Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20344 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment tas-Sajd — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jinformani kemm tħallsu l-konsulenti li d-Dipartiment tas-Sajd, ta' l-Agrikoltura u tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd, qabbad sabiex jipprovdu rapporti ta' proposti lill-ministeru biex jintużaw għan-negozjati mal-UE? X'sezzjonijiet tal-biedja u sajd jirrappreżentaw dawn ir-rapporti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021. Ma' dawn żdiedu : Economic & Management Consultancy Pork and Beef Processing Lm12075.00 Dr. Sibani, Dr. Ferretti, Dr. Caccamisi u Dr. Squintani Malta Fish Marketing Centre Lm13556.45 Mr John Caddy The Maltese Contiguous Zone – Fisheries Management and Control Lm5271.87
Leg 9 PQ #20352 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Mellieħa — Tqaċċiet ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ppubblikati mill-kunsill tal-Mellieħa dwar siġar li qed jitqaċċtu fl-inħawi ta' l-Aħrax tal-Mellieħa? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-investigazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Intbatet talba għall-investigazzjoni mill-Kunsill tal-Mellieħa ftit ta' żmien ilu. L-investigazzjonijiet u r-rapport neċessarju għadhom qed isiru u jiġu ppreżentati meta jkunu konklużi.
Leg 9 PQ #20384 Sitting 412 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

BdiewaġRaħħala/Sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 20025?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru tal-bdiewa, tar-raħħala u tas-sajjieda li qed jibbenefikaw minn skemi ta' sussidju finanzjarju fuq imgħax mill-banek lokali HSBC, BOV u APS huma dawn: MALTA GĦAWDEX 1995 115 18 1996 36 13 1997 130 16 1998 93 21 1999 27 8
Leg 9 PQ #20328 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Kwota dwar il-qbid ta' ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sajjieda Maltin humiex se jkollhom il-kwoti dwar qbid ta' ħut jekk Malta tkun membru ta' l-UE u l-UE tiddeċiedi li tagħmel il-kwoti għas-sajjieda Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li Malta sa issa għandha kwota tal-qbid tat-tonn maħruġa mill-ICCAT. Fil-Mediterran għad ma hemmx kwoti ta' qbid. Biex UE tagħmel dan trid tiftiehm mal-pajjiżi l-oħra kollha tal-Mediterran fi ħdan il-GFCM li tagħha Malta hija diġa membru. F'dan il-forum internazzjonali il-ħsieb huwa li l-kontrol u limintazzjoni tal-qbid isir permezz tal-kontrol fuq il-bastimenti tas-sajd u bl-immanigjar tażżoni differenti fil-Mediterran skond iż-żona u mhux bit-Total Allowable Catches. Għaldaqstant ma hux il-każ li nitkellmu fuq li l-Unjoni Ewropeja se tagħmel kwoti għas-sajjieda Maltin.
Leg 9 PQ #20329 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajjieda — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern Nazzjonalista ikun qiegħed jgħin lis-sajjieda Maltin meta jingħataw permessi biex sajjieda barranin ikunu jistgħu jistadu bl-ibħra Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa il-permessi li kellna kif spjegajt fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20327 ma kellhom l-ebda effett fuq is-sajjieda Maltin. Naċċertak illi l-liċenzja li għandna f'moħna nintroduċu tkompli tħares iżjed minn qatt qabel il-conservation area tal-ibħra tagħna.
Leg 9 PQ #20330 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Formoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jkunu dawk il-formoli u dettalji li kemm s-sajjieda, pitkali, kompraturi, bejjiegħa bl-imnut u postijiet li jippreparaw l-ikel se jkollhom jimlew biex ikunu konformi mar-regolamenti ta' l-UE dwar il-ħut?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent, formoli, vouchers, applikazzjonijiet u karti oħra diġa qegħdin jimtlew min dawn in-nies. Pero' nenfasizza li dan irid isir xorta għal kontroll li tesiġi amministrazzjoni ta' pajjiż u mhux minħabba f'xi regoli ta' l-Ewropa.
Leg 9 PQ #20333 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Aċċess Ħieles

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx li f'dokumenti ta' l-UE hemm miktub li wara l-1 ta' Jannar 2003 se jidħol fis-seħħ il-prinċipju ġenerali ta' aċċess ħieles anki fit-12-il mil li bħalissa huma riservati għas-sajjieda tal-pajjiżi membri ta' l-UE?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li qabel dak iż-żmien il-membri ta' l-Unjoni Ewropeja huma marbuta li jiddiskutu riforma oħra ta' CFP u dak li qed jgħid hu huwa wieħed mill-affarijiet li jridu jiġu diskussi.
Leg 9 PQ #20343 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

