Għandhom xi benefiċċji oħra? Jista' jagħti d-dettalji tas-salarji, allowances u benefiċċji oħra ta' kull uffiċjal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat tat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali huwa ffurmat hekk: Is-Sur Maurice Gruppetta - Chairman Is-Sur Joe Cassar - Segretarju tal-Bord Is-Sur Franco Azzopardi - Direttur tal-Finanzi Is-Sur Peter Bonello - Membru Is-Sur Robert Ebejer - Membru Informat ukoll li ċ-Chairman jirċievi remunerazzjoni ta' Lm750 fix-xahar u bonus ekwivalenti għal 10% tal-cash surplus tas-sena finanzjarja preċedenti. Il-membri l-oħra tal-Bord jirċievu remunerazzjoni ta' Lm1000 fis-sena.
Leg 9 PQ #35580 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Żjajjar Kulturali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni issa rigward studenti li l-għalliema tagħhom iridu jeħduhom fuq żjajjar kulturali wara d-deċiżjoni ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu li timmulta għalliem li kien qed jispjega dwar monument storiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Fi stqarrija pubblika l-MTA insistiet li qatt ma kienet u lanqas hi l-politika jew il-prattika ta' l-Awtorita` li tieħu passi kontra membri tal-professjoni ta' l-għalliema li jkunu qed jieħdu ħsieb studenti ta' l-iskejjel primarji, sekondarji u terzjarji fuq żjarat kulturali f'mużewijiet u postijiet storiċi.
Leg 9 PQ #35581 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Trasport ta' tfal — Superviżjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex obbligatorju li jkun hemm superviżjoni ta' adulti fuq vannijiet/buses li jintużaw biex iġorru t-tfal lejn u mill-iskola? Min huwa responsabbli jekk jinqala' xi inċident?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux obbligatorju li jkun hemm superviżjoni ta' adulti fuq vannijiet/buses waqt il-ġarr lejn u mill-iskola, ħlief waqt ġarr tat-tfal bi bżonnijiet speċjali. Meta kien hemm superviżjoni ta' adulti mat-tfal waqt il-ġarr lejn u mill-iskola, dan kien organizzat mill-Kunsill Skolastiku mill-istess ġenituri.
Leg 9 PQ #35654 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' individwi, kumpanniji jew working partnerships li wrew interess fis-sejħa ppubblikata mill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada għall-building services engineering consultancy liema avviż deher fil-ħarġa ta' "Il-Mument" tal-Ħadd 23 ta' Ġunju 2002 u f'ġurnali oħra, liema sejħa għalqet fil-11 ta' Lulju 2002? F'kull każ jista' jqiegħed kopja tad-dokumentazzjoni ta' kull sottomissjoni li saret?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kumpaniji li wrew interess fis-sejħa għall-building services engineering consultancy huma dawn li ġejjin:- Scicluna & Associates Harrison Malta Environmental Technology Services Ltd Coastal Management Company Ltd Martin C. Pizzuto E.N. Engineering Ltd Żammit & Associates
Leg 9 PQ #35655 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sottomissjoni li rċeviet il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada b'riżultat ta' avviż li deher fil-ħarġa ta' l-Erbgħa 26 ta' Ġunju 2002, u f'ġurnali oħra fejn deher avviż għal dawk li huma interessati li jaqdu lill-fondazzjoni f'various trades and services liema sejħa għalqet fit-18 ta' Lulju 2002?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #35656 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' applikanti li tefgħu applikazzjoni għall-post ta' projects and contracts administrator mal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada, liema sejħa dehret f'The Times tas-Sibt 17 ta' Lulju 2002 u f'ġurnali lokali oħra u li għalqet il-Ġimgħa 26 ta' Lulju 2002? Jista' jgħid fejn wasal il-proċess ta' l-għarfa u jekk il-persuna ġiet maħtura f'din il-kariga, iqiegħed kopja tal-curriculum vitae tagħha u tal-kuntratt ta' xogħol li għandha ma' l-istess fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-applikanti li tefgħu applikazzjoni għall-post ta' projects and contracts administrator mil-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada huma dawn li ser insemmi:- Is-Sur Arthur William Jordan Il-Perit Joseph Cachia Fearne Il-Perit Damian Vella Lenicker Il-Perit Leonard Żammit Il-Perit Frank Cortis Is-Sur Stephen Schembri Il-Perit Godfrey Vella Baldacchino Saru l-intervisti meħtieġa u l-Fondazzjoni għażlet lill-Perit Dr Joseph Cachia Fearne u bgħatet għalih. Peress li dan ma aċċettax il-kondizzjonijiet tal-kuntratt offrut, il-Fondazzjoni sejħet lill-persuna li ġeit it-tieni fil-proċess ta' l-għażla. Għaldaqstant ġie magħżul il-Perit Leonard Żammit. Kopja tal-kuntratt tax-xogħol tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35657 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum vitae dettaljati tal-kap eżekuttiv u tal-kontrollur finanzjarju rispettivament tal-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada kif ukoll kopji tal-kuntratti tax-xogħol tagħhom it-tnejn li għandhom ma' l-istess fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt ta' impieg li l-Kap Eżekuttiv u l-Kontrollur Finanzjarju għandhom ma' l-FTS. Peress li kull CV ikun fih dettalji personali ma għandux jitqies korrett li dawn isiru pubbliċi.
Leg 9 PQ #35658 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Offerti — Nefqa

