Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14257 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14940 fuq persuni ingaġġati f’positions of trust, dawk il-persuni li jifformaw parti mis-Segretarjat Privat tiegħi huma kollha strettament ingaġġati skond il-parametri stabbiliti u elenkati kif spjegati fit-tabella mehmuża mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23 imwieġba mill-Prim Ministru fis-Seduta Nru. 7 tal-15 ta’ April 2013, li telenka ukoll l-bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet u fuel fejn applikabbli. Rigward il-persuni l-oħra li saret referenza għalihom fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari msemmija, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14258 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li b’żieda mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14940 fuq persuni ingaġġati f’positions of trust, dawk il-persuni li jifformaw parti mis-Segretarjat Privat tiegħi huma kollha strettament ingaġġati skond il-parametri stabbiliti u elenkati kif spjegati fit-tabella mehmuża mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 23 imwieġba mill-Prim Ministru fis-Seduta Nru. 7 tal-15 ta’ April 2013, li telenka ukoll l-bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet u fuel fejn applikabbli. Rigward il-persuni l-oħra li saret referenza għalihom fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari msemmija, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Lista ta’ proġetti ffinanzjati minn fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti li għaddejjin bħalissa u li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qed isiru minn fondi ewropej? Għal kull proġett, jista’ jgħid kemm hu l-valur tal-grant agreement u kemm hu l-valur tal-contract agreement?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond kif ġejt infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qed inqiegħed Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14118 u jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 14940.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari li fil-perjodu msemmi l-kumpanija nkwistjoni ma ngħatat l-ebda xogħol mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ dan il-Ministeru.

Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - ġnien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jibni xi ġnien, spazju miftuħ jew spazju rikreattiv fi Triq Amleto Spiteri f’Ħal Qormi? Se ssir xi esproprazzjoni ta’ art biex dan isseħħ?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sajjieda – Kumppens għall-closed season tal-Pixxispad

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux l-applikazzjonijiet għall-kumpens li jieħdu s-sajjieda għal closed season tal-pixxispad? Meta se joħorġu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-iState Aid Monitoring Board sabiex tkun iffinalizzata l-iskema u dan fid-dawl tar-regoli applikabli tal-UE fosthom dawk tal-EMFF. L-iskema titħabbar hekk kif jingħalqu d-diskussjonijiet.

sussidju lill-bdiewa li jieħdu l-prodotti l-Pitkalija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħallas is-sussidju lil dawk il-bdiewa li jtellgħu l-prodotti tagħhom il-Pitkalija? X’inhi r-raġuni li għalkemm fis-snin preċedenti l-bdiewa kienu jirċievu ċ-cheque bl-ammont tas-sussidju fil-bidu tax-xahar ta’ Frar, issa diġà wasalna fit-tieni ġimgħa ta’ Marza u dawn il-bdiewa għadhom ma rċevew xejn?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-ħlasijiet tas-sussidju fuq il-frott u l-ħxejjex pendenti huma l-aħħar bilanċi li jkopru s-snin ta’ produzzjoni 2013 u 2014. Dawn il-ħlasijiet qed jinħadmu u ser jitħallsu flimkien sabiex ikun jista’ jingħalaq il-programm tas-sussidju ‘SMPPMA’ li kif kien previst spiċċa fl-aħħar tal-2014. Mistennija li l-qofol tal-ħlasijiet li huma verifikati jitħallsu fil-ġimgħat li ġejjin. Fl-istess waqt il-Bord li jagħmel il-verifiki ser ikun isejjaħ 66 benefiċjarju li jeħtieġ isiru verifiki ulterjuri dwar il-ħlasijiet tagħhom matul ix-xahar ta’ April. Din il-parti tal-eżerċizzju ppjanata li titlesta sabiex jgħaddu l-aħħar ħlasijiet f’Mejju 2015.

