Legislature:
Category:
Reset
Active:

International civil Aviation Organisation

Question

Jista' l-Ministru jagħti assigurazzjoni li d-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili bħala regolatur, għandu l-mezzi u r-riżorsi umani adekwati sabiex jissorvelja l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta sabiex dan jitmexxa fuq l-istandards u regoli internazzjonali ta' l-International Civil Aviation Organisation biex tkun assigurata s-sigurta' lil kull minn jivvjaġġa bl-ajru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttur Ġenerali ta' l-Avjazzjoni Ċivili għandu l-meżżi u riżorsi sabiex jissorvelja l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta sabiex dan jitmexxa fuq l-Standards and Recommended Practices ta` l-International Civil Aviation Organisation.

Wied il-Għajn — Triq il-Batterija

Question

B'referenza għall-diversi mistoqsijiet parlamentari tiegħi li għamilt fil-passat dwar Triq il-Batterija, Żonqor, Wied il-Għajn possibbli r-roads dept ġentilment jgħid meta hu maħsub li ssir din it-triq? Meta ħarġu t-tenders u meta sar jew se jsir il-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tenders? Meta hu maħsub li jibda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti li għalqet fl-20 ta' Diċembru 2001, u issa l-proċess ta l-aġġudikazzjoni prattikament tlesta'. Ix-xogħol għalhekk hu mistenni li jibda iktar 'il quddiem.

Żebgħa tal-Lanes

Question

Jista' l-Ministru jara li ż-żebgħa tal-lanes li hemm Triq l-Imdina bejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi jitkomplew sar-roundabut ta' ħdejn De Rohan Gate - Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant hu wieħed ta` routine maintenance u r-resurfacing ta` dawn is-sinjali wasal biex isir.

Toroq Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser issiru għadd ta' toroq ġodda fi stat ħażin ħafna ġewwa San Tumas, Marsaskala - toroq bħal Triq l-Aħdar, Triq ta' Gidwat, Triq il-Maħsel, Triq il-Munxar, Triq il-Vjola u oħrajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bħalissa ħarġu sejħiet għall-offerti biex isiru toroq Mintba (up to formation level), Menħir (formation level) u surfacing tagħhom, p/o Triq Sant Antnin, p/o Triq Żinżell, l-Ikħal, p/o Qrenpuċ u N/S in Skal, Gidwet u Għaxqet il-Għajn.

Telefonija Cellulari — Third Generation

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-operaturi tat-telefonija cellulari f'Malta għandhomx liċenzja biex joperaw servizzi bis-sistema Third Generation jew 3G? Jekk iva, meta ngħatat il-liċenzja? Jista' jpoġġi kopja tal-liċenzja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fil-preżent l-operaturi tat-telefonija ċellulari m'għandhomx liċenzja maħruġa taħt il-Kap. 399 tal-Liġijiet ta' Malta biex joperaw servizzi bis-sistema Third Generation jew 3G.

Ħaż-Żabbar — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar jingħataw re-surfacing minħabba l-istat diżastruż li jinsabu fih? 1 Triq il-Marloċċ 2 Triq ir-Redentur 3 Triq it-Tabib G Agius Muscat 4 Triq Spadaro 5 Triq it-Tut 6 Triq iċ-Ċulqana 7 Triq Sant'Antnin 8 Triq Leli Tabone 9 Triq Mikiel Biancardi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant huma kollha asfaltati, u għalhekk resurfacing fihom isir mill-Kunsill Lokali.

Frekwenzi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-operaturi tat-telefonija cellulari f'Malta għandhomx il-frekwenzi biex joperaw servizzi bis-sistema Third Generation jew 3G? Jekk iva, meta ngħataw il-frekwenzi u taħt liema kundizzjonijiet? Jekk le, x'inhi l-pozizzjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Telegrafija Mingħajr Fili appunta konsulenti ta' fama nternazzjonali biex jagħtu parir lill-Gvern dwar l-allokazzjoni u t-tqassim tal-frekwenzi għat-telefonija ċellulari tat-Tielet Ġenerazzjoni (3G). Il-konsulenti lestew abbozz ta' rapport li qiegħed jiġi kkunsidrat mill-Gvern.

Telefonija Cellulari

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-fatt li pajjiżi barranin għamlu rkantijiet biex ibiegħu l-liċenzji għal servizzi ta' telefonija cellulari tat-tieled ġenerazzjoni (3G), x'inhu l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-għoti ta' dawn il-liċenzji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 31128.