GFC — Laqgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet il-laqgħa tal-GFC li saret f'Malta għad-Dipartiment tas-Sajd u għal ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-kontijiet taż-żewġ laqgħat li saru f'Malta dan l-aħħar, jiġifieri GFCM u ICCAT għadhom ma ngħalqux. Għaldaqstant ma nistax nagħti din l-informazzjoni f'dan l-istadju. Kif ikolli din l-informazzjoni kollha ngħaddielu.
Leg 9 PQ #20579 Sitting 411 2000-10-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkunu l-kontijiet pendenti u spejjeż konnessi li mhux se jilħqu jkunu mħallsa sa tmien din is-sena? Fis-supplementary estimates kemm huwa stmat li se jkun l-ammont meħtieġ biex ikopri ammonti mhux koperti fl-estimi għas-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħal ma normalment isir, il-Ministeru qed jagħmel kull sforz biex ma jitħallewx kontijiet pendenti għas-sena d-dieħla. Jien infurmat li bħalissa qed isir l-ikkuntjar neċessarju biex wieħed jasal għal figuri totali li fuqhom jiġi eventwalment deċiż jekk jew kemm ikun hemm bżonn fondi supplementari fil-voti tal-Ministeru. Jien infurmat ukoll iżda li stimi tat-tip mitluba mill-Onor. Interpellant jistgħu ivarjaw sostanzjalment bejn issa u l-għeluq tas-sena finanzjarja u għalhekk ma narax l-utilita' li jingħataw.
Leg 9 PQ #20256 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kalendarju Agrituristiku — Attivitajiet Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bl-attivitajiet il-ġodda li kienu mgħarfa fil-kalendarju agrituristiku bejn il-perjodu ta' Jannar u Ottubru din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-attivitajiet ġodda għas-sena 2000 bejn Jannar u Ottubru li kienu mgħarfa fil-kalendarju agrituristiku bejn il-perjodu ta' Jannar u Ottubru ta' din is-sena huma dawn li ġejjin: Monthly talks: Malta Geographical Society. One mid-week walk Malta Geographical Society. Woman's Day Celebration Ladies Culture Club. Lecture - Cacti & Succulent Show 1996 in England. Lecture - Cacti of the USA. Group Tours in Kirkop Village and Planting of indigenous trees. Cactus & Succulent Show at Naxxar.
Leg 9 PQ #20320 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

EU — Inspezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk spetturi ta' l-Unjoni Ewropea humiex se jkunu jistgħu jagħmlu spezzjonijiet flimkien ma' uffiċjali tas-sajd fuq bastimenti tas-sajd Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li xi spezjonijiet f'oqsma oħra li għandhom x'jaqsmu mal-ħut ilhom regolarment issiru f'Malta għal ċertu snin. Fil-futur, jekk ikun hemm raġuni għalfejn, aħna lesti nilqgħu lill-spetturi ta' l-Unjoni Europea sabiex jaraw bastimenti tas-sajd Maltin ukoll.
Leg 9 PQ #20321 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Logbooks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sajjieda ġewx ikonsultati u mgħarrfa dwar il-logbooks li se jkollhom iżommu biex ikunu konformi mar-regolamenti ta' l-UE? Jista' l-Ministru jgħid x'dettalji se jkollhom iniżżlu s-sajjieda f'dawn il-logbooks?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħati risposta f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20324 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Apparat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx stima dwar l-apparat li s-sajjieda li jkollhom bastiment ta' iktar minn 20 metru se jkollhom iwaħħlu minħabba r-regolamenti ta' l-UE biex ikunu jafu kull ħin u kull mument fejn ikunu jistadu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li stima ta' l-apparat li jitwaħħal fuq dgħajsa sabiex din tkun tista' tinforma l-posiżjoni tagħha saret.
Leg 9 PQ #20327 Sitting 410 2000-10-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Konservazzjoni u Maniġġar tal-Ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sajjieda barranin humiex se jingħataw liċenzji jew permessi biex jistadu fl-ibħra Maltin skond kif hemm fl-Att dwar il-Konservazzjoni u Maniġġar tal-Ħut?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-prezent u fil-passat id-Dipartiment kien illiċenzja u qiegħed jilliċenzja barranin li xtraw dgħajjes Maltin tas-sajd u nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li hemm wkoll bastimenti barranin jistadu taħt bandiera Maltija.
Leg 9 PQ #20209 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ħaxix/frott — Tunnellaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-kwantita' f'tunnellaġġ ta' ħaxix u frott frisk importat matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienet l-istess kwantita' f'tunnellaġġ għall-istess perijodu għas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20210 Sitting 407 2000-10-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Impjiegi — Postijiet ta' Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma n-numri ta' postijiet vakanti ta' uffiċjali mad-Dipartiment ta l-Agrikoltura fil-preżent? X'talbiet saru lill-Uffiċju tal-Prim Ministru sabiex jimtlew dawn il-postijiet vakanti u meta saru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, hemm 62 (tnejn u sittin) post vakanti. It-talbiet għalihom saru hekk: Postijiet Vakanti Meta Saret it-talba Hamsa (5) Security Guard 17/08/99 Erbatax (14) Agricultural Foreman 20/10/98 Ħamsa (5) Farmer 08/03/99 Wieħed(1) Boiler Attendant 12/06/00 Wieħed (1) Assistant Technical Officer (Carpentry) 15/10/99 Wieħed (1) Assistant Technical Officer (Plumbing) 18/10/99 Wieħed (1) Laboratory Operator (Group IV) 13/05/99 Wieħed (1) Engineer/Junior Engineer (Mechanical) 20/07/99 Wieħed (1) Assistant Technical Officer (Micropropagation) 15/10/99 Wieħed (1) Technical Officer (Maintenance) 23/11/99 Disgħa (9) Senior Operative (Plasterer and Painter) 23/11/99 Wieħed (1) Tradesman (Mason) 23/11/99 Wieħed (1) Operations Manager (Maintenance Section) 23/11/99 Wieħed (1) Technical Officer (Construction) 23/11/99 Tlieta (3) Supervisor (Building and Construction) 07/12/99 Tnejn (2) Security Officer 15/12/99 Wieħed (1) Supervisor (Garage) 01/03/00 Sebgħa (7) Scientific Officer 18/05/00 Erba’ (4) Senior Operative (Agriculture) 05/06/00 Wieħed (1) Technical Officer (Micropropagation) 12/09/00 Wieħed (1) Assistant Head (Agriculture) ** - ** dan il-post irid jintela’ mill-Ufficcju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #20166 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' spezzjonijiet li saru lill-produtturi tat-tjur bejn Jannar u Settembru din is-sena f'Malta u f'Għawdex separatament? X'riżultati nkisbu u x'tagħrif ġie mogħti dwar ir-regoli tal-UE lill-produtturi Maltin u Għawdxin?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #20167 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tagħrif — Years Storm

