Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żgħażagħ li jkomplu jistudjaw wara l-form 5

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ żgħażagħ li jispiċċaw il-Form 5 u li jkomplu jistudjaw? Jista’ jagħti l-figura mis-sena 1996 sal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’risposta għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) ma twettaqx studji relatati ma’ studenti li spiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja. L-informazzjoni li l-NCFHE tiġbor hija relatata mar-reġistrazzjoni ta’ studenti f’edukazzjoni avvanzata u ogħla. Din l-informazzjoni bdiet tinġabar mis-sena akkademika 2007/2008. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tirrappreżenta l-perċentagg ta’ individwi b’etajiet ta’ 16, 17 u 18-il sena li pparteċipaw fi kwalunkwe tip ta’ edukazzjoni fis-snin akkademiċi ta’ bejn l-2008 u l-2014 meta mqabbla man-numru totali ta’ individwi fl-etajiet ta’ 16, 17 u 18 fil-gżejjer Maltin. Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li r-rapporti kollha maħruġa mill-NCFHE huma disponibbli mill-websajt tiegħu fuq: http://www.ncfhe.org.mt/content/home-downloads-further-and-higher-education-statistics/86474752/

Higher Secondary Naxxar – stationery — ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslulux ilmenti li l-prezzijiet li qed jintalbu l-istudenti għall-photocopies mill-ħanut tal-istationery tal-Higher Secondary fin-Naxxar (li għandu monopolju għax hu l-uniku wieħed fil-konfini tal-iskola u ħwienet oħra huma ‘l bogħod sew minn din l-iskola) huma għoljin ħafna meta mqabbla mal-prezzijiet li normalment jintalbu l-istudenti minn ħwienet oħra? Jista’ jgħid jekk waslulux ilmenti wkoll li l-istudenti ma jingħatawx irċevuta meta jmorru jixtru n-notes mingħand l-istess ħanut? Jista’ jgħid jekk hux aċċettabbli li dan il-ħanut tal-istationery jitmexxa minn mara ta’ għalliem li jaħdem f’din l-istess skola u li allegatament jidher f’dan l-istess ħanut għal sigħat twal?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-iskola qatt ma rċeviet ilmenti mingħand għalliema, ġenituri jew studenti dwar il-ħanut tal-istationery li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, la dwar prezzijiet u lanqas dwar għoti ta` riċevuti. M'hemmx obbligu li l-istudenti jixtru affarijiet ta` stationery mill-imsemmi ħanut. Għalkemm il-mara li tmexxi dan il-ħanut mhijiex impjegata la tal-iskola u lanqas tad-Direttorat, infurmat li mhux minnu li din il-persuna hija l-mara ta' għalliem li jaħdem f'din l-iskola.

Aġenżija Żgħażagħ — skemi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-iskemi varati mill-Aġenzija Żgħażagħ għal din is-sena, kemm kien hemm persuni li għamlu użu minnhom u l-valur tal-investiment ta’ kull skema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għal din is-sena Aġenzija Żgħażagħ nediet tlett skemi li kienu:- Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda b`fond ta` €70,000 fejn kien hemm 25 każin li bbenefikaw, u l-inizjattivi Be Active u A4U (assistance for you) għall-għaqdiet u gruppi taż-żgħażagħ fejn ibbenefikaw 21 għaqda b`fond ta` €40,000.

MCAST – nefqa infrastrutturali fuq proġetti ta’ bini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa infrastrutturali fuq proġetti ta’ bini u simili tal-MCAST għas-sena skolastika 2013 u 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Università ta’ Malta – nefqa infrastrutturali fuq proġetti ta’ bini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa infrastrutturali fuq progetti ta’ bini u simili tal-Universita ta’ Malta għas-sena skolastika 2013 u 2014?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub fil-mistoqsija jkun jista’ jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.

Żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara li spiċċaw l-iskola sekondarja fl-aħħar tal-2013? Jista’ jindika l-ammont li ġew klassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara li spiċċaw mill-iskola sekondarja fl-aħħar tal-2012? Jista’ jindika l-ammont li ġew klassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni sekondarja

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19878, jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn iż-żgħażagħ kienu reġistrati li qed jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal Għaxaq u Santa Luċija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni sekondarja u li kienu reġistrati li qed jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal Għaxaq u Santa Luċija huwa ta’ 313. Minnhom 113 huma ta’ sess femminil filwaqt li 200 huma ta’ sess maskil.

Żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni sekondarja

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19878, jista’ l-Ministru jindika kemm minn dawn iż-żgħażagħ kienu reġistrati li qed jgħixu Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ żgħażagħ li ma komplewx l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni sekondarja u li kienu reġistrati li qed jgħixu Wied il-Għajn, iż-Żejtun u l-Fgura huwa ta’ 430. Minnhom 177 huma ta’ sess femminil filwaqt li 253 huma ta’ sess maskil.

