Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar — Konsulenti u Kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-konsulenti li nħatru minn Marzu tal-2013 ‘l hawn? Kemm hu l-ħlas tagħhom individwalmenti fix-xahar, x’servizz huma mitluba li jagħtu u kemm-il siegħa huma mitluba jaħdmu fix-xahar fuq ix-xogħol ta’ konsulenza? Jista’ fil-lista jinkludi wkoll il-membri ta’ kull kumitat li nħatru minn Marzu tal-2013 ’l hawn, kemm qed jitħallsu u x’servizz hu mitlub li jagħti kull membru?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — lista ta' bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid min huma d-diretturi li jservu fuq kull bord? Jista’ jgħid ukoll min kienu l-membri fuq kull bord sad-9 ta' Marzu 2013?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Procurement Committee — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Procurements Committee fi ħdan il-Malta Enterprise mill-ewwel ta’ din is-sena s’issa? Jista’ jgħid ukoll x’kienu d-dati ta’ dawn il-laqgħat, il-ħinijiet ta’ meta saru u l-persuni li ffurmaw il-kumitat waqt il-laqgħat imsemmija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li fil-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks Ltd hemm żewġ kumitati ta' Procurement:- 1) Il-Procurement Committee li jevalwa Quotations/Departmental Tenders li minn Jannar 2013 sal-lum iltaqa’ 6 darbiet. 2) L-Evaluation Committee li jevalwa Tenders tad-Dipartiment tal-Kuntratti u tenders li huma iffinanzjati mill-fondi tal-UE. Dan il-kumitat iltaqa’ 17-il darba minn Jannar 2013 sal-lum. Iktar dettalji dwar id-dati u l-ħinijiet tal-laqgħat kif ukoll l-membri ta' dawn il-kumitati huma ndikati fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Privitasation Unit – remunerazzjoni tal-bord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1993 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kif inhu kompost il-bord tal-Privatisation Unit u x’inhuma remunerazzjoni u l-benefiċċji tal-membri?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni interessati fl-EOI għas-sit tal-Malta Shipbuilding fil-Marsa kienu kostretti li jissottomettu pjan għas-sit kollu jew jistgħu juru interess f'parti mis-sit biss?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nikkonferma li persuni interessati fl-EOI għas-sit tal-Marsa Shipbuilding fil-Marsa, jistgħu jissottomettu EOI kemm għas-sit kollu kif ukoll jistgħu jissottomettu EOI għal parti minnu biss. Dan hu ikkomunikat fil-media meta qed ikun irreklamat din l-espressjoni ta’ interess.

Privatisation Unit — Chairman - Riżenja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2171 u jinforma lill-Kamra jekk irċeviex ir-riżenja taċ-chairman tal-Privatisation Unit u jekk fl-affermattiv, jistax jinforma lill-Kamra dwar ir-raġunijiet tal-istess riżenja?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nikkonferma li fit-13 ta’ Mejju 2013 irċevejt ittra ta’ notifika mingħand iċ-chairman tal-Privatisation Unit li xtaq jieqaf mix-xogħol b’effett mit-12 ta’ Ġunju 2013. Ir-raġuni mogħtija hi ta’ natura personali.

Privatisation Unit — Ingaġġ ta' avukati

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2172, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar ir-riżultat tas-sejħa li saret għall-ingaġġ ta’ avukati/ditti ta’ avukati biex jassistu lill-Privatisation Unit għar-rigward ta’ ħruġ ta’ liċenzji għal casino ġdid jew casinos ġodda skont avviż li kien ippubblikat f’The Malta Independent u The Times of Malta fit-28 ta’ April 2013? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultat?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li kien hemm 14-il avukat/ditti ta’ avukati li wieġbu għas-sejħa li qed jirreferi għaliha l-Onor. Francis Zammit Dimech. Id-ditta tal-avukati li ntgħazlet hija Deguara Farrugia Advocates. Peress illi l-informazzjoni mitluba tinkludi dettalji fuq individwi li mhumiex uffiċjali pubbliċi, nħoss li mhux prudenti li l-informazzjoni mitluba titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

kummissajru biex titnaqqas il-burokrazija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħatar il-kummissarju mwiegħed biex inaqqas il-burokrazija u x'inhuma l-ħsebijiet u pjanijiet konkreti tiegħu biex tonqos il-burokrazija?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — informazzjoni dwar vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?