Malta Communications Authority — Audit

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex se jkun jikkonsisti l-audit tal-mobile phone base stations li bi ħsiebha tmexxi l-Malta Communications Authority? F'liema lokalitajiet mistennija tagħmel dan l-audit f'Jannar, Frar u Marzu 2002?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan l-audit mhux ser ikun jikkonsisti biss f'miżuri meħuda fuq il-post. L-audit ser isir fuq bażi xjentifika li fl-ewwel fażi tiegħu ser jikkomporta żewġ attivitajiet prinċipali. Dawn huma d-disinn u l-kumpilazzjoni ta' database b'dettalji speċifiċi tas-siti individwali kif ukoll dettalji tekniċi rigward it-trasmitters. Din l-informazzjoni hija ddetaljata u ser isservi biex jinbdew mudelli fuq il-computer ta' l-attivita elettromanjetika fis-siti individwali. Dawn il-mudelli jservu biex l-ewwel nett jagħtu idea ta' liema jistgħu jkunu s-siti li hemm bżonn jingħataw l-aktar attenzjoni filwaqt li jservu ta' double check fuq il-miżuri li aktar tard ser jittieħdu fuq il-post. Barra minn hekk, permezz ta' dawn il-mudelli wieħed ikun jista' jikkalkula minn qabel l-effetti ta' xi tibdil li jista' jkun propost fis-sit mill-operaturi (eż. talba biex jiżdiedu l-power levels, tqegħid ta' aktar antenni fis-sit). Id-database ser jittratta s-siti kollha, filwaqt li n-numri ta' mudelli maħduma fuq computer huwa stmat li ser ikun ta' 80 għal din is-sena. Dawn iż-żewġ attivitajiet ser iwasslu sa tmiem Awissu. Sadanittant, iżda madwar Ġunju ser jibdew ukoll l-on site measurements. Liema ser ikunu s-siti li jiġu mkejla jrid jiġi stabbilit wara l-ewwel parti ta' l-eżerċizzju. Ta' min wieħed ifakkar li dan huwa audit u ma jeżonerax l-operaturi individwali mill-obbligu li huma stess jiżguraw il-funzjonament korrett tal-base stations tagħhom.
Leg 9 PQ #31136 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Triq il-Foss

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tat-Toroq se jagħti r-reconstruction ta' Triq il-Foss kif kien miftiehem mal-kunsill lokali Fgura waqt diskussjoni fuq il-proġett ta' Hompesch Road Fgura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq iddiskuta l-possibilita' li Triq il-Foss tiġi resurfaced bil-ħsieb li jkun jista' jgħaddi t-traffiku minnha waqt li x-xogħol ta' Hompesch Road ikun għaddej. Irriżulta li diversi utilities għad iridu jgħaddu servizzi ġodda f'din it-triq u għalhekk dan ir-resurfacing ma setax jitwettaq.

Floriana — Triq il-Kappuċċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tiġi surfaced Triq il-Kappuċċini Floriana mill-fondi tal-Gvern Ċentrali? Jekk fl-affermattiv, meta hu maħsub li jinbeda dan ix-xogħol hekk meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed fi ftehim mal-Kunsill Lokali biex Triq il-Kapuċċini tkun surfaced. Il-Kunsill lesta' x-xogħol li kellu jagħmel tal-bankini u hekk kif id-Dipartiment ikollu konferma li s-servizzi l-oħra kollha qegħdin installati, ix-xogħol ikun jista' jsir.

Baħar iċ-Ċagħaq — Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir zebra crossing u traffic light fl-arterja ewlenija ta' Baħar iċ-Ċagħaq biex jitneħħew il-perikli għal min jaqsam din it-triq tant traffikuża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq diġa' għamel żewġ pelican crossings is-Salini fejn il-Coastline Hotel. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-pelican crossings ħdejn iż-żona residenzjali ta' Baħar iċ-Ċagħaq. Pelican crossings ikomplu jsiru skond il-ħtiġijiet li jirriżultaw aktar 'il quddiem.

