Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Ġenerali t’Għawdex – refurbishing tas-CSSD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu li beda r-refurbishing tas-CSSD fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Fiex wasal dan ix-xogħol u meta hu maħsub li jitlesta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li x-xogħlijiet bdew lejn l-aħħar tas-sena 2014.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – ġarr ta’ strumenti mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-istrumenti li jintużaw fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed jinġiebu Malta kuljum u jittieħdu lura Għawdex bi trasport li qed jinkera kuljum għal dan? Jista’ jgħid x’inhi l-ispiża totali s’issa fuq it-trasport f’dan ir-rigward u jekk dan hux qed isir b’direct order kull xahar jew kull ġimgħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-istrumenti qed jigu sterilizzati fl-isterilization unit ta’ Mater Dei. Il- kuntratt tat-trasport sar wara li ħarġet sejħa pubblika għall-kwotazzjonijiet.

Mediċini mhux branded

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Gvern ħa deċiżjoni li ma jixtrix mediċini branded? X’jiġri meta jkun hemm konsulenti li jitolbu li pazjenti jingħataw mediċina branded għaliex ikunu każijiet eċċezzjonali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellanta li l-Gvern jixtri l-mediċini skont kif inhu stipulat mir-regolamenti tal-2010 dwar il-Kuntratti Pubblici.
Leg 12 PQ #16667 Sitting 275 2015-06-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mal-unions li jirrappre¿entaw il-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex dwar il-privatizzazzjoni tal-istess Sptar? Meta saru dawn il-laqgħat u min kien pre¿enti għalihom? X’informazzjoni ġiet mogħtija lill-unions dwar il-futur tal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifika ghal liema zmien qed jirreferi
Leg 12 PQ #16668 Sitting 275 2015-06-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Il-Qala – xogħlijiet ta’ main tal-ilma – inċident

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma illi fl-aħħar ġranet kien hemm inċident fejn persuna weġġgħet gravi fi triq fil-Qala li fuqha għddejgħaddej ix-xogħol mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex isir main minn Ħondoq ir-Rummien sa Ta’ Ċenċ? Jaf il-MinsitruMinistru li dawn it-toroq bil-periklu kollu li fihom huma miftuħa għal pubbliku u għall-vetturi? Jaf li x-xogħol issa ilu wieqaf mill-elezzjoni tal-Kunsilli kunsilli Lokalilokali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li filwaqt li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’hijiex edotta mill-fatti msemmija, ix-xogħlijiet għadhom għaddejjin. Il-Korporazzjoni qed tassigura li tevita kwalunkwe tip ta’ periklu u fejn hemm bżonn, it-toroq qegħdin jingħalqu wkoll.
Leg 12 PQ #16669 Sitting 275 2015-06-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid illum kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema, kemm dawk li huma impjegati pubbliċi u kemm dawk li huma impjegati mal-privat, li jaħdmu fuq bażi full time jew part time fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dan in-numru totali huma impjegati fis-servizz pubbliku u kemm minn dawn huma impjegati mal-privat? Jista’ l-Ministru jaqsam dawn il-ħaddiema skont il-grad tagħhom u jgħid kemm hemm ħaddiema f’kull grad? Jista’ jgħid kemm kien in-numru totali ta’ ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2012?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l- Onorevoli Interpellanta li l-haddiema impjegati mal- Gvern hemm 782 Minn Dicembru 2012 sa llum kien hemm zieda ta’ 8 tobba, 56 nurses, 19 Emergency Ambulance Responder, 20 Allied Health & Supporting staff u 9 staff klerikali

Sptar Mater Dei – konkrit difettuż – danni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif wasal għall-konklużjoni li d-danni fl-Isptar Mater Dei marbuta mal-konkrit difettuż jammontaw għall-€35 miljun?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi l- stima preliminari moghtija mill- kumpanija ARUP ghad-Dipartiment tas-Sahha, ghax-xoghlijiet li ghandhom isiru fid-Dipartiment tal-Emergenza minhabba n-nuqqasijiet fid-disinn u s-sahha tal-konkrit kienet ta’ 5 miljun ewro. Meta il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici hadu il-kalkoli tad-difetti strutturali li instab li jezistu fil-kumplament tal-isptar il-figura li waslu ghaliha kienet ta’ 35 miljun ewro . Dipendenti mir-rizultat ahhari tal-analizi mill-ARUP fuq id-disinn u l-konkrit ta’ Mater Dei kollu, c-cifra imsemmija tista tvarja.