Response (CARDONA, CHRIS)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li teknikament, kull Ministeru ta’ din il-leġislatura huwa wieħed ġdid u m’għandu x’jaqsam xejn mal-Ministeri li kien hemm fil-leġislatura l-oħra. Dan huwa stat ta’ fatt mhux biss mill-aspett legalistiku iżda wkoll mill-aspett amministrattiv għaliex il-kompożizzjoni tal-Ministeri l-ġodda hija ferm differenti minn dik li kien hemm fil-leġislatura preċedenti. Jien infurmat li eżatt qabel l-aħħar elezzjoni, bħalma hija l-prassi normali, l-vetturi li kienu jintużaw mill-Ministeri differenti għaddew għand id-Direttur Servizzi Korporattiv rispettiv, ħlief għall-karozzi Ministerjali li ngħataw lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li mbagħad refagħhom fid-depot tal-pulizija f’Ta’ Kandja, u ħlief ukoll għal dawk il-karozzi li kienu jintużaw mill-Kapijiet tas-Segretarjati tal-Ministri u mis-segretarji privati ta’ kull Ministru ta’ dak iż-żmien, li kienu ingħataw id-dritt li jixtru l-karozza li kienet għandhom skont il-kuntratt tax-xogħol li kellhom. Dan iffiser li l-uniċi karozzi li nżammu mid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeri preċedenti kienu, jew dawk il-karozzi li kienu għall-użu ġenerali tas-segretarjat privat tal-Ministru, jew inkella karozzi li ma nxtrawx mill-kap tas-segretarjat. Fil-każ ta’ dak li kien il-Ministeru għall-Infrastruttura Trasport u Komunikazzjoni u li kien jokkupa il-binja fejn illum hemm il-Ministeru tiegħi, jien infurmat li d-Direttur għas-Servizzi Koporattivi rispettiv kien ta karozza waħda, dik li kienet tal-ex-Ministru lill-OPM, filwaqt li karozza waħda li kienet tintuża għal skopijiet ġenerali kienet inżammet mill-istess Direttur, sabiex ingħatat service u wara l-elezzjoni ingħatat lis-Segretarjat tiegħi.

Libya Build — Attendenza ta' uffiċjali Maltin

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm uffiċjali tal-Gvern Malti li attendew għall-ftuħ tal-Libya Build ġewwa l-Libja?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Enterprise kellha żewġ uffiċjali mill-Uffiċju tagħha fi Tripoli waqt il-fiera Libya Build . Dawn akkumpanjaw u għenu lill-esebituri Maltin bħalma jiġri dejjem f'dawn il-fieri.

intrapriżi żgħar u medji — Pjanijiet u proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet u proġetti se jsiru matul din is-sena biex jgħinu lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Is-skemi u s-servizzi offruti mill-Malta Enterprise li l-iżjed għandhom jinteressaw lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju huma dawn li ġejjin: BUSINESS ADVISORY SERVICES: L-iskema ta’ “Business Advisory Services” tgħin lill kull tip ta’ intrapriża kif ukoll lill-intraprenditur billi tipprovdi konsulent sabiex jgħin lill-intrapriża jew lil-intraprenditur. Dawn il-konsulenti jistgħu jgħinu f’ oqsma differenti bħal “energy audits”, “business start-ups”, “industrial space utilisation”, “quality management”. L-iskema tipprovdi diversi konsulenti skont il-bżonn tal-intrapriża jew tal-intraprenditur sabiex jingħata l-aħjar konsulenza skont il-ħtieġa. QUALITY PLUS L-iskema QUALITY PLUS tgħin lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) sabiex ikomplu jinvestu fil-kwalita tal-prodott, servizz jew proċess. L-għajnuna hija waħda ta' natura fiskali fejn l-għajnuna tinħadem fuq bażi ta' tnaqqis ta' taxxa. Din l-għajnuna tista tkopri sa €20,000 fi spejjeż li huma marbuta ma’ investiment sabiex titjieb il-kwalita. MICROGUARANTEE: L-iskema ta’ Microguarantee tgħin lill-intrapriżi eliġibbli li għandhom proġetti approvati mil-Malta Enterprise sabiex jieħdu garanzija fuq self minn banek kummerċjali. Is-self jista jilħaq sa massimu ta’ €100,000 u jista ‘jitħallas fi żmien massimu ta’ għaxar snin. Il-garanzija approvata tista tlaħħaq sa massimu ta 80% tal-ammont misluf. MICROINVEST: L-iskema Microinvest tgħin lill-intrapriżi żgħar sabiex jinvestu u jżidu l-impjegati. L-għajnuna hija waħda ta' natura fiskali fejn l-għajnuna tinħadem fuq bazi ta' kreditu ta' taxxa ekwivalenti għall-erbgħin fil-mija ta' l-ispejjeż kapitali kif ukoll fuq ingaġġ ta' impjiegi addizzjonali. Fil-każ ta' intrapriżi Għawdxin, din l-assistenza titla għal sittin fil-mija. Min din is-sena, il-kriterji ta' kwalifikazzjoni ser tinfetaħ għal intrapriżi li jimpjegaw sa teltin impjegat. ERDF ENERGY SCHEME: Ser tinfetaħ sejħa għal grants lill-intrapriżi li jixtiequ jinvestu f'soluzzjonijiet li jiġġeneraw id-dawl permezz ta' panelli foltovoltajiċi. Din is-sejħa ser jkollha fond ta' aktar minn ħames miljun ewro, liema fond huwa ko-finanzjat mill-fond Ewropew tal-ERDF. Parti min dawn il fondi ser jkunu riżervati għal intrapriżi Għawdxin. NETWORK SUPPORT SCHEME: Din l-iskema tħeġġeg lill-intrapriżi sabiex jikkolaboraw flimkien permezz ta' twaqqif ta' networks formali li jaħdmu sabiex itejjbu il-kompetittivita' tas-settur kif ukoll tgħin inizzjattivi li jwasslu għall-innovazzjoni. SME DEVELOPMENT GRANTS: Intrappriżi żgħar jistgħu jkunu megħjuna taħt din l-iskema sabiex jkunu jistgħu jtejjbu il-kompetittivita tagħhom billi jingħataw għajnuna sabiex jkunu jistgħu jixtru servizzi ta' konsultazzjoni minn esperti li jagħtu pariri tekniċi li jwasslu lill-intrapriża tiżvillupa prodotti ġodda.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji Żgħar — servizz ta’ customer care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob — chairman