Ċertifikat ta’ Care Assistant: Care of the Elderly

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-kors li jwassal għaċ-ċertifikat ta’ Care Assistant: Care of the Elderly: Theory and Practice (LAS1101) li kellu jibda f’Settembru li għadda fl-Università ta’ Malta permezz tas-Centre for the Liberal Arts and Sciences? Jista’ jgħid eżattament meta beda dan il-kors u kemm minn dawk li applikaw ġew aċċettati u qed isegwu dan il-kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-kors qed jiġi organizzat mir-Residenza San Vinċenz de Paul u akkreditat mill-Università ta’ Malta bħala taqsima studju ‘LAS1101 - Care of the Elderly: Theory and Practice’ fl-ambitu tal-Programm fl-Arti u x-Xjenzi Liberali (PLAS). Din it-taqsima studju għandha valur ta’ erbatax (14)-il krettu ECTS u dawk li jtemmu b’suċċess jingħataw ċertifikazzjoni li tindika l-isem tat-taqsima studju u l-marka li jkunu kisbu. Ta’ min wieħed jippreċiża li ċ-ċertifikazzjoni li tingħata tikkonċerna t-taqsima studju partikolari u ma tikkostitwix Ċertifikat Universitarju bħala Rikonoxximent Universitarju sal-ewwel Grad (University Undergraduate Award); dan jinkiseb meta persuna tkun kisbet tal-anqas tletin (30) krettu ECTS. Għalhekk, għall-finijiet tal-Università, din it-taqsima studju ma twassalx għal “ċertifikat ta’ Care Assistant”. Bħal f’każijiet oħra l-Università tagħti ċertifikazzjoni akkademika iżda ma tidħolx fil-mertu ta’ liema kwalifiċi huma meħtieġa biex wieħed jeżerċita xogħol jew professjoni partikolari, li tibqa’ prerogattiva ta’ min iħaddem jew tal-awtorità kompetenti skont il-liġi. In-numru ta’ applikanti għat-taqsima studju kien ta’ sitta u sebgħin (76), li minnhom wieħed u sittin (61) ġew aċċettati u rreġistrati għat-taqsima studju LAS1101. Is-sessjonijiet teoretiċi u prattiċi bdew nhar is-7 ta’ Settembru 2015 u għadhom għaddejjin. Sal-lum, tmienja u ħamsin (58) persuna għadha qed issegwi t-taqsima studju.

Skejjel tal-istat – għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta’ għalliema bil-warrant temporanju u dak permanenti li jaħdmu fl-iskejjel kollha tal-istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’ għalliema bil-warrant temporanju u dak permanenti li jaħdmu fl-iskejjel kollha tal-istat huwa kif ġej: GradWarrant permanentiWarrant temporanjuTotal Head of Department119 119 Instructor4 4 Supply Teacher30105135 Supply Teacher - Ind. Status62026 Teacher33352443579 Total34943693863

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Technical Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ Assistant Technical Officers, Technical Officers, Senior Technical Officers u Principal Technical Officers li huma impjegati fi ħdan il-Ministeru li għalih hu responsabbli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ Technical Officers impjegati fid-Direttorati/Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huwa kif ġej: Assistant Technical Officers: 61 Technical Officers: 34 Senior Technical Officers: 12 Principal Technical Officer: 1

ETC – Vocational Education and Training Award for Care Workers for the Elderly

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kors ‘Vocational Education and Training Award for Care Workers for the Elderly’ hux attwalment qed jiġi offrut mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC)? Jista’ jgħid meta beda dan il-kors, meta se jkun qed jintemm u kemm huma l-persuni li bħalissa qegħdin isegwu dan il-kors?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ bħalissa mhux qed toffri l-kors ‘Vocational Education and Training Award for Care Workers for the Elderly’. Dan il-kors se jerġa' jibda f’Jannar tas-Sena 2016 u huwa twil 336 siegħa maqsuma f’236 siegħa taħriġ teoretiku u 100 siegħa taħriġ prattiku.

Skejjel tal-Knisja — nefqa globali tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa globali tal-Gvern lill-iskejjel tal-Knisja għas-sena 2013, 2014 u 2015 u fiex kienet tikkonsisti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-nefqa tal-Gvern lill-iskejjel tal-Knisja għas-snin 2013,2014 u 2015 hija kif tidher fit-tabella hawn taħt. Din in-nefqa hija l-għotja li jagħti l-Gvern lill-iskejjel tal-Knisja skont il-ftehim mas-Santa Sede li kien sar fl-1991. ItemDeskrizzjoniSena 2013Sena 2014Sena 2015* 5024Church Schools€48,500,000€54,130,326€48,640,871 *L-ammont tal-2015 huwa ħlas li sar sat-2 ta’ Ottubru 2015 u jinkludi l-ammont ta’ €2,198,951 bħala arretrati.