Marsaxlokk – bajja tal-Magħluq – dredging tar-ramel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min iddeċieda li d-dredging tar-ramel li qed isir fil-bajja tal-Magħluq f' Marsaxlokk qed jerġa’ jintefa fil-viċinanzi bil-konsegwenza li l-baħar qed jerġa’ jieħdu min fejn ikun ġie dredged? Jista’ l-Ministru jinnota li b'konsegwenza t'hekk, diversi bastimenti tas-sajd qed jaħbtu l-qiegħ tagħhom mas-sodda tal-baħar meta jiġu mimlija bid-diesel?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

B'referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14940, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni kollha marbuta mal-ingaġġ tal-persuni li rrefera għalihom fit-tweġiba?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti li l-ingaġġi inkwistjoni saru kollha skond in-normi stabbiliti u għandhom l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Sadanittant l-Onor. Interpellant japprezza li d-dettalji l-oħra li jimtlew fuq dan il-qafas ta’ kuntratt huma ta’ natura kunfidenzjali, protetti mid-Data Protection Act.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija mwieġba mill-Ministeru għat-Transport u l-Infrastruttura nru. 14779 fuq is-suġġett, niġbed l-attenzjoni li fil-medda taż-żmien indikat, il-Ministeru tal-Ambjent u Żvilupp Sostenibbli li llum huwa responsabbilta` tagħna fil-perjodu msemmi kien jaqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien u aktar tard taħt il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura. Għaldaqstant tweġibiet għandhom jingħataw mill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14118 jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, għall-perjodu msemmi, mall-Ministeru hemm 17-il persuna ingaġġati bħala persons of trust. Tliet persuni minn dawn qegħdin fi ħdan il-Ministeru, tnejn qegħdin il-PARKS, tnejn oħra qegħdin il-WasteServ u għaxra taħt l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, biex jaqdu dmirijiethom skond il-ħtieġa. Flimkien ma’ dawn hemm 14-il persuna oħra ngaġġati taħt ir-responsabbilita` tas-Segretarju Parlamentari fejn tlieta minnhom qegħdin jagħmlu xogħol fl-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, tlieta qegħdin fid-Dipartiment tal-Agrikoltura, tnejn qegħdin il-Biċċerija, tnejn qegħdin fid-Dipartiment tas-Sajd, tnejn fid-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali, persuna waħda fid-Dipartiment tal-Veterinarji u persuna oħra mal-Aġenzija tal-Pagamenti. Barra minn dawn kien hemm ħames persuni oħra li kienu ngaġġati bħala persons of trust tul il-perjodu msemmi, li m’għadhomx fil-kariga.

Kampanja ta’ tiswija tal-klieb

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għaliex mhux qed isiru kampanji ta’ tiswija tal-klieb mill-Gvern? X’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar il-kampanji ta’ tiswija tal-klieb ladarba l-kampanja ta’ tal-NGO Dogs Trust se tispiċċa?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-kampanji li jniedi l-Gvern minn żmien għal żmien b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi tinkorpora ukoll it-tiswija tal-klieb. Ma huwiex previst li jinbidel xi ħaġa mill-pjanijiet odjerni peress li dan it-tip ta’ servizz xorta qiegħed u se jibqa’ jiġi offrut permezz ta’ dawn il-kampanji msemmija.

Ċimiterju tal-Annimali – site plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar dwar iċ-Ċimiterju tal-Annimali? Ġiet identifikata l-art fejn se jsir dan iċ-ċimiterju? Jista’ jipprovdi site plan tal-art magħżula?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari li bħalissa qed tkun ipproċessata applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp fuq art li ġiet identifikata għall-għan imsemmi f’Ta’ Qali u li tagħha qed inpoġġi site plan fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċimiterju tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iċ-Ċimiterju tal-Annimali hux se jippermetti difna ta’ karkassi ta’ annimali jew se jkun ibbażat fuq proċess ta’ inċinerazzjoni? Kemm hi l-kapaċità ta’ dan iċ-ċimiterju? Kemm hu stmat li jiġi jiswa l-iżvilupp ta’ dan iċ-ċimiterju? Dan iċ-ċimiterju se jitmexxa mill-Gvern jew mill-privat?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, iċ-Ċimiterju tal-Annimali ġewwa Ta’ Qali ser ikun ibbażat fuq sistema ta’ inċinerazzjoni peress li skond regoli tal-Unjoni Ewropea, annimali ma jistgħux jiġu midfuna. L-inċineratur propost mistenni jaħraq karkassi sa massimu ta’ 50kilo fis-siegħa. Dan il-proġett għandu jkun wieħed purament privat fuq art tal-Gvern li mistennija tingħata b’emfitewsi temporanja wara sejħa għall-offerti.