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern ġiex uffiċjalment mgħarraf li ċ-chairman tal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob ġie maħtur bħala konsulent għad-Direttur tal-Gaming Enforcement ta' New Jersey? Il-Gvern ħa parir legali jekk din il-ħatra tmurx kontra l-provvediment 9 (4) (c) tal-Att dwar il-Lotteriji u Logħob Ieħor? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li ngħata?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

riforma tas-swieq fil-beraħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma l-veduti tiegħu dwar il-kontenut tal-White Paper li l-Gvern preċedenti kien nieda dwar ir-riforma tas-swieq fil-beraħ u jekk hux beħsiebu jkompli fit-triq tal-proposti hemm kontenuti jew għandux pjanijiet diversi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lil Onor Interpellant li fis-Settur tas-swieq fil-beraħ jista’ jsir titjib u fil-white paper jista' jkun hemm elementi pozittivi. Ninsab infurmat li dwar din il-white paper kienu saru xi oġġezzjonijiet mill-għaqdiet li jirrapreżentaw il-bejjiegħa tal-Monti fosthom l-Għaqda Imprendituri Maltin u l-General Workers Union u li dwarhom baqgħu qatt ma rċievew risposta. Il-Gvern ma jemminx li għandu jibbaża l-azzjoni tiegħu fuq white paper li ħarġet sentejn ilu. Imma jemmen li jkun aktar għaqdli jekk joħroġ il-proposti tiegħu wara li jkun ikkonsulta mal-istakeholders kollha biex ikollu stampa attwali u holistika tar-realtajiet tal-lum, kif inhu mwiegħed fl-istess programm tal-Gvern.

suq fil-beraħ fuq proprjetà privata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-liġi viġenti tkun emendata sabiex tippermetti lil min għandu proprjetà privata u jrid li joffriha sabiex isir suq fil-beraħ fuqha, jkun jista’ jagħmel dan?

Response (CARDONA, CHRIS)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li skont Artikolu 27 sub-artikolu 5 tal-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati, interpellanza m’għandiex titlob għoti ta’ opinjoni. Madankollu jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi suġġeriment iktar speċifiku u studjat dwar il-materja li irrefera għaliha, nitolbu jagħmel dan billi jiktibli formalment bit-dettalji sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni xierqa tiegħu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — inventarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux inventarju ta' x'suppost kien hemm fil-Ministeru? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk ġiex konfermat li dak kollu mniżżel fl-inventarju instabx? Jekk kien hemm xi nuqqasijiet, jista' jgħid jekk ittieħditx xi azzjoni, u x'inhi din l-azzjoni?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninsab infurmat li l-inventarju ta’ dak li kien hemm fil-post illum okkupat mill-Ministeru tiegħi, fil-fatt kien miżmum, kif inhi l-prassi, mid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru li kien jokkupa l-istess post qabel l-elezzjoni. Jien infurmat li dan l-inventarju kien ġie ivverifikat immedjatament wara l-elezzjoni u kollox instab kif suppost.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-2004 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.