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista dettaljata ta' l-infiq li sar biex ġiet imtejba l-entratura/foyer tal-bini amministrattiv tad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni, billi f'kull każ jagħti l-ammont minfuq, lil min sar kull pagament bil-valur tiegħu u kull pagament kif jirriżulta mis-sejħiet għall-offerti jew kwotazzjonijiet li ġew ippubblikati? Jekk fin-negattivjista' il-Ministru jgħid għaliex tali sejħiet għall-kwotazzjonijiet u offerti ma ġewx ippubblikati?

Response (GALEA, LOUIS)

In-nefqa totali biex ġiet imtejba l-entratura / foyer tal-bini amministrattiv tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kien Lm15,000. L-entratura tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ġiet refurbished u twessgħet biex toffri spazji u titpoġġa għamara biex jingħata servizz lill-mijiet ta' klijenti li kuljum jiġu fl-uffiċċji tal-Ministeru ta' l-Edukazjoni. Illum dan is-servizz qed jingħata u jiġi konċentrat kemm jista' jkun permezz ta' l-uffiċċji tal-Customer Care f'din l-entratura li għadnhom l-iskop li jkunu one-stop-shop biex il-klijenti jingħataw is-servizz u l-attenzjoni meħtieġa mingħajr ma jkollhom għalfejn li jduru diversi uffiċjali jew uffiċċji. Dan is-servizz effettiv fl-istess ħin qed inaqqas mill-pressjoni minn fuq l-uffiċjali konċernati. Għadd kbir ta' persuni kuljum jiġu f'dawn l-uffiċċji biex jiġbru jew jimlew applikazzjonijiet (ġieli jkun hemm okkażjonijiet meta mijiet ta' applikazzjonijiet iridu jinġabru fi żmien qasir), biex jagħmlu rapporti, jew jitolbu informazzjoni, biex jitolbu għajnuna jew parir jew jiddiskutu problemi. S'issa dan is-servizz kien effettiv ħafna kif jixhdu l-persuni li javvinċinawh kuljum. Il-Customer Care se jiftaħ akatr is-servizzi tiegħu biex eventwalment jagħti servizz lid-Dipartimenti kollha li jaqgħu fi ħdan il-Ministeru. Għalhekk kellu jsir tibdil sostanzjali strutturali biex jinħolqu l-ispazji meħtieġa u tqegħdet l-għamara meħtieġa biex il-persuni-klijenti jħossuhom milqugħa u servuti kif jixraq u skond l-obbligi li l-Office of Review daħal għalihom uffiċċjalment fil-Quality Service Charter. Għandu jiġi apprezzat li l-proġett kollu twettaq f'għaxar t'ijiem u b'hekk il-pubbliku kien disturbat mill-anqas. Wieħed irid josserva li materjal diviżorju ta' aluminium u għamara li tneħħew mill-post qed jintużaw f'postijiet oħrajn. Tajjeb wieħed ifakkar li l-ispazji li nħolqu u l-ambjent il-ġdid, flimkien mas-sala Ġużeppi Despott, qed jintużaw dejjem aktar minn għadd ta' għaqdiet volontarji filgħaxija, matul il-ġimgħa kif ukoll fi tmiem il-ġimgħa. Dettali oħra mitluba fil-Mistoqsija jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #35659 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel t'Għada