Mobile Phone Antennae

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu biex l-awtoritajiet konċernati jissorveljaw li l-mobile phone antennae fuq il-bjut qalb ir-residenzi jitwaħħlu f'distanza, f'angoli u bla ebda electro-magnetic leakage għar-residenti qrib?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili kontinwament qiegħed jagħmel kejl tar-radjazzjoni fil-viċinanzi ta' dawn il-mobile phone antennae nstallati f'diversi nħawi ta' Malta u Għawdex. Il-metodi ta' kejl jew kalkoli li jintużaw huma bbażati fuq ir-rapport intitolat Report on Recommendations for Limiting Human Exposure to Time - Varying Electric, magnetic and Electromagnetic Fields in the Frequency Range from 0 Hz to 300 GHz. Dan ir-rapport ġie ppreparat minn kumitat inter-dipartimentali magħmul mill-Ministeru tas-Saħħa flimkien mal-Ministeri għall-Politika Soċjali u għat-Trasport u Komunikazzjoni. Id-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili joħroġ rapport ta' dan il-kejl u jibgħatu lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fejn jiġi ċċertifikat li fl-inħawi fejn sar il-kejl m'hemmx periklu għas-saħħa. Fil-fatt jirriżulta li mit-testijiet kollha li saru s'issa, il-livelli mkejjla kienu dejjem baxxi u ma jeċċedux il-livelli ta' espożizzjoni stabbiliti għall-pubbliku ġenerali fir-rapport imsemmi hawn fuq. Jien infurmat ukoll li fil-ġranet li ġejjin il-Malta Communications Authority ser tniedi proċess ta' audit fuq bażi regolari ta' numru konsiderevoli ta' mobile phone base stations. Dan il-proċess, li ser ikun ibbażat kemm fuq mudelli teoretiċi kif ukoll fuq kejl ta' emissions fuq il-post, għandu jservi biex wieħed jikkonferma li kollox qiegħed kif suppost.

Karozzi tal-Linja — Baħar iċ-Ċagħaq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex il-karozza tal-linja nru 68 tibda tidħol fil-komunita' (anki sa quddiem il-Knisja) ta' Baħar iċ-Ċagħaq għall-qadi tal-bżonnijiet tar-residenti tal-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma saret l-ebda talba formali lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għall-estensjoni tas-servizz tar-rotta Nru. 68. Madanakollu, l-Awtorita' ser tara x'jista' jsir f'dan ir-rigward.

Public Works — Safety Shoes

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma ngħatawx safety shoes l-impjegati tar-Road Section tal-Public Works li jinsabu stazzjonati l-Bombi, l-Furjana?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ħaddiema li qed tirreferi għalihom l-Onor. Interpellanta jaħdmu fid-Diviżjoni tax-xogħlijiet tal-Ministeru ta' l-Ambjent, u għalhekk hi mitluba tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Fgura — Triq Hompesch

Question

Peress li fil-Fgura qed isir xi xogħol fuq Triq Hompesch, u allura qed tintuża ħafna Vjal Kottoner, jista' l-Ministru jara hemmx possibilita li jsiru xi pedestrian crossings?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-"xi xogħol fuq Triq Hompesch", jiswa madwar Lm600,000; iżda t-traffiku hu mistenni jirritorna għal Triq Hompesch fil-ġimgħat li ġejjin wara li titlesta' din il-fażi tax-xogħol.

Bormla — Triq S. Tereza

Question

Peress li saret zebra crossing fi Triq S. Tereza, Bormla, jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibilita li jsiru traffic lights minflok, għax ta' kuljum qed ikun hamm periklu ta' xi aċċident?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq u l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jaraw x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #30891 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Espropjazzjoni ta' Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar wara diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali, Fgura u ż-żewġ site inspections li saru fl-aħħar sena mill-periti tad-dipartiment tat-toroq fuq Triq ix-Xemx u Triq il-Qamar fil-Fgura, li ma għandhomx bżonn espropjazzjoni ta' art biex tiġi ffurmata u tingħata t-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f'kull inspection instab li fit-triq għad hemm ħafna żvilupp xi jsir fiha u fil-partijiet mhux żviluppati l-privat għadu ma fetaħx it-triq. Għalhekk ix-xogħol f'din it-triq ikollu bilfors jistenna sakemm isir aktar żvilupp.

Wied il-Għajn — Triq l-Imriekeb

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30694 dwar Triq l-Imriekeb, Wied il-Għajn, jista' l-Ministru jgħid jekk din it-triq hiex se ssir tul din is-sena? Billi hemm domanda kbira mir-residenti ta' din t-triq meta hu maħsub bejn wieħed u ieħor li toħroġ it-tender għal din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

M'għandi xejn x`inżid mar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 30694.
Leg 9 PQ #30929 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Fgura — Shelters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex infurmat id-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar is-sejba ta' shelters fi Triq Hompesch il-Fgura? Jekk iva, kien hemm xi żviluppi dwar din is-sejba?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtoritajiet tal-Mużew huma nfurmati bix-xelters.