Kunsill għat-Trattament Xieraq tal-Annimali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill għat-Trattament Xieraq tal-Annimali ġiex appuntat jew jekk huwiex xolt fil-preżent?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, permezz tal-emendi tal-liġi msemmija li ġew fis-seħħ fl-aħħar tas-sena l-oħra, bħal issa il-Kunsill huwa xolt u għadu mhux appuntat. Ir-raġuni għala għadu f’dan l-istat, hija għaliex tħejja mekkanizmu trasparenti amministrattiv ta’ kif għandhom jiġu appuntati ċerta membri li jirraprezentaw l-NGOs fuq dan il-Bord. Għaldaqstant, intalbet l-informazzjoni tal-NGOs legalment reġistrati mal-Kummissarju risponsabbli mill-Għaqdiet Volontarji biex issir elezzjoni sigrieta taħt l-awspiċju tal-Kummissarju għat-Trattament xieraq tal-Annimali għall-ħatra ta’ żewġ membri biex jirrapreżentawhom fuq dan il-Kunsill. Din l-elezzjoni għandha ssir fil-futur qrib.

Xelter għaż-żwiemel tal-karozzini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn twaħħlu xelters għaż-żwiemel tal-karozzini mis-sena 2013 s’issa? Kemm kienu l-ispejjeż relatati mal-kostruzzjoni ta’ dawn ix-xelters? Jista’ jgħid x’inhu l-pjan? Kemm u fejn se jiġu stallati xelters ġodda kif imsemmi fid-diskors tal-Baġit 2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond l-informazzjoni li għaddewli mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba dwar ix-xelters imwaħħla mis-sena 2013 s’issa. L-ispiża totali ta’ dawn ix-xelters s’issa ammontat għal €52,972. Għaddejjin diskussjonijiet ma’ Transport Malta sabiex ikunu identifikati l-urġenzi u l-prijoritajiet fil-konfront ta’ dawn ix-xelters, inkluż ta’ oħrajn ġodda.

Importazzjoni ta’ naħal

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikati ta’ saħħa veterinarja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi skont kif ġie ddikjarat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14032? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjoni li turi li n-naħal miġjuba minn Franza ġew spezzjonati mill-Uffiċjali tal-Kontroll tas-Servizzi Veterinarji speċifikament biex jeskludu l-preżenza tal-parassita magħrufa bħala small beehive beetle qabel ma ġew rilaxxati?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, iċ-ċertifikat ta’ saħħa veterinarja maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti Franċiżi huwa d-dokument tat-TRACES nru. INTRA.FR.2015.0000730, li kopja tiegħu ngħatgħat lill-Onor. Interpellant taħt forma kunfidenzjali fis-Seduta Parlamentari nru. 240. L-awtoritajiet kompetenti Franċiżi huma obbligati li jagħmlu spezzjoni ta’ saħħa qabel ma jirrilaxxaw in-naħal. Mill-banda l-oħra, fil-post tad-destinazzjoni (il-port ta’ Malta), ġew iċċekjati d-dokumenti mill-ġdid u l-kundizzjonijiet tat-trasport ġew evalwati. L-ispezzjoni ta’ saħħa saret fuq il-post fl-14 ta’ Jannar 2015 u qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-formola tal-ispezzjoni - inspection checklist mimlija kif sippost mid-Dipartiment u ffirmata minn żewġ veterinarji. Dan kollu sar skond kif jitolbu n-normi u r-regoli tal-UE.

Qlugħ/Qtugħ ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru tax xi permessi partikulari għal qlugħ jew qtugħ ta’ siġar f’xi waħda mil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Jekk iva, liema permessi ngħataw? Liema permessi ngħataw lil individwi privati u liema ngħataw lil kunsilli lokali? X’tip ta’ siġar hu mistenni li jinqatgħu b’riżultat ta’ dawn il-permessi?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jispeċifika l-perjodu li qed jirreferi għalih u x’siġar qed jirreferi għalihom.

Fee għall-kaċċaturi u nassaba

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14322, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx introdotta xi fee, multa ammininistrattiva jew xi ħaġa simili fuq il-kaċċaturi u nassaba? X’inhu l-iskol dan? Din saret bi ftehim mal-għaqdiet tal-kaċċaturi u nassaba?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi li jagħtu d-dettalji kollha. Ta’ min iżid li skond tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-ħlasijiet ġew diskussi b'mod estensiv mar-rappreżentanti tal-kaċċaturi u n-nassaba qabel l-introduzzjoni tagħhom. Il-ħlasijiet qegħdin hemm sabiex jirkupraw l-ispejjeż amministrattivi assoċjati mal-amministrazzjoni u r-regolamentazzjoni tas-settur tal-insib u l-kaċċa u s-servizz regolatorju għall-kaċċaturi u n-nassaba.