Question

B'riferenza għal dak li qal li f'Malta jsiru 5 year storm, 10 years storm, 15 u anke 20 years storm, jista' l-Ministru jinformani x'tagħrif qed jingħata lill-bdiewa u lill-koperattivi tagħhom dwar dawn il-maltempati li jsiru fil-perijodi tas-snin li spjega l-Ministru sabiex issur ħsara mill-anqas fuq l-uċuħ tar-raba'?

Response (ZAMMIT, NINU)

Naħseb lill-Onor Interpellant jaf daqsi li l-bdiewa huma fost l-aktar nies li jifhmu fit-temp, u fil-fatt jibbażaw ħafna mix-xogħol tagħhom fuq l-esperjenza li huma wirtu biex iwettqu s-sengħa tagħhom. Fil-5 year, 10 year, 20 year storm huwa fenomenu tat-temp li jindika frekwenza ta' inċidenza ta' maltempati li jvarjaw fil-qawwa tagħhom. Iżjed kemm tkun kbira il-frekwenza (ez. 20 sena), iżjed normalment tkun l-intensita tal-maltempata.
Leg 9 PQ #20168 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Karozzi/vannijiet/vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' karozzi/vannijiet/vetturi eċċ li kellu mikrija l-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu matul Jannar u Settembru ta' din is-sena? Kemm kienet tinvolvi l-ispiża totali tal-kirja ta' dawn l-inġenji mikrija u għall-fuel tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

In-numru ta’ vetturi mikrija mal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu, bejn Jannar u Settembru 2000, huwa 41. L-ispiża totali tal-kiri ta’ dawn il-vetturi kçnet ta’ Lm34794.73, filwaqt li l-ispiża għall-fuel kçnet ta’ Lm8849.48.
Leg 9 PQ #20207 Sitting 406 2000-10-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sajd — Liġijiet Ġodda

Question

B'riferenza għall-liġi l-ġdida tas-sajd li se titressaq għat-tieni qari fil-Parlament dalwaqt, jista' l-Ministru jinfurmani kemm saru laqgħat mal-kooperattivi tas-sajjieda sabiex jiġu infurmati bid-dettall ta' din il-liġi? Meta saru u x'punti u osservazjonijiet tqanqlu mir-rappreżentanti tas-sajjieda?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żmien appropjat dan l-abbozz kien ġie mgħoddi lill-membri kollha tal-Board tas-Sajd li jinkludi rappreżentanti tas-sajjieda u ġie diskuss fl-laqgħat mal-Board tas-Sajd iktar tard.