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'wassal lill-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada li ma tippubblikax sejħiet għall-offerti għall-istallazzjoni ta' lift fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard u għat-tqegħid ta' membrane fil-liċeo tal-bniet f'Pembroke u minflok ħajret li jinħarġu hand quotations kontra kull klawsola li l-istess fondazzjoni għandha tħares fl-akkwist u l-orovvista ta' materjali kif elenkat fl-istatut tagħha u kif ordnata mill-ministeru tal-finanzi fejn hu mistqarr espliċitament li kull transazzjoni ta' xiri u provvista ta' materjali, servizzi eċċ, għandha ssir skond l-avviż legali 70 ta' l-1996? Fiż-żewġ każi għaldaqstant jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-offerti kollha miġbura minn din il-fondazzjoni, kopja tat-technical adjudication reports u kopja tal-letters of acceptance li ġew maħruġa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-fatt ġiet pubblikata tender għal-lift fl-iskola Primarja ta' Ħ'Attard. It-tender ħarġet fl-2001 (tender nru. CT124). Informat ukoll li fir-rigward tat-tqegħid ta' membrane fl-iskola Junior Lyceum Sir Adrian Dingli f'Pembroke, dan ix-xogħol sar minn kumpanija parastatali Kalaxlokk Co. Ltd. Din il-kumpanija parastatali qed taħdem ix-xogħol ta' Sir Adrian Dingli bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #35731 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mosta — Lily of the Valley

Question

Billi omm it-tifla li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed tieħu ħsieb missierha li joqgħod il-Mosta, jista' il-Ministru jara illi din it-tifla tintbagħat ġo l-iskola Lily of the Valley il-Mosta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Form I ta' l-iskola Sekondarja Lily of the Valley hemm il-massimu ta' tfal li jista' jkun hemm u li hu permess mill-istandards u l-ftehim attwali mal-Union konċernata. Tlabt li l-każ jinżamm taħt konsiderazzjoni f'ħarsien ta' l-interessi ta' l-istudenta konċernata.
Leg 9 PQ #35759 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Advertising

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'dawn l-aħħar erba' snin fuq advertising inkluż il-posters li jidhru fit-toroq dwar l-MCAST? Lil min ingħata l-kuntratt u f'kull każ jekk ħarġitx offerta? Jista' jgħid mingħand min ġew ordnati il-posters?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ntefqu Lm948.75 fuq il-posters li dehru fit-toroq dwar l-MCAST. Dawn il-posters ġew ordnati mingħand PAZA Ltd wara sejħa għal offerti. Ix-xogħol kollu sar minn PAZA Ltd.
Leg 9 PQ #35891 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kopja ta' Kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tax-xogħol tal-Operations Manager li kien impjegat fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq bejn l-1994 u l-1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tal-kuntratt mitlub qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35902 Sitting 796 2002-10-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EU — Programmi

Question

Jista' il-Ministru jsemmi l-persuni kollha li matul din is-sena attendew jew qed jattendu xi programm ta' l-UE permezz tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni? Jekk dawn il-persuni jattendux l-universita' jew xi istituzzjoni edukattiva oħra, jekk jaħdmu fejn, liema programm attendew jew qed jattendu u fejn marru?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhix il-prattika li nagħti l-ismijiet tal-persuni kollha li bbenefikaw minn programmi edukattivi ta' l-UE. Fi żmien qasir jiġi pubblikat rapport dwar il-ħidma ta' l-EUPU li jkun fih id-dettalji meħtieġa.