Skejjel Indipendenti – nefqa globali tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa globali tal-Gvern lill-iskejjel indipendenti għas-sena 2013, 2014 u 2015, inkluż ħlasijiet relatati ma’ LSAs?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-nefqa tal-Gvern lill-iskejjel indipendenti għas-snin 2013, 2014 u 2015 hija kif gej: ItemDeskrizzjoniSena 2013Sena 2014Sena 2015* 5503Learning Support Assistants in Prívate Schools€896,212€1,834,330€1,287,916 5632Investment Fund for Private Schools€650,000€796,961€640,248 *In-nefqa tal-2015 hija sat-2 ta’ Ottubru.

Settur tat-tagħlim tal-Ingliż — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tas-settur tat-tagħlim tal-Ingliż f'pajjiżna għall-studenti barranin? Kemm–il student attendew dawn it-tip ta’ korsijiet fis-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-għadd ta’ studenti barranin li attendew korsijiet tal-Ingliż f’pajjiżna fl-2013 u fl-2014 hu kif se nsemmi: 2013 - 74,992 2014 - 77,550 Rigward l-2015, ninsab infurmat li l-istatistika tinġabar f’Jannar 2016 u tiġi proċessata min-National Statistics Office (NSO) sabiex toħroġ stqarrija f’April 2016. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-NSO jippubblikaw l-istatistika kull sena.

Programmi approvati mil-EUPA

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta’ programmi approvati mill-European Union Programmes Agency (EUPA), il-valur kumplessiv ta’ dawn il-programmi u f’liema oqsma u setturi dawn ingħataw fis-snin 2013, 2014 u 2015?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-valur kumplessiv ta' programmi approvati mill-EUPA fis-snin indikati mill-Onor. Interpellant hu kif se nsemmi: 2013 - €3,394,372.44 2014 - €5,955,506.00 2015 (s'issa) - €5,826,163.12 Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista iktar dettaljata ta' dawn il-programmi, in-numru ta' proġetti fl-oqsma differenti u l-valur tagħhom.