Sptar Mater Dei – Linear Accelerators – training ta’ staff

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx training ta’ staff biex jużaw il-linear accelerators il-ġodda fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li l-Isptar Boffa ghamel pjan fit-tul fuq it-tahrig mehtieg. Dan il-pjan beda jigi implimentat minn Marzu 2015, fejn gie finalizzat training fuq l-equipment innifsu ghal professjonisti bhal m’huma tobba, radiographers u medical physicists. Inghata ukoll training in-house ghal Medical Physicists li wassal ghall-izvilupp ta’ Quality Control procedures specifici. Bhala tahrig ‘on-going’, se jibqa ghaddej fit-tul u se jibqa jigi offrut anke lill-haddiema godda li jinghaqdu mal-Onkologija.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – żieda ta’ infermiera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, issa li żdiedu għaxar cubicles fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, żdidux l-infermiera f’dan id-dipartiment biex ilaħħqu maż-żieda fil-pazjenti? Jekk iva, b’kemm żdiedu l-infermiera?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nurses zdiedu b’20 f’Ottubru 2014. Hekk il-pazjent dejjem qed ikun moqdi fl-inqas hin possibbli.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza — żieda ta’ cubicles

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min ikkonsulta fuq iż-żieda ta’ għaxar cubicles fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei? X’tip ta’ assessment sar f’dan ir-rigward? Jew ma sar l-ebda assessment?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li saru diskussjonijiet mal-istakeholders involuti.

Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – żieda ta’ cubicles

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkonsidrax li ż-żieda ta’ għaxar cubicles fid-Dipartiment tal-Emerġenza, jista’ jwassal biex jinkuraġġixxi aktar pazjenti jmorru hemmhekk minflok ifittxu s-servizzi taċ-ċentri tas-saħħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li d-Dipartiment tal-Emergenza flimkien mal-management qed jiehdu l-passi mehtiega biex il-pazjent jinqeda fl-inqas hin possibbli.

Sptar Mater Dei – pazjenti fil-kurituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar kemm kien hemm pazjenti fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei minn Jannar 2014 sa Mejju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li minn informzjoni moghtija mis-CEO ta’ Mater Dei n-numru ta’ pazjenti li daħlu għal-kura fl-ispazji barra s-swali ghal matul is-sena 2014 kien ta’ 2500. Ta’ min iqabbel din il-figura ma’ tas-sena 2012, fejn in-numru ta’ pazjenti fl-ispazji barra s-swali kien ta’ 8118.

Sptar Mater Dei – pazjenti li mietu fil-kurituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xahar b’xahar kemm mietu pazjenti li kienu fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei minn Jannar 2014 sa Mejju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor Interpellant li minn informazzjoni miġbura mis-CPAS bejn Jannar 2014 u April 2015 kien hemm 7 pazjenti li mietu barra is-swali. Filwaqt li fl-2012 kien hemm 8.

Sptar Mater Dei – sodod fil-kuritur tal-Medical Imaging

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod fil-kuritur tal-Medical Imaging (-1) fl-Isptar Mater Dei? Kemm minn dawn is-sodod kienu okkupati minn Jannar 2014 sa Mejju 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan l-ispazju jesa 35 sodda. Minn Jannar 2014 sa April 2015 kien hemm okkupazzjoni medja ta’ 43%.
Leg 12 PQ #16661 Sitting 274 2015-06-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ammont ta’ ilma unaccounted for

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16425 u jagħti tagħrif dwar kemm hu l-perċentwali ta' ilma li qed jintilef f'unaccounted for water? Kif ivarja l-ammont ta' ilma li jkun hemm mitluf minn lokalità għal oħra? Liema huma l-iktar lokalitajiet li fihom jirriżulta li qed jintilef ilma, u liema huma l-lokalitajiet li fihom jirriżulta li jintilef l-inqas ilma? X'inhu l-ammont ta' ilma li jintilef b'dan il-mod, lokalità b'lokalità?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta għalqet is-sena 2014 b’ILI (Infrastructure Leakage Index) ta’ 1.94, l-inqas livell ta’ telf tal-ilma mill-1995 'l hawn meta l-livell dak iż-żmien kien viċin l-20. Dan l-iżvilupp pożittiv wassal biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tingħaqad mal-A Band, skont is-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-World Bank Institute.

Metodu ġdid għat-testijiet tad-demm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiddaħħal il-metodu ġdid ta’ kif jiġi ċċekkjat il-livell ta’ warfarina fid-demm tal-pazjenti Maltin u Għawdxin fil-kliniċi kollha ta’ Malta u Għawdex? Jista’ jgħid fejn u f’liema kliniċi qed jingħata dan is-servizz? Meta u fejn aktar se jiġi introdott? Peress li dan il-metodu huwa simili għal dak li bih jitkejjel il-livell taz-zokkor fil-pazjenti u huwa ta’ inqas inkonvenjent għall-pazjenti, jikkonferma l-Ministru li huwa pass għaqli li l-Gvern qed jintroduċi dan il-metodu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-metodu ġdid ta’ kif jiġi ċċekkjat il-livell tal- Warfarina fid-demm jew POC-ACC, issa jinsab fic-Centri tas-Sahha tar-Rabat, B’Kara, l-Furjana, Hal-Qormi, Rahal l-Gdid, Bormla u l-iSptar ta’ Ghawdex. Dan kien pass ghaqli ghaliex permezz ta’ din is-sistema, il-pazjenti qed jinqdew fil-komunita aktar qrib fejn joqghodu u qed jitnaqqas il-piz fuq Mater Dei. Il-pazjent qed jinghatalu r-rizultat dak il-hin stess u jigi ggwidat fuq id-dosa tal-Warfarina meta jkun ghadu quddiem it-tabib. B’hekk is-sistema hija aktar sigura ghas-sahha tal-pazjent ghax id-doza tkun mgharfa dak il-hin stess u kull intervent jew parir jista jinghata f’waqtu.

Sptar Ġenerali t'Għawdex — tmexxija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-Gvern Malti kienx għamel xi ftehim ma' xi kumpanija qabel ma ħarġet is-sejħa jew qabel ma netfħu l-offerti, għall-espressjoni tal-interess dwar it-tmexxija tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex u l-Isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid minn kienet din il-kumpanija? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija għandhiex konnessjonijiet ma xi waħda mil-kumpaniji li tefgħu l-offerta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru ghas-Sahha u l-Energija ma ghandu ebda ftehim fuq l-isptar San Luqa u l-isptar Generali t’Ghawdex

Sptar Mater Dei — Proġett tal-Medical Assessment Unit - periti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-periti kurrenti tal-proġett tal-Medical Assessment Unit qattx tkellmu mal-periti responsabbli għall-istruttura tal-Blokk tal-Emerġenza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ma sarx bini fuq il-blokka tal-emerġenza.

Sptar Mater Dei – Proġett tal-Medical Assessment Unit –bdil ta’ sit

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-deċiżjonijiet li jinbidel is-sit tal-proġett tal-Medical Assessment Unit ittieħdet mingħajr ma tkellmu bejniethom il-periti l-ġodda u dawk li effettivament kienu responsabbli għall-integrità tal-binja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ra siti alternattivi sabiex ikun jista’ jsir dan il-proġett nazzjonali mingħajr ma jintilfu l-fondi.

Foundation for Medical Services – safe/fire proof document cabinet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar ta’ Mejju 2014, x’kien jitpoġġa fis-safe tal-Foundation for Medical Services? Jista’ jippreċiża jekk dan kienx effettivament safe jew jekk kienx fire proof document cabinet li huwa intenzjonat preċiżament sabiex jipproteġi dokumenti sensittivi? Min kellu ċ-ċavetta ta’ dan is-safe jew cabinet? Min kien jikkontrolla l-aċċess għalih?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rapport tal-inkjesta li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.