National Archives — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġetti attwati min-National Archives minn Marzu 2013 ‘l hawn u dawk ippjanati għall-futur?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġetti attwati min-National Archives minn Marzu 2013 ‘l hawn huma: 1. Parteċipazzjoni bħala membru fundatur tal-Arkivji Nazzjonali fil-proġett Archives Portal Europe - network of excellence (APEx). Matul il-proġett l-Arkviji Nazzjonali minbarra li ħadmu sabiex il-portal jitwettaq, tellgħu dan il-materjal fuq il-Portal Ewropew ( www.archivesportaleurope.eu ): Holdings guide; 12-il katalgu; 85,889 deskrizzjoni ta’ dokumenti; u aktar minn 220,000 riproduzzjoni diġitali ta’ dokumenti. 2. Ġie iffirmat MOU mal-Università ta’ Malta dwar il-Proġett tal-Public Memory Archives. Il-ftehim ġie iffirmat fid-19 ta’ Mejju 2014 u jipprovdi għal kollaborazzjoni fil-Proġett tal-Memorja Nazzjonali li jorbot mal-wegħda Elettorali numru EM 13.032 3. Ġie iffirmat MOU maċ- Centre de Recerca i Difusió Girona u l-Arkivju lokali Richard Ellis fit-12 ta’ Ottubru 2014 sabiex jinstabu mezzi kif dan it-teżor imprezzabli lokali tal-Arkivji ta’ Ellis ikunu mħarsa b’mod professjonali. 4. Intlaħaq ftehim mal-Hill Museum and Manuscript Library li ġie iffirmat fit-22 ta’ Settembru 2014 sabiex issir diġitizzazzjoni tad-dokumenti ta’ żmien il-Franċiżi u tlesta l-proġett. 5. Tlestiet id-diġitizzazzjoni tad-dokumenti tal-Qrati magħrufa bħala l- Magnia Curia Castellania (1,411-il volum) li jkopru s-snin 1545-1689. B’kollox saru 1,606,301 xbieha diġitali minn din il-kollezzjoni. Gradwalment dan il-materjal qiegħed jitlesta sabiex ikun ikun jista’ jitpoġġa on-line. S’issa hemm 143 volum jew madwar 130,000 xbieha onlajn. 6. Saret l-allokazzjoni u trasformazzjoni ta’ dak li qabel kienet l-Iskola Lorenzo Manchè sabiex issir repositorju ta’ Rekords sakemm jinbena Arkivju Nazzjonali ġdid. Tlesta x-xogħol infrastrutturali fuq il-post u bdew jaslu d-dokumenti. 7. Issejjaħ il-Forum Nazzjonali dwar l-Arkivji li sar fid-19 ta’ Frar 2014 u ġie ppubblikat l- iState of Archives Report kif rikjest mill-Liġi tal-Arkivji Nazzjonali. 8. L-Arkivji Nazzjonali komplew b’numru ta’ pubblikazzjonijiet li jixħtu dawl fuq materjal jew temi minn materjal li jinsab fl-Arkivji. Matul dan il-perjodu ġew pubblikati: · Il-ktieb ‘Valletta: Porta Reale and Environs’ · Il-katalgu tal-wirja ‘Engagements and Weddings in Gozo past · The Salter Album: ‘Encounters in Malta’s Prisoner of War Camps 1914-1920’ · Il-katalgu tal-wirja ‘Gozo Anniversaries’ 9. Minbarra li nżammet il-parteċipazzjoni fil-fora intenazzjonali arkivistiċi bħal European Board of National Archivists, il-European Archives Experts Group, id-DLM Forum, u l-Kunsill Internazzjonali dwar l-Arkviji, l-Arkivista Nazzjonali Malta kompla bit-tieni terminu ta’ tmexxija bħala Chairperson tal-Assoċjazzjoni ta’ Arkivisti u Records Managers tal-Commonwealth. Hawn bdiet koordinazzjoni mal-pajjiżi l-oħra tal-Commonwealth dwar l-issue tal-Migrated Archives. 10. Bil-għajnuna tal-Friends of the National Archives bdiet u waslet f’nofsha id-diġitizzazzjoni taż-żigarelli tal-Għana mixtrija mingħad Leli Muscat. Dan hu wirt ta’ madwar 240 reġistrazzjoni ta’ għana tas-snin sittin u sebgħin. 11. B’impenn minn voluntiera ġew digitizzati madwar 1500 minuta ta’ intervisti lill-persunaġġi prominenti Maltin li għexu it-tieni gwerra dinjija (Maltin fil-gwerra) 12. B’kollaborazzjoni ma’ grupp ta’ imprendituri midħla tal-qasam marittimu tnieda proġett sabiex il-kollezzjoni tal-Qrati Marittimi tal- Consolato del Mare tkun restawrata, katalogata b’mod professjonali u wkoll diġitizzata. Rigward proġetti ppjanati għall-futur, insemmi dan li ġej: 1. Binja ta’ Arkvju Nazzjonali ġdid li jkun jista' jelimina l-limitazzjonijiet li jimponu binjiet storiċi fuq l-operat tal-arkivju kif ukoll li tilqa għal ħażniet kbar ta’ dokumenti kemm preżenti kif ukoll dawk tad-deċenji futuri kif ukoll il-kambjamenti imposti minn metodi ta’ ħolqien ta’ rekords diġitali. 2. Emendi fil-liġi tal-Arkivji Nazzjonali sabiex dokumenti ta’ importanza nazzjonali intrinsika jitħarsu fil-punt tal-ħolqien tagħhom u jiġu depożitati kmieni kemm jista’ jkun fil-ħajja arkivistika tagħhom. 3. Emendi fil-liġi tal-Arkivji Nazzjonali sabiex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni ma’ kolletturi privati fil-ħarsien ta’ dokumentazzjoni ta’ importanza nazzjonali. 4. Tnedija ta’ verżjoni diġitali tal-Proġett tal-Memorja Nazzjonali li ser tkun qed titwettaq wegħda Elettorali Nru. 13.031 5. Tnedija tal-Arkivju Orali bi twettiq tal-wegħda Elettorali numru 13.032 6. L-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-Arkivisti tal-pajjiżi membri tal-UE, kif ukoll tal-Experts’ Group bħala parti mill-Presidenza ta’ Malta tal-UE fl-2017.

FES – skemi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-iskemi varati mill-FES għal din is-sena, kemm kien hemm persuni li għamlu użu minnhom u l-valur tal-investiment ta’ kull skema?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li filwaqt li ma kienx hemm skemi ġodda varati mill-FES għal din is-sena, l-għadd ta’ studenti li għamlu użu mis-servizzi kurrenti ta’ Skolsajf, Childcare u Klabb 3-16 hu kif se nsemmi: Skolasajf 2015 – studenti reġistrati: 12,388 Childcare – Settembru 2015 – 449 Klabb 3-16- studenti reġistrati – Ġunju 2015 – 1,988

Kumpanija — prekarjat

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba l-fatt li hemm allegazzjoni ta’ prekarjat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant ġiet ikkuntattjata u ntalbet tissottometti informazzjoni dwar l-aħħar pagamenti li saru lill-impjegati tagħha biex jiġi vverifikat jekk hemmx prekarjat jew le.